Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Trasport — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (GALEA, ĊENSU)

No response available.
Leg 9 PQ #19486 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Xiri ta' Stocks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw stocks tal-gvern wara s-sejħa pubblika li saret dan l-aħħar? Kemm inxtraw mill-pubbliku u kemm minn istituzjonijiet finanzjarji?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-0norevoli Interpellant li fit-30 ta' Settembru 2000 immaturaw żewġ stocks li jammontaw għal Lm28.0m kif jidher hawn; Lm10.5m MGS 6.50% 2000 IV Lm17.5m MGS 6.65% 2000 VI Inħarġu żewġ stocks b'valur totali ta' Lm28.0m bhal dawk li mmaturaw. Dawn ġew allokati kif jidher hawn taħt: 5.9% 2009 6.6% 2014 Banek Lm13.5m Lm0.3254m Pubbliku Lm 0.9143m Lm6.4471m Oħrajn Lm3.0857m Lm3.7275m
Leg 9 PQ #19489 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Unjoni Ewropea — Forza Militari ġdida

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li Malta biħsieba tissieħeb fil-forza militari ġdida Ewropea li biħsieba twaqqaf l-Unjoni Ewropea? Jekk iva, il-gvern fuq liema livell biħsiebu jipparteċipa fi ħdan din ir-Rapid Reaction Force militari? Il-Gvern Malti meta wera l-interess tiegħu f'dan kollu? X'konsultazzjonijiet kellu s'issa dwar dan is-suġġett?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern qed isegwi mill-qrib l-iżviluppi f'dan ir-rigward u ser jieħu d-deċiżżjonijiet meħtieġa fiż-żmien opportun. Għaldaqstant il-Gvern la għadu ħa xi pożizzjoni u lanqas ma esprima l-interess tiegħu għall-parteċipazzjoni ta' Malta f'din ir-Rapid Reaction Force. Malta qed tattendi l-laqgħat msejħa mill-Presidenza, li għalihom qed jiġu mistiedna l-pajjiżi kandidati kollha, kemm fil-livell ta' esperti kif ukoll f'dak ta' uffiċċjali għolja.
Leg 9 PQ #19490 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Partnership for Peace

