Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17465 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 17294 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilu u cioe': jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropa? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Din il-mistoqsija diga` wegibtha meta rrispondejt il-mistoqsija numru 17293.
Leg 9 PQ #17466 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw nies biex jissieħbu mat-tax compliance unit? Jista' jagħti breakdown skond il-postijiet vakanti li ġew irriklamati? Kemm minnhom ġejjin mis-settur privat u kemm minnhom mis-settur pubbliku/parastatali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għad-diversi postijiet vakanti fit-`tax compliance unit` li ġew irriklamati, għalqet illum (il-Ġimgħa 30 ta` Ġunju 2000) f`nofs in-nhar u għalhekk mhinix f`pożizzjoni li ngħati nformazzjoni.
Leg 9 PQ #17467 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Valletta — Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-premises temporanji tat-tax compliance unit f'Valletta Buildings, South Street, il-Belt? Kemm qed iħallas kera l-gvern għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17468 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li t-tax compliance unit sejra tieħu sular tal-kumpless Millennia li hemm fil-Marsa? Jekk iva, kif saret din l-għażla u kemm se tħallas il-unit għal dan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa minnu li t-`Tax Compliance Unit` ħadet sular fil-kumpless Millenia, fi Triq Aldo Moro, Marsa. Dan sar wara sejħa għall-offerti maħruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti (No. C.T. 156\2000). Il-prezz huwa ta` Lm45,000 l-ewwel sena, li jiżdied b`1% kull sena għad-disa` snin ta` wara.
Leg 9 PQ #17469 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-gvern qed jippjana li jiftaħ ambaxxati fil-ġejjieni qarib? Kemm mistennija tkun in-nefqa totali fuq dawn?

Response (BORG, JOE)

Il-pjan tal-Gvern, dejjem jekk il-fondi jkunu jippermettu, hu li fis-snin li ġejjin jiftaħ Ambaxxati oħra f'pajjiżi terzi, sew f'pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropeja, bħalma diġa għamel f'dawn l-aħħar sentejn bil-ftuħ ta'Ambaxxata f'Stokkolma u dik f'Ateni, u wkoll f'pajjiżi oħra fejn ikun ta' benefiċċju politiku w ekonomiku għal Malta li jkollha rappreżentanza permezz ta' Ambaxxata fil-pajjiż. L-ispiża tiddependi mill-kapitali fejn tinfetaħ Ambaxxata izda mill-esperjenza li għandna, kieku l-Ambaxxata kellha tinfetaħ illum l-ispiża tkun tvarja bejn Lm125,000 u Lm200,000 fis-sena.
Leg 9 PQ #17246 Sitting 329 2000-06-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

EU — Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu ikkummissjonax xi economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ittrattati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iva, il-Ministeru għall-Ambjent ikkummisjona diversi economic impact assessments: Dawn huma kif jidhru f'Lista Numru 1 li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. It-terms of reference tagħhom huma kif jidhru f'Lista Numru 2 li wkoll qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. It-terms of reference saru mill-uffiċċjali tad-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Ambjent responsabbli mis-suġġetti trattati.
Leg 9 PQ #17294 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Economic impact assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #17295 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Turiżmu — Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi ressaq talba biex mill-fondi tar-Raba' Protokol bejn Malta u l-Unjoni Ewropea jsir studju dwar l-impatt ta' l-'Acquis' fuq ċerti aspetti li jistgħu jolqtu s-settur turistiku b'mod negattiv. Peress li bla ebda dubju l-impatt ekonomiku ser ikun pożittiv ma deherlix li l-flus allokati mill-Unjoni Ewropea għall-stħarriġ għandhom jiġu utilizzati f'dan il-kamp.
Leg 9 PQ #17296 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Agrikoltura u Sajd — Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, sa issa, kkummissjona sitt "Economic Impact Assessments" dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja, kif jidhru hawn taħt: 1) L-impatt tal-proċess tal-liberalizazzjoni tal-kummerċ fuq prodotti agrikoli. Dan l-istudju għandu janalizza dak l-impatt fuq il-produzzjoni diretta tal-biedja u l-ipproċessar lokali bit-tneħħija tal-levies. Dan qed isir mis-"Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies" ta' l-Istituto Agronomico Mediterraneo f'Bari. 2) Il-miżuri speċifiċi għal Malta (magħrufa aħjar bħala "supply and support measures". Dan l-istudju għandu jikkonsidra u jiġġustifika l-miżuri speċifiċi għal Malta għall-prodotti agrikoli u jirrikkomanda ambitu tar-realtajiet ta' Malta u Għawdex. Dan qed isir mis-"Centre for Advanced Mediterranean Agronomic Studies" ta' l-Istituto Agronomico Mediterraneo f'Bari. 3) Rapport analitiku fuq l-Industrija tal-majjal u taċ-ċanga. Dan l-istudju għandu jeżamina dawn is-setturi f'kull parti ta' l-operat tagħhom kif ukoll l-impatt tas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja. L-istudju għandu wkoll jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet biex jitħarsu l-kompetittivita u l-vijabilita' ta' dawn is-setturi. Dan qed isir mill-"Economic and Management Consultancy Services Ltd". 4) Studju fuq "The Maltese Continous Zone; Fisheries Management and Control" għandu jindirizza l-importanza ta' zona tas-sajd ħielsa, dik ta' 25 mil għas-sajjieda Maltin. Dan l-istudju qed isir minn konsulent indipendenti (Mr John Caddy). 5) Studju fuq il-liberalizazzjoni tal-kummerċ fuq il-ħut u prodotti tal-ħut. Dan l-istudju għandu janalizza l-impatt ta' l-adozzjoni tat-Tariffa Esterna Komuni u t-tneħħija tas-sistema ta' protezzjoni preżenti. Dan l-istudju qed isir mill-"Economic and Management Consultancy Services Ltd." 6) Studju għall-"upgrading" tal-Pixkerija f'Malta. Dan hu studju ta' "Economic Impact Assessment" u "feasibility study" fuq il-bini ta' Pixkerija ġdida f'Malta u fl-istess ħin abbozz tar-regolamenti biex jitmexxa dan is-suq. Dan l-istudju qed isir minn Dr. Marco Sibani, Dr. Alfredo Ferretti, Dr. Dario Caccamisi u Dr. Gabriele Squintani.
Leg 9 PQ #17297 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ġustizzja u Gvern Lokali — Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessment dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?

