Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #17816 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Borza ta' Malta

Question

Billi tħabbar f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li l-gvern kien beħsiebu jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Legali Notice li tiġbor diversi tibdiliet għar-regoli tal-Borza ta' Malta, dan ifissirx li t-talba bil-miktub ta' l-istockbrokers Maltin ġiet abbandunata għal kollox? Meta mistennija jiġu fis-seħħ dawn ir-regolamenti ġodda? Dan ifissirx ukoll li l-kunsill tal-Borza ta' Malta ma laqgħax it-talba ta' l-istockbrokers Maltin biex dawn it-tibdiliet jiġu ntrodotti fuq medda ta' żmien bħalma ġara f'każi oħrajn li liberalizzazzjoni bħal telekomunikazzjoni, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli ma naħsiebx li għandi x`inżid mar-risposta li ngħatat għal mistoqsija parlamentari numru 17764.
Leg 9 PQ #17817 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

OECD — Fiscal affairs

Question

Billi Jeffrey Owens, head of fiscal affairs ta' l-OECD, dan l-aħħar qal li meta ġew eżaminati d-diversi ġurisdizzjonijiet in konnessi mal-harmful tax competition list li ġabret l-istess OECD, kull ġurisdizzjoni li ġiet reviewed ġiet assigned contact country fl-OECD innifsu li miegħu saru diversi diskussjonijiet bilaterali, jista' l-Ministru jgħid liema kien l-assigned OECD contact country li ġie assenjat lill-pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-`Contact Country` li ġiet assenjata Malta kienet il-Ġermanja.
Leg 9 PQ #17856 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Għarab — Viża

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-viża li se jibda jkollhom bżonn l-Għarab biex jidħlu Malta?

Response (BORG, JOE)

Peress li d-domanda titratta d-dħul f'Malta ta' ċittadini minn pajjiżi Għarab, u għalhekk tikkonċerna il-qasam ta' l-immigrazzjoni, li jaqa' taħt il-Ministeru ta' l-Intern, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #17881 Sitting 344 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Accountants/Awdituri

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 17749 dwar accountants u awdituri din tikkonċerna l-Ministeru per se u mhux lill-entitajiet ikkonċernati, tista' ġentilment twieġeb mill-ġdid?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma jirriżultalix li l-Ministeru per se uża s-servizzi ta' konsulenti u/jew rappreżentanti ta' ditti ta' accountants u awdituri biex isir monitoring jew tracking tal-performance ta' diversi korporazzjonijiet parastatali.
Leg 9 PQ #17812 Sitting 343 2000-07-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Tax Practices

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta mistennija li jitlestew ir-rakkmandazzjonijiet tal-working group li kellha twaqqaf l-MFSC in konnessjoni mar-rapport riċenti ta' l-OECD dwar harmful tax practices? X'tibdiliet leġislattivi mistennija jsiru f'dan ir-rigward? Hemm xi reporting date mill-OECD?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC diga` qed taħdem effetivament fur ċerti tibdiliet li huma meħtieġa in konnessjoni mar-rapport ta` l-OECD dwar `harmful tax practices.` Ir-rakkomandazzjonijiet f`dan ir-rigward għandhom jkunu lesti fil-futur qarib. S`issa għad m`hemm l-ebda `reporting date` mill-OECD.
Leg 9 PQ #17790 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ewropa Two Speed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed iħares il-Gvern Malti lejn il-kunċett li dejjem qed jevolvi - b'mod partikolari min-naħa Franċiża - dwar Ewropa Two Speed?

Response (BORG, JOE)

Għadu kmieni biex wieħed jispekola dwar kif ser tiġi riformata l-Unjoni Ewropeja bi qbil bejn il-Gvernijiet kollha tal-ħmistax-il-pajjiż membru. Madankollu ma naqbel xejn li l-proposta Franċiża tirrigwardja Ewropa Two Speed. Ta' min wieħed jgħid illi, iżjed milli Ewropa Two Speed, il-proposti li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Konferenza Intergovernattiva jirrigwardjaw reinforced co-operation. Wieħed irid jistenna kif ser jiżviluppa dan il-kunċett fix-xhur li ġejjin qabel ma jikkummenta dwaru.
Leg 9 PQ #17812 Sitting 341 2000-07-10 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Tax Practices

Question

Jista' l-Ministru jgħid sa meta mistennija li jitlestew ir-rakkmandazzjonijiet tal-working group li kellha twaqqaf l-MFSC in konnessjoni mar-rapport riċenti ta' l-OECD dwar harmful tax practices? X'tibdiliet leġislattivi mistennija jsiru f'dan ir-rigward? Hemm xi reporting date mill-OECD?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #17749 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Accountants/awdituri

