Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19398 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa Totali Annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18098 fis-seduta numru 367 fit-22 ta’ Settembru 2000.

Konsulenzi — Nefqa Totali Annwali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Tweġiba għal din il-Mistoqsija tinsab fit-Tweġiba Parlamentari Numru 18590 li ngħatat f'Seduta Numru 365 tad-19 ta' Settembru, 2000. In-nefqa totali annwali tal-Ministeru fuq Konsulenzi, inklużi Fringe Benefits hija Lm33,132.17.
Leg 9 PQ #19401 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Konsulenzi — Nefqa Totali Annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għat-twegieba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18385 fis-seduta 366 fid-19 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19403 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konsulenzi — Nefqa Totali Annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 18693 u 18780.
Leg 9 PQ #19405 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Konsulenzi — Nefqa Totali Annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 18447 u 18448.
Leg 9 PQ #19350 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ashurst Morris & Crisp

Question

Kemm tħallset b'kollox id-ditta legali Ashurst Morris & Crisp għax-xogħol ta' konsulenza f'isem J. MALPRO Ltd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li matul is-sena finanzjarja li għalqet fil-31 ta' Marzu, 2000, id-Ditta Ashurt Morris & Crisp tħallset is-somma ta' 3056 GBP għal servizzi legali.
Leg 9 PQ #19381 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18964?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlemantari numru 18964 f'seduta 370.
Leg 9 PQ #19382 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ażjendi Parastatali — Profitti

Question

JIsta' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 18974?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inzid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlemantari numru 18974 f'seduta 368.
Leg 9 PQ #19383 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Letters of comfort/Bank guarantees

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 18973?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ listi, waħda għall perjodu 1990 sa s-sena 1995 li kienet tinżamm fil-qosor mill-Bank Ċentrali (Tabella A), u oħra ddetaljata għall-perjodu 1996 sa s-sena 2000 li issa saret tinġabar mill-Ministeru tiegħi (Tabella B).
Leg 9 PQ #19384 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk iż-żieda fit-tariffi tal-qorti hijiex b'xi mod jew ieħor relatata mal-ħtieġa ta' finanzjament taż-żieda f'allowances li se jkun hemm għal membri tal-ġudikatura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li le.
Leg 9 PQ #19392 Sitting 375 2000-09-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

BOV — Każ tad-Daewoo

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18963?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li jiena nfurmat li fuq dan il-każ kemm il-Bank Ċentrali u kemm il-Pulizija ħadu u qegħdin jieħdu azzjonijiet li jidhrilhom xierqa. Intqal ħafna fuq dan il-każ u l-Bank Ċentrali u l-Bank of Valletta ħafna drabi staduhom biex jiksru l-liġi u l-kunfidenzjalita'. Dawn l-istituzjonijiet imxew b'mod serju, kif titlob minnhom il-liġi u l-etika bankarja. Jagħmlu sewwa dawn l-istituzjonijiet jimxu bil-għaqal billi l-kampanja li qed issir fuq dan is-suġġett jista' jkun li qed issir biss fl-interess politiku ta x'uħud u fl-interess kummerċjali ta' terzi persuni. Fuq l-allegazjoni li kien hemm xi pressjoni biex jingħata xi self lil din l-kumpanija, infakkar li din l-allegazjoni ġiet imgiddba ripetutament. Jekk l-Onorevoli Internpellant għandu f'idejħ xi rapport li tħejja mill-BOV fuq dan il-każ, nitlobu jpoġġiħ fuq il-mejda tal-kamra.
Leg 9 PQ #18964 Sitting 370 2000-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Pensjonanti