Response (GATT, AUSTIN)

Il-Ministeru tiegħi ma kkummissjona ebda studju msemmi.
Leg 9 PQ #17298 Sitting 325 2000-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Intern — Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of referenece kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Ministeru ta` l-Intern ma kkummissjonax economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta` Malta fl-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #17245 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU — Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema studji ta' economic impact assessment ġew iffinanzjati mill-Ministeru tiegħu dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17246 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

EU — Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru tiegħu ikkummissjonax xi economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ittrattati?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #17291 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

OECD — Harmful tax practices

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-harmful tax practices li l-gvern Malti ntrabat ma' l-OECD li jelimina sas-sena 2005?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-`Harmful tax practice` jirrigwardja primarjament `exchange of information` bejn awtoritajiet fiskali li trid issir taħt ċerta kundizzjonijiet.ħ Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-`Commitment letter`.

Politika soċjali — Economic Impact Assessment

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of reference kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Wara l-ħruġ għal sejħa għal proposti, fl-1 ta' Ġunju 2000, il-Ministeru għall-Politika Soċjali kkumissjona Cost-Benefit Analysis dwar diversi Direttivi ta' l-Unjoni Ewropea li jirrigwardaw il-qasam tas-Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol u dwar ix-Xogħol. Dan l-analiżi, li mistenni jkun lest sa l-aħħar ta' Awwissu, qed isir mill-kumpaniji K.M.P.G., MISCO International u EuropAdrive Ltd flimkien. Dan il-Cost-Benefit Analysis ser jinkludi economic impact assessment ta' l-adozzjoni eventwali, f'każijiet, ta' 25 Direttiva dwar is-Saħħa u Sigurta' fuq ix-Xogħol u 4 Direttivi dwar ix-Xogħol.
Leg 9 PQ #17293 Sitting 324 2000-06-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Economic Impact assessment

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministeru ikkummissjonax xi economic impact assessments dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-Unjoni Ewropea? Jekk iva, x'terms of referernce kellhom? Minn min saru? X'kienu s-suġġetti ttrattati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-prezent il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici qed jikkordina numru ta` studji sabiex jigi stabbilit f`aktar dettal l-impatt potenzjali li s-shubija fl-Unjoni Ewropea jista` jkollha fuq diversi oqsma partikulari. Il-parti l-kbira ta` dawn l-istudji qed isiru internament minn ufficjali fi hdan l-istess dipartimenti, korporazzjonijiet u entitajiet ohra li jiffurmaw parti mid-dekasteru tieghi. Tmien studju gew kummissjonati barra l-Ministeru lil ditti ta` konsulenti jew lil esperti individwali. Dawn kienu: SUGGETT KONSULENTI Additiona l Certification for Medicinal Access Euro Consulting and Plant Protection Products European Patent Convention (EPC) Access Euro Consulting and the Patent Co-operation Treaty (PCT) Impact Study on the Retention of the Lino Bianco and Associates Status Quo regarding the Exportation of Maltese Stone Free Movement and Establishment for Access Euro Consulting the various Services Sectors Impact Study on Consumer and Health Advocates Micallef Protection - Product Liability Impact Study on the registration, Europa Advice, KPMG, MISCO licensing, manufacturing, importation and retailing of medicinal products for Human and Animal Consumption Food Hygiene in the food Wholesale, Dr. Joseph G. Mallia Retail, Distribution and Catering Sectors Food Hygiene in the food Dr. Joseph G. Mallia Manufacturing and Processing Sector Huwa mistenni li dawn l-istudji jigu konkluzi sa l-ahhar ta` dan ix-xahar. It-terms of reference ghal dawn l-istudji saru minn ufficjali gholja fi hdan il-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici wara konsultazzjoni mad-Direttorat ghall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru ghall-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #17184 Sitting 323 2000-06-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġdid — Open Day

