Jista' l-Ministru jgħid hux se jittieħdu passi dixxiplinarji kontra d-direttur tal-ħabs wara t-tliet ħarbiet li saru mill-ħabs f'dawn l-aħħar jiem?
Response (BORG, TONIO)
Prima facie ma jidhirx li hemm lok għal passi dixxiplinarji kontra d-Direttur tal-Ħabs, pero` nassigura lill-Onor. Interpellant li ħadd ma hu eskluż minn passi dixxiplinarji neċessarji jekk mir-riżultat ta` l-investigazzjonijiet joħroġ li kien hemm xi nuqqasijiet serji da parti ta` xi uffiċjal tal-ħabs fir-rigward tal-imsemmi każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kumpanniji reġistrati taħt l-Investment Services Act 1994, artiklu 6 sa tmiem l-1998?
Kemm kien it-total ta' turnover tagħhom?
Kemm kienet it-taxxa dovuta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa l-aħħar tal-1998, in-numru ta` kumpaniji reġistrati taħt l-Investment Services Act 1994, artikolu 6 kien ta` 49. It-total ta` turnover tagħhom kien ta` Lm236,179,654 u t-taxxa dovuta kienet ta Lm8,142,635.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-laqgħa riċenti tal-Ministri ta' l-Industrija ta' l-UE li saret fi Brussels filwaqt li sar appell lill-Korea t'Isfel biex ma tkomplix tissussidja b'mod inġust is-settur tal-bini tal-vapuri, kien hemm qbil li kellu jiġi mitmum il-pakkett ta' sussidji lill-industrija tal-bini tal-vapuri ta' l-Unjoni Ewropea fi tmiem din is-sena kif indikat mill-ġurnal The European Voice?
Response (BONNICI, JOSEF)
F`dan l-istadju jidher li ghad ma ttiehdetx decizjoni finali, pero` il-pozizzjoni qed tigi evalwata.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara li l-Kunsill Lokali tal-Gżira ġie ppreżentat b'ritratti u b'petizzjoni tar-residenti ta' Fleet Street, Gżira dwar żewġt idjar mimlija żibel li qed iġibu ħafna ġrieden fl-inħawi, fosthom wieħed li qiegħed bitħa ma' tas-Sanita'?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li dwar iż-żewġt idjar mimlija żibel li qed iġibu ħafna ġrieden fl-inħawi, fosthom wieħed li qiegħed bitħa ma` tas-Sanita`, proċeduri kriminali kontra s-sid diġa ttieħdu. Is-sid instab ħati u ġie ordnat li jnaddaf fi żmien xahar, b'penali ta` LM2 kuljum fin-nuqqas. Peress li l-akkumulu għadu ma tneħħiex, tali każ għadu sub judice.
Għaldaqstant ħaddiema mis-sezzjoni tar-'Rodent Control' qed jagħmlu trattament regolari f'dawn l-inħawi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu/saru enquires/ilmenti/suġġerimenti dwar in-North Harbour Plans s'issa? Saru suġġerimenti minn xi kunsill lokali? Jekk iva, x'kienu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li sad-9 ta` Ġunju, 2000, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet 296 sottomissjoni bil-miktub dwar in-North Harbours Local Plan. Inġabru wkoll 111-il kumment waqt il-laqgħat ta` konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-istess Pjan Lokali.
Żewġ Kunsilli Lokali ssottomettew il-kummenti tagħhom kif ġej :
Gżira: fuq il-Poliklinika; fuq Triq ix-Xatt, u Triq Testaferrata.
Swieqi: fuq Strateġija, Ħwienet Lokali/Town Centres, Resident Parking Zones, Parkeġġjar, Regional Road Upgrading, Height Envelopes, Rezoning, Environmental Upgrading ta` Triq Swieqi u Triq il-Qasam, Wied Għomor - Rural Conservation Strategy, Wied Għomor - Barrieri.
Jista' l-Ministru jirrisponi l-mistoqsija parlamentari numru 16422, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilek, u cioe': Fir-rigward tar-rapport li deher fil-Financial Times tat-22 ta' Mejju, 2000 li Pedro Solbes, il-Kummissarju għall-Affarijiet Finanzjarji ta' l-Unjoni Ewropea ġie mwiegħed informalment minn sitt pajjiżi applikanti għal sħubija sħiħa fl-Unjoni li ma kienux ser ifittxu li jadottaw il-Euro sakemm ikunu saru membri sħaħ ta' l-Unjoni, jista' l-Ministru jgħid jekk Malta kinetx waħda minn dawn is-sitt pajjiżi?