Question

Fir-rigward tal-pensjonanti li spiċċaw minn mal-gvern wara l-1.1.96 paġna 8 para. 5.3 tal-ftehim kollettiv dwar il-ħaddiema tal-gvern li ġie ffirmat bejn gvern u unions f'Diċembru 1998, hemm dan li ġej: "It is agreed that ad hoc arrangements on a personal basis will be made for public officers retiring during the years 1996 to the year 2000 to reflect, on a notional basis, increases in emoluments awarded to serving public officers." Dejjem skond l-istess ftehim dan l-arranġament suppost għandu jsir mill-1.1.2001, huwa minnu li l-accountant general għadu ma ħareġ ebda struzzjonijiet speċifiċi f'dan ir-rigward? Huwa minnu li hemm nuqqas ta' qbil bejn gvern u UHM dwar din il-problema, billi min-naħa tal-Ministru qed isostni li dan l-eżerċizzju għandu jinkludi fih biss lil dawk li spiċċaw bil-pensjoni mill-1999 'il hawn? Dan huwa hekk, dan ma jirriżultax f'pensjonanti li ġew maqlugħa barra mill-ftehim ta' Diċembru 1998 bil-wegħda li fl-1.1.2001 il-pensjoni tagħhom se tiġi aġġornata mal-ftehim kollettiv imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-ri-kompjutazzjoni tas-somma u żieda fil-pensjoni lill-pensjonanti taċ-Ċivil li spiċċaw is-servizz tagħhom bejn is-snin 1996 - 2000 tibda sseħħ minnufiħ li tinħareġ direttiva mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru. L-"Accountant General" m'għandux għalfejn joħroġ xi struzzjonijiet dwar dan jew jieħu xi azzjoni oħra, ħlief li joħroġ malajr kemm jista jkun il-flejjes dovuti, maħduma skond il-ftehim milħuq.

Servizz Ċivili — Parental Leave

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 18546 u jgħid kemm hemm nies fuq bordijiet u awtoritajiet li huma intitolati għall-parental leave?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-aħħar parti tar-risposta li jiena tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18546 f'Seduta 357.
Leg 9 PQ #19106 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kummissjoni Dwar il-Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu l-membri tal-Kummissjoni dwar il-Privatizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall-din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #19106 Sitting 369 2000-09-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kummissjoni Dwar il-Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu l-membri tal-Kummissjoni dwar il-Privatizzazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-Remunerazzjoni li għandha titħallas liċ-'Chairman' tal-'Privatisation Unit' għadha qed tiġi determinata. Il-membri l-oħra tal-'Privatisation Unit' ma jieħdu l-ebda remunerazzjoni.
Leg 9 PQ #18972 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Prodotti — Tneħħija ta' levy

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-kwantita' (fejn japplika) u l-valur importat skond il-Code Number u l-artiklu bejn Jannar u Awwissu ta' l-1999 u l-2000 rispettivament ta' dawk il-prodotti kollha li fuqhom ġiet imneħħija l-levy on imported goods fi żmien din l-amministrazzjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Tajjeb jingħad li l-informazzjoni għax-xhur ta' Lulju u Awissu 2000 għadha qed tinġabar.
Leg 9 PQ #18973 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Letters of Comfort/Bank Guarantees