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16790?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-'Open weekend' organizzat fl-Isptar il-Ġdid żaru l-proġett 'il fuq minn 2500 ruħ. L-ispiża minfuqa kienet tammonta għal LM15583.09 li kienet imqassma hekk:- SKANSKA --------- Materjal 2212.45 Xogħol 4768.94 Xogħol Preliminarju u kont 898.85 VAT 1182.04 SPEJJEŻ OĦRA -------------- Trasport 180.00 Overtime 249.11 Reklamar 1754.77 Exhibition Area 3927.93 Streamers/Banners 409.00 ------------------------------------------ ------ TOTAL 15583.09 ---------------------------------------- -------- Ta` min jgħid li għalkemm xi xogħol sar għall-'Open Weekend' bħal per eżempju l-Mock Ward, ir-rampa għall-underground parking u xi ċnut ser jibqgħu jintużaw.
Leg 9 PQ #16814 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Malta — UE - Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ikkummissjonati konsulenti biex jagħmlu economic impact assessments għall-gvern dwar l-applikazzjoni Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE? Kif ġew magħżulin? Liema suġġetti speċifiċi qed jiġu riċerkati? X'timeframe ingħataw biex ilestu xogħolhom? Ma liema korpi kostitwiti iltaqgħu in konnessjoni ma' l-assessments li qegħdin jagħmlu?

Response (BORG, JOE)

Il-Ministeru li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħi ma kkummissjona l-ebda economic impact assessment dwar l-applikazzjoni ta' Malta għal sħubija fl-Unjoni Ewropeja. Madankollu, il-Ministeru iffinanzja xi studji li ġew ikkummissjonati minn Ministeri oħra fejn pero it-terms of reference u dettalji u kundizzjonijiet oħra ġew speċifikati u approvati mill-Ministeru li kkummissjona l-istudju. Irrid inżid ukoll li l-kuntratti sabiex jitħejjew l-assesments imsemmija ġew ikkummissjonati mill-Ministeri skond is-suġġett li dwaru jkun intalab l-economic impact assessment. Għalhekk nitlob l-Onorevoli Interpellant jistaqsi din il-mistoqsija lill-Ministeri relevanti.
Leg 9 PQ #16815 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Brussels — Ambaxxata Maltija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies bħalissa jaħdmu fl-Ambaxxata Maltija fi Brussels? Min huma u liema karigi jokkupaw?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #16816 Sitting 315 2000-06-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Directorate

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-complement ta' l-EU Directorate bħalissa? F'liema gradi u postijiet jinsabu l-personnel tad-direttorat?

Response (BORG, JOE)

Il-complement ta' l-EU Directorate bħalissa huwa ta' 43 impjegat li jikkonsistu fil-Kap tad-Direttorat, Direttur (Policy) u Direttriċi (Legal), 1 First Counsellor li qiegħed ma' l-EU Negotiating Secretariat, 2 Principal Economics Officers li wieħed minnhom qiegħed fis-Segretarjat Privat tiegħi, 4 Senior Legal Officers li tnejn minnhom qed iservu fl-Ambaxxata Maltija fi Brussels, 3 Junior Legal Officers, 4 Senior Policy Officers, 4 Policy Officers li wieħed minnhom qiegħed fl-EU Negotiating Secretariat, 1 Counsellor, 2 First Secretary li wieħed minnhom qed isegwi kors ta' studju l-Universita u l-oħra qed tagħmel xogħol fil-Head Office, 1 Second Secretary, 1 Advisor li qegħda ma' l-EU Negotiating Secretariat, 1 Teacher, 2 Principals, 1 Senior Printer, 1 Executive Officer, 7 Clerks li waħda minnhom qegħda fis-Segretarjat Privat tiegħi, 1 Bookbinder, 1 Casual Substitute Clerk, 1 Casual Typist, 1 Messenger II u 1 Labourer.