Response (BORG, JOE)
Il-Gvern mhuwiex obbligat li jadotta l-EURO qabel ma Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tibdiliet fil-local plans li qegħdin isiru biex jakkomodaw lill-promoturi tal-Manoel Island u Tigne' Project?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-abbozz tal-Pjan għall-portijiet tat-Tramuntana ma jinkludi l-ebda tibdiliet vis-a-vis il-proġett ta` Manoel Island ħlief fil-każ li l-iżvillupaturi jipproponu tibdiliet sostanzjali f`dawn l-għaxar snin li ġejjien, f`liema każ irid isir 'development brief' biex jindirizza sitwazzjonijiet differenti.
Jista' l-Ministru jgħid hijiex il-politika ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar li tagħti permess lill-fabbriki ġewwa z-zona industrijali ta' San Ġwann biex jgħollu l-bini tagħhom b'diversi sulari, meta l-każ ta' fabbrika oħra ħoloq tant kruha għall-ambjent u tant inkonvenjent għar-residenti ta' San Ġwann?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-politika ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar dwar permessi lill-fabbriki ġewwa ż-żona industrijali ta` San Ġwann hi li tuża l-art b`mod effiċjenti mhux biss fuq sular wieħed.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16478, li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Intern u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid hux minnu li r-residential parking f'Tas-Sliema se jkun jista' jsir bil-lejl biss?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku s'issa m'għandu ebda pjan biex issir 'residential parking' f'Tas-Sliema.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16479 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid hux minnu li mijiet ta' parking spaces se jitneħħew f'Tas-Sliema u fi Qui-si-Sana sabiex jiġu sostitwiti b'parking lots bi ħlas?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma ta ebda struzzjonijiet biex jitneħħew 'parking spaces' f'Tas-Sliema u fi Qui-Si-Sana biex dawn jiġu sostitwiti b'parking lots' bi ħlas.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 16480 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru ta' l-Intern u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid jekk ir-residenti ta' Paceville humiex se jiġu kkonsultati dwar ir-resident parking scheme li hemm maħsuba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma kellu ebda talba biex issir 'parking scheme' għal Paceville, għaldaqstant il-Bord s'issa, ma għamel ebda konsultazzjoni ma' l-entitajiet ikkonċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jiġi estiż iċ-ċimiterju ta' Pembroke?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours). L-Awtorita` ta` l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika. Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal proposta NHPE08 ta` dan il-pjan.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien fih il-questionnaire li ġie ppreżentat mill-financial stability forum meta analizzaw lil Malta bħala ġurisdizzjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji?
X'kienet ir-raġuni li l-gvern Malti dam daqstant biex irreaġixxa għall-klassifikazzjoni ta' pajjiżna bħala group II jurisdiction, meta r-rapport tal-working group ġie endorzjat mill-FSF nhar is-26 ta' Marzu, 2000 u r-rapport ġie maħruġ għall-pubbliku nhar il-5 ta' April, 2000?
Min kienu l-membri tal-working group li ħadmu fuq id-dossier ta' Malta?
X'laqgħat saru mal-working group u fuq liema livell saru?
Malta meta ġiet avviċinata għall-ewwel darba in konnessjoni ma' dan l-eżerċizzju?
X'inhi r-reazzjoni tal-gvern Malti dwar il-fatt li: il-fond monetarju internazzjonali qed jitgħabba bir-responsabbilta' biex jiżgura li Malta, flimkien ma' ġuridizzjonijiet oħra taderixxi għall-istandards mitluba mill-FSF; x'inhu l-menu of incentives li l-FSF qed tirreferi għalih meta titkellem dwar l-applikazzjoni ta' ċerti standards mill-pajjiżi konċernati; iċ-chairman tal-forum qed ifittex l-appoġġ ta' l-awtoritajiet nazzjonali tal-G7 u tal-G20 flimkien ma' l-IMFs international monetary and financial committee għar-rakkmandazzjonijiet tal-grupp?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-Survey kien jinkludi 12-il mistoqsija li jinkludu:
- Min jilliċenzja l-banek, kumpanniji tal-insurance u securities - kemm hawn kumpaniji b`kollox u x`volum ta` business għandhom
- Kif jieġu ivvettjati l-applikazzjonijiet għal liċenzji minn barra minn Malta
- X` xogħol issir mill-`host supervisor` kemm fuq il-post kif ukoll off site u kemm ikun hemm nies involuti f`dan l-eżerċizzju
- L-aċċess għal dokumentazzjoni dwar persuni liċenzjati kif issir is-superviżjoni f`xogħol li jaqsam il-fruntieri.
