Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lil din il-Kamra x'kienu r-raġunijiet għaliex id-dawl tal-fabbrika St Microelectronics, li tilgħab rwol daqstant importanti fis-settur tal-manifattura lokali, inqata' tliet darbiet fi żmien relattivament qasir? X'passi konkreti ttieħdu f'kull każ mill-awtoritajiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Kien hemm tlett każijiet ta' qtugħ ta' dawl fl-ST Microelectronics. L-ewwel każ seħħ nhar l-14 ta' Ġunju u kien ikkaġunat minn ħsara f'wieħed minn żewġ underground cables li hemm jissuplixxu lil din il-fabbrika.
It-tieni qtugħ seħħ nhar it-23 ta' Ġunju. Dakinhar li kien seħħ il-blackout madwar Malta u Għawdex. L-ST Microelectronics reġgħet ħadet lura il-provvista ta' l-elettriku sagħtejn biss wara li seħħ dan il-qtugħ. Sa dak il-ħin 80% ta' Malta kienet għadha bla dawl.
L-aħħar qtugħ seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda u dakinhar 40% ta' l-impjant kien bla dawl.
Fil-każijiet kollha msemmija, il-Korporazzjoni Enemalta ħadet il-passi kollha meħtieġa sabiex immedjatament tissewwa l-ħsara li kien hemm. L-impjegati tal-Korporazzjoni ħadmu lejl u nhar sabiex il-provvista ta' l-elettriku fl-ST Microelectronics terġa' lura għan-normal.
Ta' min isemmi li ż-żewġ cables li sa llum jissupplixxu l-fabbrika ta' l-ST Microelectronics huma mgħobbija sew u għalhekk meta ssir ħsara fuq wieħed minn dawn iż-żewġ cables, ma hemmx sors ieħor ta' elettriku. Il-cable irid jissewwa sabiex il-provvista tiġi lura għan-normal.
Dan l-aħħar tqiegħdu żewġ cables oħra. Dawn ser jiġu utilizzati biex tissaħħah il-provvista lejn din il-fabbrika. Dawn sejrin jinxtiegħlu waqt ix-shutdown qasir tal-fabbrika f'Awissu li ġej.
Hemm ukoll ipproġettat li jinbena Distribution Centre maġenb il-fabbrika ta' l-ST Electronics.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-implikazzjonijiet tat-tneħħija tal-GSP mill-Istati Uniti? Liema huma dawk is-setturi industrijali li se jiġu milquta direttament?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tneħħija tal-GSP mill-Istati Uniti tirrifletti l-livell għoli ta' żvilupp ekonomiku li pajjiżna rnexxielu jikseb matul is-snin li għaddew. Minn analiżi li l-Ministeru tiegħi għamel aktar kmieni din is-sena, jirriżulta li l-aktar settur li jista' jintlaqat huwa dak ta' l-industrija ta' prodotti tad-deheb u prodotti oħra anċillari.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 17856 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-viża li se jibda jkollhom bżonn l-Għarab biex jidħlu Malta?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema visa u għal liema Għarab qiegħed jirreferi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 17874?
Response (GATT, AUSTIN)
Minn informazzjoni mgħotija lili mid-Direttur Ġenrali tal-Qorti jirriżulta illi:
1. il-ġeneratur kien ġie `serviced` f`nofs April mid-ditta li mingħandha kien inxtara fl-1997 u li magħha sar `maintenance agreement`;
2. meta nqata d-dawl fit-23 ta` Ġunju u l-ġeneratur ma ħadimx, id-Direttur Ġenerali talbet lill-istess ditta teżamina x`ġara;
3. skond rapport preliminari magħmul minn din id-ditta l-ġeneratur ma ħadimx għaliex `the sumpof the Generator was filled to the top with grey thick liquid` li ried jiġi analiżżat f`laboratorju;
4. mill-analiżi li saret fil-11 ta` Lulju instab li l-`water content` fil-`lubricating oil` kien ta` 47% `by volume` meta normalment ikun ta anqas minn 0.1%;
5. minħabba li hu ovvju li jeżisti suspett qawwi ta` abbuż gravi, jekk mhux sabutaġġ intenzjonali, tajt struzzjonijiet biex il-każ jgħaddi f`idejn il-pulizija.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-one stop shop li l-IPSE se twaqqaf għas-settur ta' l-għamara?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-għajnuna kollha li qed tingħata lill-intrapriżi ta' l-għamara qed tiġi ikkoordinata mill-IPSE. Għalhekk huwa mportanti li l-klijent jaħdem ma' l-IPSE biex jibbenifika mhux biss mill-għajnuna li tagħti l-IPSE, iżda wkoll biex din tgħinu jikseb għajnuna minn korporazzjonijiet oħra.