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-konsulenti u/jew rappreżentanti ta' ditti ta' accountants u awdituri li taw is-servizzi tagħhom lill-ministeru f'xi stadju jew ieħor ta' din il-leġislatura f'dik li hi monitoring jew tracking tal-performance ta' diversi korporazzjonijiet parastatali? Tista' tagħti lista kompresiva tagħhom? Kif ġew magħżulin? Kemm tħallsu kull wieħed għal assignment/s li kellhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

B`mod generali l-Ministeru ghas-Servizzi Ekonomici juza` lill-MIMCOL biex isir monitoring jew tracking tal-performance tad-diversi azjendi u korporazzjonijiet parastatali. Naturalment, f`certu kazi, numru ta` entitaljiet jitolbu s-servizz tat-tip li ghalih qed issir riferenza fuq bazi individwali.
Leg 9 PQ #17751 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17466?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m`għandi xejn x`inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari numru 17466.
Leg 9 PQ #17763 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Jewellers Maltin — Imbullar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-jewellers Maltin u Għawdxin se jibdew jimbullaw il-prodotti tagħhom huma stess flok il-Monte di Pieta'? Jekk iva, x'se jsir biex tiġi żgurata ż-żamma tas-serjeta' f'dan il-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed isir studju li jista jwassal għal xi proposti ta` emendi fl-`Ordinanza Dwar il-Ħaddiema d-Deheb u Haddiema l-Fidda (Argentiera) (Kap 46)` bil-għan ewlieni li waqt li tikber l-għajnuna lill-industrija lokali tiżdied l-protezzjoni tal-konsumatur.
Leg 9 PQ #17764 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Borża ta' Malta — Laqgħat

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-laqgħat u l-korrispondenza li għaddiet bejn l-istockbrokers Maltin u l-Borża ta' Malta dan l-aħħar dwar il-liberalizzazzjoni tas-settur?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jien infurmat li l-Kunsill tal-Borża qiegħed jistudja kif aġġorna l-Liġi dwar il-Borża, l-Istatut u l-Bye-laws skond il-ħtiġijiet kurrenti. Il-Kunsill diġa` approva ċerta emendi w l-partijiet interessati ġew mgħarrfa b`dawn it-tibdiliet qabel ma` ġew ippublikati. Fil-fatt il-Borża sejħet laqgħa għall-Brokers kollha, nhar l-Erbgħa 14 ta` Ġunju biex tinfurmhom dwar emendi approvati fl-Istatut u l-Bye-laws u Council Notice 1 li titratta dwar fees li kienu qiegħedin jiġu proposti b`effett immedjat u dwar affarijiet oħra li jolqtu lilhom bħal remote trading u listing. Dawn l-emendi qiegħdin isiru `l għaliex il-Kunsill iħoss li s-suq issa żviluppa tant li jippermetti iktar espansjoni. Il-Brokers dehru li oġġezzjonaw l-iktar għall-kriterji ġodda dwar liċenzjar ta` stockbrokers għalhiex dawn l-emendi sejrin jippermettu li Financial Services Organisation (FSO) li jkollhom stockbroking firm bħala sussidjarja u jkunu jistgħu jinnominaw impjegat biex japplika għall liċenzja ta` Broker kif ukoll oġġezzjonaw għall tibdil fil-commissions mir-rati fissi li jeżistu llum għal rati negozjabbli. In fatti l-istockbrokers kitbu liċ-Chairman tal-Borża biex joġġezzjonaw bil-miktub għal dawn iż-żewġ fatturi. Jien infurmat li l-ittra sa tiġi kkunsidrata mil-Kunsill fil-laqgħa li jmiss u l-kwistjoni tal-commissions li kellha tkun effettiva mill-1 ta` Lulju ġiet proposta ħalli l-Kunsill jkollu l-opportunita` jerġha jikkonsidrah.
Leg 9 PQ #17765 Sitting 340 2000-07-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Bank Ċentrali kemm ħa stocks tal-gvern dan l-aħħar mill-Lm44.4 miljun li ħadu l-istituzzjonijiet finanzjarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali ma tefax applikazzjoni għall-ebda stock tal-Gvern fl-aħħar ħarġa li saret sabiex ikun konsistenti mal-politika tiegħu li ma jipparteċipax fis-suq primarju ta` stocks tal-Gvern. Fil-fatt ir-Rapport Annwali tal-Bank għas-sena 1999 juri biċ-ċar li l-Bank lanqas kien applika għal stock tal-Gvern fil-ħarġa ta` qabel, jiġifieri dik li saret f`Novembru tal-1999. Barra minn hekk il-Bank Ċentrali lanqas qed jipparteċipa fis-suq primarju ta` bills tat-Teżor. B`hekk il-Bank mhuwiex qed jislef flus lill-Gvern. Dan hu konsistenti mal-politika tal-Gvern li jsaħħaħ l-indipendenza tal-Bank Ċentrali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja.
Leg 9 PQ #17467 Sitting 335 2000-07-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Valletta — Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif intgħażlu l-premises temporanji tat-tax compliance unit f'Valletta Buildings, South Street, il-Belt? Kemm qed iħallas kera l-gvern għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-uffiċji temporanji li t-`Tax Compliance Unit` qiegħda tokkupa f`Valletta Buildings, South Street Valletta intgħażlu wara li l-Ministru talab għal dawn il-faċilitajiet li kienu ġew magħżula drabi oħra mill-Ministeru. Dawn l-uffiċji ser ikunu vakanti fl-10 ta` Lulju 2000. Il-`kera` li l-Ministeru ser ikun ħallas għal dan l-uffiċju hija ta` madwar Lm270 li tikkonsisti f`xogħolijiet li sar fl-istess uffiċju.
Leg 9 PQ #17470 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Drogi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk itteħdux passi mill-pulizija kontra t-tixrid u t-teħid ta' drogi f'Manoel Island, aktar u aktar meta hemm il-Gżira FC Nursery fl-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iskwadra kontra d-Droga tal-Pulizija, spiss tagħmel ronda fl-inħawi li rrefera għalihom l-Onorevoli Interpellant. Barra minn hekk issir ukoll ronda mill-Pulizija tad-Distrett u ta` l-Iskwadra Mobbli.
Leg 9 PQ #17471 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-MDC se tikri post ġdid għall-uffiċini tagħha f'Santa Venera? Kif intgħażel il-post? Kemm se titħallas kera għal dan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Bħalissa l-MDC qeda` topera minn Villa Portelli fil-Kalkara, liema post mhux adattat għall-ħtiġijiet tal-korporazzjoni. Għal din ir-raġuni inħass il-bżonn li jinstab post alternattiv minn fejn il-Korporazzjoni tista` topera aħjar. Wara li saret tfittxija fis-suq u wara li gew eżaminati numru ta` prpjetajiet; il-Bord tad-Diretturi tal-MDC ħa d-deciżjoni li jikri premises f`Santa Venera. Il-kera hija ta` Lm 55000 fis-sena għal spazju ta` 2000 metru kwadru.
Leg 9 PQ #17472 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Rapport