Question

Billi fi żmien l-elezzjoni ġenerali ta' l-1998 inti kont għedt li s-sħubija fil-Partnership for Peace ma baqgħetx fuq l-aġenda tal-partit tiegħek tant li lanqas kont għamilt referenza għad-dħul tagħna mill-ġdid fiha fil-manifest elettorali tal-PN, x'wasslek biex issa qed tipproponi li terġa' issieħeb lil Malta fi ħdan din l-organizzazzjoni tan-NATO?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Filwaqt li l-Gvern m’għamel ebda proponiment li jerġa jidhol fil-“Partnership for Peace”, kif diġà għidt f’dan il-Parlament il-Gvern għadu jemmen li jkun utli għal pajjiżna u għall-membri ta’ l-Armata li jieħdu sehem fil-PFP u allura ikun għaqli li fiż-żmien opportun tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-pożizzjoni ta’ pajjiżna.
Leg 9 PQ #19491 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Żidiet fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed ngħati lista ta' żidiet f'tariffi mill-1997 sal-2000. Budget 1997 - Gvern Laburista Levy fuq kull biljett ta' safar għal min jibda vjaġġ minn Malta; Żieda fid-dazju tas-sisa fuq spirti u sigaretti; Żieda fil-prezz tal-petrol normali kif ukoll dak ta' bla comb; Żieda fis-sia fuq id-diesel; Żieda fit-taxxa ta' reġistrazzjoni fuq karozzi privati mpurtati; Żieda fil-liċenzji annwali tal-karozzi privati u ta' vetturi kummerċjali; Żieda fir-rati tar-reġistrazzjoni ta' pleasure crafts (tal-baħar) u l-liċenzji annwali tagħhom; Żieda fil-prezz tal-petrolju; Żieda fir-rati ta' l-ilma li tieħu l-industrija ta' l-ibbottiljar mingħand il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma; Żieda fir-rati ta' l-ilma li jieħdu l-banek, l-Air Malta u xi korporazzjonijiet parastatali u xi awtoritajiet pubbliċi; Reviżjoni tar-rati tas-servizzi postali; Dħul ta' dazju tas-sisa fuq il-birra. Budget 1998 - Gvern Laburista Reviżjoni tat-tariffi ta' l-ilma, ta' l-eletriku u tal-gas; Tariffa proposta għas-Servizz ta' Drenaġġ; Ħlas ta' miżata fuq ħruġ ta' mediċini b'xejn; Reviżjoni ta' miżati, liċenzji u ħlasijiet oħra dovuti lill-Gvern; Reviżjoni ta' liċenzji u taxxa tar-reġistrazzjoni ta' vetturi bil-mutur; Reviżjoni tat-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi kummerċjali; Żieda fil-passenger service charge fuq vjaġġi mibdija f'Malta; Żieda fil-boll fuq ħruġ u tiġdid ta' poloz ta' assikurazzjoni; Taxxa ta' darba fuq il-qliegħ gross tal-Banek Kummerċjali; Levy fuq tiġdid tal-credit cards bankarji; Żieda fid-dazju tas-sisa fuq il-pitrolju; Żieda fid-dazju tas-sisa fuq l-ispirti u sigaretti; Dħul ta' dazju tas-sisa fuq l-inbejjed. Budgets tal-1999 u tal-2000 - Gvern Nazzjonalista Zieda fid-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti Zieda fid-dazju tas-sisa fuq it-tabakk li jintuza ghas-sigaretti tal-brim Zieda fid-dazju tas-sisa fuq il-petrol Zieda fil-kontribuzzjoni ghas-Sigurta Socjali ta' l-impjegati Revizjoni tat-tariffa tat-taxxa fuq id-dhul Hlas ta' 15% VAT fuq il-petrol, id-diesel u t-telefon. Fil-kaz tat-telefon, il-prezz ghall-konsumatur zdied biss b'5%. Zieda minn 2% ghal 5% fit-taxxa fuq dokumenti u trasferimenti dovuta fuq trasferimenti ta' ishma Tnehhija tas-sussidju fuq il-hobz Fl-istess hin, dan il-Gvern mill-ewwel ha l-passi necessarji biex jibdel il-ligi tas-CET ma' dik tal-VAT biex b'hekk il-pajjiz ihaddem ligi ekwa u efficjenti u ta' beneficcju ghan-negozju fl-amministrazzjoni taghha. S'intendi kontra dawn l-aggustamenti, il-Gvern ha wkoll passi biex jirrevoka bosta taxxi li kien ghamel il-Gvern Laburista fis-sentejn ta' amministrazzjoni, minbarra li baxxa tariffi ohrajn bhal dawk tal-levies u l-boll fuq it-trasferimenti tal-proprjeta mmobbli. Barra minnhekk, minn zmien ghal zmien, aggustamenti ohra li jirrigwardjaw l-operat tad-diversi Ministeri, isiru permezz ta' Avvizi Legali fil-Gazzetta tal-Gvern.
Leg 9 PQ #19492 Sitting 379 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Fil-Ministeru tieghi ma ġew intodotti l-ebda żidiet fit-tariffi.

Ministeru tal-Politika Soċjali — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Membru huwa mitlub ikun aktar speċifiku biex tkun tista' tingħata Tweġiba.
Leg 9 PQ #19416 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Konsulenzi -Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li jien tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 18129 u Nru. 18616.
Leg 9 PQ #19418 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Konsulenzi -Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18021.
Leg 9 PQ #19422 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru għall-Ambjent — Unit dwar skartar minn fuq ix-xogħol