Issa li għaddew diversi jiem mindu għalqu l-applikazzjonijiet għal nies li riedu jissieħbu mat-Tax Compliance Unit, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti, għal liema karigi applikaw u kemm minnhom jiġu mis-settur privat? Xi professjonijiet għandhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli interpellant li n-numru ta applikanti ghall postijiet mat-Tax Compliance Unit kien ta 80 u dawn applikaw ghall- postijiet kif jidru fit-Tabella A hawn taht:
Tabella A
Gradi Professjonali Analizi tal-ApplikazzjonijietPost li ghalih applikawNumru ta ApplikazzjonijietData/Systems Administrator 4Director (Professional Grades) 5Manager (Professional Grades) 14Office Manager 30Principal Statistician 1Professional Officer (Accountant Trainee) 2Professional Officer (Accountant) 27Professional Officer (Economist) 1Professional Officer (Legal Officer) 4Professional Officer (Systems Analyst) 2Software Programmer 1Statistician 1Statistician Grade 3 1Systems Analyst 1Trainee 1Grand Total - Applications95
Il-95 applikazzjoni gew mibghuta minn 80 individwu li minnhom kien hemm minn applika ghal aktar minn post wiehed.11 mill-applikanti huma persuni impjegati mal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-Ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-Ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-`Impact Assessment Studies` fir-rigward ta` materji li jaqgħu taħt ir-responsabilta` diretta tal-Ministeru diġa ġew ikkummissjonati u t-`time frames` relattivi qegħdin jiġu rispettati. Fil-fatt l-ewwel `drafts` diġa tlestew u qegħdin jiġu kkonsidrati.
Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd — Economic Impact Assessment Studies
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE?
Response (ZAMMIT, NINU)
S'issa nataw 6 economic impact assessment. It-timeframes all-finalizazzjoni ta' dawn l-istudji huma kif indikat hawn taħt:
1. Impact on Trade Liberalisation Process on Agriculture Products.
2. Supply and Support Measures.
al dawn it-tnejn l-ewwel rapport (jew rapport preliminari) mistenni sa l-20 ta' Settembru u r-rapport finali sa l-aħħar t'Ottubru.
3. Pork and Beef Processing. Ir-rapport mistenni jkun lest fil-jiem li ġejjin.
4. The Maltese Contiguous Zone Fisheries Management and Control
5. Free Movement of Goods Fresh/Frozen Fish and Fish Products
6. Malta Fish Marketing Centre Ir-rapporti al 4, 5 u 6 hawn fuq tlestew.
Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Hemm diversi time-frames li matulhom iridu jsiru diversi economic impact assesments. Żgur pero', li dawn iridu jkunu tlestew sa l-aħħar tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'time frames għandu l-ministeru għat-tlestija ta' l-economic impact assessment studies marbutin ma' l-applikazzjoni pendenti Maltija għal sħubija sħiħa fl-UE?