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata skond il-benefiċċjarji, ta' letters of comfort/Bank guarantees li ta l-Gvern, kif kienet fil-31 ta' Diċembru ta' kull sena bejn l-1979 u l-1995 (iż-żewġ dati inklużi)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #18974 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Profitti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista dettaljata skond l-azjenda tal-profitti akkumulati u li jappartjenu għas-sehem tal-gvern fl-azjendi u entitajiet parastatali skond il-kontijiet awditjati tagħhom għas-sena 1987?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #18975 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Posterity Fund — Fondi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intużaw fondi mill-gvern, mill-Posterity Fund kull sena mill-1998 'il quddiem?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul is-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, ma’ ntuzaw l-ebda fondi mill-hekk imsejjah ‘Posterity Fund’.
Leg 9 PQ #18976 Sitting 368 2000-09-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Ammonti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jagħti stima raġjonevoli ta' l-ammonti dovuti mill-Gvern (inklużi ammonti kontestati jew li l-kontijiet relattivi kienu għadhom ma waslux għand il-Gvern) fil-31. 12. 99 rigward: (a) akkwist ta' proprjeta' għal skopijiet pubbliċi; (b) refunds ta' Income Tax/CET - VAT, taxxi oħra bħal Dwana u Sisa; (ċ) ammonti dovuti/arretrati taħt l-Att tas-Sigurta' Soċjali; (d) arretrati ta' pagi, overtime, allowances u pagamenti oħra li jaqgħu taħt il-Personal Emoluments; (e) kontijiet oħra li jaqgħu taħt: Operational and Maintenance Expenses; Programmes and Initiatives; Contributions to Government Entities; Proġetti Kapitali; u Contingent Liabilities oħra li l-gvern jista' jkollu jagħmel tajjeb għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont dovut mid-Dipartiment tat-Taxxi sal-31.12.99 rigward refunds ta’ Income Tax kien ta’ Lm18.27 miljun. Dan l-ammont kien kollu dovut għas-sena 1998 u s-snin ta’ qabel. Mis-sena 1999 il-quddiem, taħt is-sistema tas- self assessment , ir- refunds jitħallsu mal-ħruġ tar-rendikont jiġifieri fi żmien 6 xhur mid-data tat- tax return . L-ammont totali ta’ kreditu eċċessiv mitlub minn persuni reġistrati taħt it-tlett sistemi tal-VAT u tas-CET u li kellu jitħallas fix-xhur ta’ wara fiż-żmien stipulat bil-liġi kien ta’ Lm14,328,720.57. Dan l-ammont inbidel maż-żmien skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati bgħatu sakemm ġie biex jitħallas il-kreditu eċċessiv. Skond ir-'record' tad-Dipartiment tad-Dwana, ma jirriżultax li hemm xi ammonti dovuti mid-Dipartiment rigward dak li hu msemmi f'(a), (b), (c), (d) u (e) tal-mistoqsija. Hija proċedura doganali li ammonti jiġu depożitati mad-Dipartiment f'każ ta' dubbju ta' klassifika ta' prodotti, fl-assenza ta' ċertifikati ta' oriġini, f'importazzjonijiet temporanji u f'xi każi oħra. Billi din hi proċedura normali, l-ammonti depożitati mad-Dipartiment mhumiex ikkunsidrati bħala ammonti ikkontestati. F'każ ta' talbiet għal rifużjoni ta' dazju jew 'levy', dawn huma normalment issetiljati fi żmien raġonevoli billi dejjem ikun hemm fondi disponibbli għar-rifużjoni tagħhom. Dawn il-każijiet ikunu issetiljati billi l-ammonti jiġu mogħtija lura lill-importatur jew mgħoddija bħala revenue. Bħal ma jsir kull sena, qabel għalqet is-sena 1999, id-dipartimenti kollha tal-Gvern ġew imħeġġa jħallsu l-kontijiet li seta kellhom pendenti (basta jkunu ċertifikazzjoni etc, il-proċeduri meħtieġa saru matul din is-sena u pagamenti relattivi għalhekk saru fix-xhur li għaddew din is-sena. Fil-fatt, il-pożizzjoni llum hi tali li pagamenti jiġu proċessati mid-dipartimenti fiż-żmien proprju tagħhom wara li jkunu ċertifikati korretti. Fil-każ ta' spejjeż kapitali, hemm każ pendenti tat-toroq li l-claims relatati tiegħu jammontaw għal Lm2.1 miljuni. Bħala contingent liabilities wieħed jista' jsemmi l-art li għaddiet għand il-Gvern u li għaliha, għal xi raġuni jew oħra, ma tkunx għadha nħarġet in-"notice to treat". Każijiet pendenti mill-1972 'il hawn jammontaw għal madwar Lm33 miljun. Fil-każ ta' spejjeż rikorrenti, hemm spejjeż pendenti ta' madwar Lm200,000 marbuta maċ-ċelebrazzjonijiet tal-Millenju. Dawn issa qed jitħallsu u hu maħsub li l-kontijiet dwar dan is-suġġett jingħalqu qabel l-aħħar ta' din is-sena. Fl-aħħarnett, ammonti dovuti oħra jirrigwargjaw spejjeż mediċinali. Qed isir arrangament bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-management ta' l-Isptar biex ftit aktar minn żewġ miljun lira jitħallsu sa l-aħħar ta' din is-sena. Il-mistoqsijiet (a) u (ċ) ma jikkonċernawx il-Ministeru tiegħi.