- X`misuri għandha Malta fil-kamp tal-ħasil tal-flus u jekk Malta qatt ġiet evalwat f`dan irrigward
- Jekk l-entitajiet lokali humiex ikkontrollati bl-istess mod bħal barranin u l-abilita li tingħata informazzjoni lis-supervisors barranin
- Jekk Malta għandiex diffikultajiet b`xi supervisors lokali partikolari.
Malta ippreżentat ir-risposti tagħha għall-questionnaire fid-29 ta` Diċembru 1999 u r-rapport ippreżentat kien jinkludi il-kummenti u l-oppinjonijiet tal-Bank Ċentrali, l-Borża ta` Malta u l-MFSC.
Għalkemm ir-rapport tal-Working Group kien ippublikat fil-5 ta` April 2000, il-klassifikazjoni tal-OFCs ma` kienitx tagħmel parti minn dan ir-rapport.
Il-Malta Financial Services Centre saret taf bl-intenzjoni li jikklassifikaw lil Malta f`grupp II meta iċ-Ċentru irrċieva fax mingħand l-FSF, nhar it-Tnejn 22 ta` Mejju 2000. Fl-ittra tiegħu Mr Crockett qal `...The Forum concluded that it would be in the public interest to release a grouping of OFCs based on the results of the survey.... The attached embargoed text will be publicly released on 26 May, identifying the placement of jurisdictions....`
L-MFSC ikkonkludiet ir-risposta għal din il-fax fi żmien 24 siegħa u fit-23 ta` Mejju, ippreżentat id-draft lil Bank Ċentrali u l-MSE. Il-versjoni finali ġiet mibgħuta (b`fax u courier) mingħand il-Bank Ċentrali fl`24 ta`Mejju.
Il-membri li ħadmu id-dossier ta` Malta kienu l-Bank Ċentrali ta` Malta, l-Malta Financial Services Centre u l-Malta Stock Exchange. Għan-naħa ta` l-FSF dawn huma ddeljati fir-rapport tal-5 ta` April 2000.
Il-working group ta` Malta ltaqgħu bejniethom meta ddiskutew d-dossier qabel ma ġie sottomess lil FSF. L-FSF qatt ma avviċinat il-working group fuq il-questionnaire, u għalhekk ma setax jkun hemm negozjati dwar ir-rapport tagħha, inkuż l-klassifikazzjoni ta` Malta. Fi kliem ieħor, l-FSF ddeċida waħdu, mingħajr l-edba konsultazzjoni mal-partijiet involuti sabiex jistabilixxi din il-klassifikazzjoni.
Il-working group ta` Malta ġie avviċinat fis-27 ta` Novembru 1999, meta intbagħatet il-questionnaire.
L-istrategija tagħna hija ibbasata fuq kopperazjoni bil-miftuħ, bl-onesta u t-trasparenza. Aħna dejjem ikkoperajna fil-qasam ta` superviżżjoni finanzjarja.
Minkejja l-fatt li aħna nemmnu li Malta ġiet ikkategorizzata ħażin bħala OFC u wkoll ġiet ikkategorizzata ħażin mat-tieni kategorija ta` jurisdizzjonijiet, aħna xorta lesti li nipprovdu kull assistenza meħtieġa mill-IMF.
Nixtiequ nieħdu din l-opportunita` biex nuru lil IMF li bil-kontra ta` x`turi l-klassifikazzjoni mogħtija lilna, l-infrastruttura, s-superviżjoni, r-risorsi li huma mogħtija lis-superviżjoni u l-livell ta` koperazzjoni ta` Malta m`huwiex inferjuri minn ta` jurisdizzjonijiet oħrajn.