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kumitat li waqqaft għall-ko-operazzjoni fil-qasam tal-manifattura tal-għamara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-Kumitat li twaqqaf biex ikun hemm ko-operazzjoni fil-qasam tal-manifattura ta' l-għamara huwa magħmul minn rappreżentanti ta' l-IPSE, il-METCO, il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta, il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ u l-Employment Restructuring Unit.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-pjani biex Ricasoli Ind. Estate jiġi riżviluppat biex jilqa' fi ħdanu proġetti ristrutturati ta' l-għamara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta bħalissa qed tħejji pjan skematiku għaz-Zona Industrijali ta' Ricasoli bil-għan li tkun tista' takkomoda l-bżonn ta' bini industrijali għall-proġetti ristrutturali ta' l-għamara. Mill-istudju li l-IPSE għamlet fuq dan is-settur, inħasset il-ħtieġa li jsir dan l-eżerċizzju. L-IPSE qiegħda tidentifika fid-dettal il-ħtiġijiet tekniċi li ser ikollhom bżonn dawn il-proġetti u permezz ta' tali informazzjoni l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta tkun f'pożizzjoni li tagħmel pjan dettaljat biex jinbeda l-proċess għall-iżvilupp.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-Export Promotion House li għandha titwaqqaf għas-settur ta' l-għamara?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li fil-preżent l-IPSE qed tagħmel l-istudji tagħha dwar kif l-aħjar għandha tkun strutturata l-Export Promotion House, inkluż l-attivitajiet tagħha, għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji f'dan l-istadju.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memo of understanding li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-awtoritajiet tad-Dwana ta' Malta u tar-Renju Unit?
Response (DALLI, JOHN)
Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memo of understanding li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-awtoritajiet tad-Dwana ta` Malta u tar-Renju Unit.Nqed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-memo of understanding li ġie ffirmat dan l-aħħar bejn l-awtoritajiet tad-Dwana ta' Malta u tar-Renju Unit.
Billi dan l-aħħar inħatar deputy chairman ġdid tal-Borża ta' Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx irriżenja jew tneħħa id-deputy chairman ta' qablu? Meta intemmet il-ħatra tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-`Deputy Chairman` tal-Borża, is-Sur George Wells xeħet ir-riżenja tiegħu minn jgħeddu minħabba pressjoni ta` xogħol mhux konness mal-Borża. Ir-riżenja tiegħu kellha sfortunatament tiġi milqugħa b`effett mil-5 ta` Ġunju 2000.Narraf lill-Onorevoli Interpellant li d-`Deputy Chairman` tal-Borża, s-Sur Geroge Wells xeħet ir-reżenja tu minn jeddu minħabba pressjoni ta' xool mhux konness mal-Borża. Ir-reżenja tu kellha sfortunatament tiġi milqua b'effet mil-5 ta' Ġunju 2000.
Meta u għaliex ġie deċiż mil-Lands Department li l-kirja ta' Villa Portelli togħla għall-Lm100,000? Issa li l-MDC se tmur f'post ieħor, x'użu ser isir minn Villa Portelli?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li meta l-MDC daħlet ġo Villa Portelli fil-Kalkara, it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern ħasset li, bħal ma jsir f`ċirkostanzi simili, terġa` ssir valutazzjoni kurrenti tal-kera tal-post. Il-perit tat-Taqsima ivvaluta din il-kera bħal Lm100,000 fis-sena.
Ninsab infurmat ukoll li għad ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar x`użu ser isir minn Villa Portelli, meta din tiġi mbattla mill-MDC.
International Tax Meeting — Delegazzjoni ministerjali
Question
Minn min kienet komposta d-delegazzjoni ministerjali li attendiet l-International Tax Meeting organizzata mill-OECD bejn id-29/03/2000 f'Pariġi? Saru interventi/diskorsi min-naħa tad-delegazzjoni Maltija? Jekk iva, jista' jitqiegħed id-diskors fuq il-Mejda tal-Kamra?
Kien hemm komunikat finali fi tmien il-laqgħa? Jekk iva, jista' jiġi mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-delegazzjoni kienet komposta minni, l-Attorney General, il-President tal-MFSC, uffiċjal tad-dipartiment tat-taxxa u l-Ambaxxatur Malti għal Franza.
Jiena għamilt il-kummenti tiegħi waqt d-dibattitu fil-laqgħat u ma sarux diskorsi.
Il-komunikat li nħareġ huwa pubbliku u jista` jinkiseb.