Question

Billi xi żmien ilu kont ħabbart li kont waqqaft taqsima fi ħdan il-ministeru tiegħek sabiex tissorvelja u timmonitorja abbużi li jista' jkun hemm minn ħaddiema li jiskartaw minn fuq il-post tax-xogħol, tista' tgħid kemm ilha li twaqqfet din il-unit, x'kien il-frott tal-ħdima tagħha, minn min hija komposta, x'passi dixxiplinarji ttieħdu s'issa u kemm instabu nies ħatja ta' l-akkużi li nġiebu kontrihom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Unit dwar skartar minn fuq ix-xoghol twaqqaf fuq inizzjattiva tiegħi u huwa immexxi mis-Segretarju Permanenti, bid-Direttur għas-Servizz Korporattivi, l-Awditur Intern u Ufficjal inkarigat mill-proceduri tad-dixxiplina bħala membri. Il-Unit, magħruf bhala Inspectorate Unit, beda jopera minn Jannar tal-1999. Permezz ta' dan il-Unit intbagħat principalment messaġġ ċar lil-impjegati kollha li kulħadd għandu responsabilita li josserva l-ħinijiet tax-xogħol, isegwu l-proceduri stabiliti rigward assenzi minn fuq il-post tax-xogħol u li min jinqabad jiskarta jrid jirrispondi ta' għemilu. Dan il-messaġġ wasal u gie osservat progress.. Minn Jannar 1999 sa Awissu 2000 saru 140 surprise inspections. Dawn gew investigati skond ir-regolamenti eżistenti tad-dixxiplina bir-riżiltat li 90 ħaddiem instabu ħatja.
Leg 9 PQ #19424 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarzna — Żieda ta' Xogħol

Question

Iż-żieda fix-xogħol fit-Tarzna mistennija li tkun riflessa biss fit-turnover jew huwa maħsub li din tkun riflessa wkoll f'performance aħjar finanzjarja ta' l-azjenda innifisha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Iż-żieda fit-turnover timplika titjib fil-qagħda finanzjarja tat-Tarzna fil-perjodu konċernat, pero' għadu kmieni wisq biex wieħed jagħmel stima ta' l-impatt globali li dan ser ikollu fuq il-qagħda finanzjarja tat-Tarzna fis-sena li qiegħdin fiha.
Leg 9 PQ #19426 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Expo 2000 — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi mistennija tkun in-nefqa totali ta' pajjiżna fuq Expo 2000?

Response (BONNICI, JOSEF)

Huwa stmat li n-nefqa totali tkun taħt il-miljun lira. Naturalment wieħed ikun jista' jitkllem dwar ammont eżatt wara li dan l-avveniment jiġi fi tmiemu fl-aħħar ta' Ottubru.
Leg 9 PQ #19439 Sitting 378 2000-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kummissjoni dwar il-Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija numru 19106?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-Remunerazzjoni li għandha titħallas liċ-'Chairman' tal-'Privatisation Unit' għadha qed tiġi determinata. Il-membri l-oħra tal-'Privatisation Unit' ma jieħdu l-ebda remunerazzjoni.
Leg 9 PQ #19408 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri: 18686, 18687, 18688 fis-seduta 373 tas-27 ta` Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19410 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika s-snin li għalihom qed jitlob l-informazzjoni dwar in-nefqa fuq konsulenzi.
Leg 9 PQ #19411 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (REFALO, MICHAEL)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18603 f’seduta 362 tas-26 ta’ Lulju 2000.
Leg 9 PQ #19413 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (GATT, AUSTIN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 18691 fis-seduta 373 tas-27 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19414 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (BORG, JOE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18384 fis-seduta 366 fid-19 ta' Settembru 2000.
Leg 9 PQ #19415 Sitting 377 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenzi — Nefqa totali annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi n-nefqa totali annwali tal-ministeru tiegħu fuq konsulenzi - inklużi fringe benefits?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġibiet li tajt għal-mistoqsijiet parlamentari numru 18386 u 18435, seduta 367 u numru 18449 seduta 368.
Leg 9 PQ #19395 Sitting 376 2000-09-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax

Question

Mill-income tax li nġabret fl-1999 u f'din is-sena s'issa, jista' l-Ministru jagħti breakdown sena b'sena ta' dak li nġabar, skond is-setturi tas-soċjeta' li nġabret min għandhom e.g. nies bil-paga, self-employed, kumpanniji, eċċ.?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-taxxa li nġabret bejn l-1 ta’ Jannar 1999 sa Awwissu 2000, analizzata skond is-settur tas-soċjeta’ hija hekk: SETTUR 1999 JAN-AWW 2000 Lm miljun Lm miljun Nies bil-paga 52.742 40.744 Expatriates 1.728 1.746 Business/Professjonisti 8.399 5.781 Rentiers 2.464 1.657 Kumpaniji 47.233 26.262 * Ohrajn 0.197 0.159 * Il-kumpaniji għandhom jibgħatu r-returns tagħhom fl-aħħar ta' Settembru.