Ir-rekommandazzjoni numru 5 tar-rapport tidentifika ħames inċentivi li r-rapport jiddiskrivi bħala `...Disclosure type incentives... Membership type.... Provision of assistance.... Supervisory incentives and Other official incentives.....` L-inċentivi jinkludu azzjonijiet posittivi bħalma huwa it-training, secondments u assistenza finanzjarja. L-inċentivi jinkludu wkoll azzjonijiet negattivi bħalma huma aktar reporting requirements.
Iċ-Chairman tal-FSF infurmana li `...all members of the G20 have committed to undertake assessements of their financial sectors...` Aħna nafu wkoll li kopji tar-rapport ġew mogħtija lil Ministri u l-Gvernaturi tal-G-7 u tal-G-20 kif wkoll lil kap tal-World Bank u tal-IMF.
Għalhekk wieħed jista` jassumi li ċ-Chairman tal-Forum qiegħed ifittex l-appoġġ ta` dawn l-awtoritajiet nazzjonali.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħadet għajnuna finanzjarja tul l-aħħar snin il-Mara Bugeja Cancer Support Foundation? X'rapporti finanzjarji ġew sottomessi lill-awtoritajiet dwar l-operat ta' din il-fondazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Maria Bugeja Cancer Support Foundation irċeviet is-somma ta' Lm5,000 fis-sena, fis-snin 1997, 1998 u 1999. Il-kumitat maħtur biex jagħtini l-pariri dwar kif ser jitqassmu l-fondi ta' l-NGO's għal din is-sena għadu qed iħejji r-rapport finali.
Ninsab infurmat ukoll li din il-Fondazzjoni tippreżenta lill-NGO Liaison Officer rapporti kemm dwar kif intefqu l-fondi mogħtija lilha mill-Gvern kif ukoll dwar evalwazzjoni tas-servizzi li tagħti lill-klijenti mingħajr ħlas. Din il-Fondazzjoni ppreżentat ukoll 'audited accounts' għas-snin imsemmija.
Issa li ġew konklużi bosta kapitli fin-negozjati ma' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha dwar il-kapitli miftiemha ma' l-Unjoni Ewropea ħalli l-poplu jkun jaf ma' xiex u dwar xiex intrabat s'issa l-Gvern Malti ħalli jsir jaf effettivament xi ftiehem ma' l-Unjoni?
Response (BORG, JOE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 16469 u għad-dokumenti li ġew mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra minni fis-seduta numru 303 tat-30 ta' Mejju 2000.
Jista' l-Ministru jgħid minn liema bini qed joperaw l-uffiċjali tat-Tax Compliance Unit?
Response (DALLI, JOHN)
Sakemm isiru arrangamenti għal post permanenti, t-`Tax Compliance Unit` qiegħed jopera minn appartament f``Valletta Buildings` Triq Nofs in-Nhar, Il-Belt.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm cheques qed jistennew biex jintbagħtu mit-Teżor sa tmiem Mejju, 2000? X'kien il-valur tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-sistema ta` ipproċessar taċ-ċekkijiet addottata mid-Dipartiment tat-Teżor tipprovdi sabiex ix-xogħol kollu involut mill-waqt illi fih issir it-talba għall-pagamenti mid-Dipartimenti tal-Gvern sal-mument meta ċ-ċekkijiet jiġu finalizzati jkun wieħed mill-iqsar possibbli. Tittieħed kull prekawzjoni sabiex ma jkunx hemm dewmien bla bżonn mill-mument ta` l-istampar taċ-ċekkijiet sakemm dawn jiġu finalment impustati lill-pubbliku u għaldaqstant in-numru ta` ċekkijiet jistennew biex jintbagħtu jkun wieħed minimu f`kull ħin.
Jista' l-Ministru jikkonferma li mhux se joħorġu permessi ġodda għall-uffiċini f'Ta' Xbiex ħlief għall-ambaxxati?
Response (BORG, TONIO)
Kif jaf l-Onor. Membru fis-6 ta` Mejju ġie varat l-abbozz tal-Pjan Lokali għat-Tramuntana tal-Portijiet (North Harbours). L-Awtorita` ta` l-Ippjanar bħalissa għaddejja minn proċess ta` konsultazzjoni pubblika. Għalhekk l-ebda proposta li hija mniżżla fil-pjan m`għandha titqies bħala finali.
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għal proposta NHGT15 ta`