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tintrabat li tippubblika r-rapport tekniku li ġie ikkummisjonat mill-Enemalta dwar il-qtugħ tad-dawl estensiv li kien hemm dan l-aħħar? Min kien l-espert li ġie mqabbad?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara l-ħsara li żviluppat dan l-aħħar fil-Power Station tal-Marsa, il-Korporazzjoni Enemalta ikkummissjonat rapport tekniku dwar dan l-inċident. L-esperti mqabbda biex iħejju dan ir-rapport huma l-Professur Carmel Pule` u s-Sur Lawrence Ciantar. Meta r-rapport ikun finalizzat, dan jiġi ppubblikat.
Leg 9 PQ #17473 Sitting 333 2000-07-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Qorti — Generator

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġietx stabilita r-raġuni għaliex ma ħadimx il-generator tal-qorti meta kien hemm il-qtugħ estensiv ta' dawl madwar il-gżejjer Maltin dan l-aħħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li l-informazzjoni għadha qed tinġabar, ir-risposta tingħata f`seduta oħra.
Leg 9 PQ #17387 Sitting 332 2000-06-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Government Stocks — Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet it-tweġiba tal-pubbliku għall-ħruġ riċenti ta' Malta Government Stocks (rolled over) li għalqu nhar il-05/06/00? Kemm ġew subscribed mill-: Lm10m - 5.6% - 2007 (3rd issue) Lm18.5m - 5.75% - 2010 (2nd issue) Lm30m - 6.1% - 2015 (1st issue) Kemm minn kull wieħed minn dawn l-istocks ġie subscribed mill-pubbliku in ġenerali u mill-istituzzjonijiet finanzjarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba mill-pubbliku għall-ħruġ riċenti ta` `Malta Government Stocks` li għalqu nhar il-5 ta` Ġunju 2000 kienet f`total ta` Lm14.09 maqsuma kif ġej: Lm10 miljuni - 5.6% -2007 (3rd Issue) -Lm2,286,800 Lm18.5 miljuni - 5.75% -2010 (2nd Issue) -Lm1,246,000 Lm30 miljun - 6.1% -2015 (1st Issue) -Lm10,557,700. Ta` min jgħid li dawn l-istokks issosstitwew oħrajn li għalqu u li fiha l-investiment tal-pubbliku kien ta` Lm10.47 miljuni. Id-differenza fuq il-kumplament ta` l-`istocks` ittieħdu mill-istituzzjonijiet finanzjarji.