Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19645 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kumpanniji — Taxxa tad-dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabre taxxa tad-dħul mingħand il-kumpanniji sa l-aħħar ta' Settembru?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta'taxxa tad-dħul li nġabret minn għand il-kumpaniji minn Jannar sa Settembru 2000 kien ta' Lm 48,470,034.
Leg 9 PQ #19513 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Customs & VAT Dept. — Project Managers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw barranin għall-kariga ta' project managers for customs & VAT departments li l-gvern Malti rriklama fil-European Voice? Kemm mistenni jiġi jiswa l-pakkett finanzjarju offrut lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li L-Ministeru tal-Finanzi rriklama l-postijiet ta' 'Project Managers' għad-Dipartimenti tal-VAT u tad-Dwana kemm fil-'European Voice' kif ukoll fl-'Economist'. Xejn anqas minn 69 individwi applikaw jew urew interess f'dawn il-kariġi. L-applikazzjonijiet issa qed jiġu evalwati minn uffiċjali tal-Ministeru tal-Finanzi kif ukoll tad-dipartiment kkoncernati. Dwar il-pakkett finanzjarju, dan jiġi determinat meta jiġu ndividwati l-Ufficjali magħżula.
Leg 9 PQ #19540 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Investigazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet li għamlet l-Enemalta wara il-qtugħ estensiv fis-servizz ta' l-elettriku li kien hemm fil-gżejjer Maltin xi xhur ilu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-incident tat-23 ta' Ġunju li għadda meta kien hemm blackout totali. Kien ġie appuntat bord biex jinvestiga għaliex seħħet din il-blackout. Il-membri ta' dan il-bord kienu s-Sur Lawrence C. Ciantar u l-Professur C. Pule'. Il-bord iffinalizza r-rapport fl-14 tax-xahar li għadda.
Leg 9 PQ #19541 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Cremation — Introduzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żvilupp dwar l-introduzzjoni tal-CREMATION fil-pajjiż?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li diskussjonijiet dwar l-introduzzjoni tal-CREMATION f'Malta għadhom għaddejjin. Qed jiġi kkunsidrat li tali cremation issir mill-privat.
Leg 9 PQ #19543 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Casual substitute clerks

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw irġiel u nisa għall-postijiet ta' casual substitute clerks bil-kuntratt? Kemm minnhom għaddew mill-interview? Kemm minnhom mistennija li jiġu ngaġġati? X'terminu ta' kuntratt ser jiġi offrut lilhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li applikaw 183 persuna għall-postijiet ta' Casual Substitute Clerks, li minnhom 114 huma nisa. Għaddew mill-interview 112-il persuna li numru minnhom se jiġu ngaġġati skond il-bżonnijiet fid-diversi Diviżjonijiet/Dipartimenti tal-Ministeru tal-Finanzi. Casual Substitute Clerk ikun minflok impjegat li jkun fuq leave twil u meta dan ta' l-aħħar jerġa jidħol lura għax-xogħol, l-iskrivan sostitut każwali jkollu l-kuntratt tiegħu/tagħha terminat. Iż-żmien tal-ingaġġ jista jvarja bejn perjodu ta' tlett xhur u sa massimu ta' sena, iżda jista jiġi mġedded kif u meta meħtieġ.
Leg 9 PQ #19588 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

KPMG — Strategic Review

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istrategic review li ħejjew KPMG dwar il-Mediterranean Conference Centre?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li f'dan id-dokument hemm diversi proposti li fuqhom għad trid tittieħed deċiżjoni mhux fl-interess nazzjonali li r-rapport mitlub jiġi publikat.
Leg 9 PQ #19609 Sitting 382 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konsulent Dwar ix-Xandir

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema kondizzjonijiet ġie ngaġġat Fr. Joe Borg bħala konsulent dwar ix-xandir?

Response (GALEA, LOUIS)

Dan il-kuntratt bejn l-MUS Ltd u l-Ministeru jistipula servizz għal 20 siegħa fil-ġimgħa bid-LM9.00 fis-siegħa.

Awtorita' tad-Djar — Ittra anonima

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-impjegat ta' l-Awtorita' tad-Djar li ismu qed jintbagħat separatament li ġie interrogat mill-pulizija nhar l-10 ta' Awissu, 2000 dwar allegata ittra anonima li ġiet mibgħuta lil impjegata oħra ta' l-awtorita' baqa' ma ġie kkuntattjat fl-ebda stadju mill-uffiċjali ta' l-awtorita', la biex isaqsuh x'ġara u għaliex ġabruh il-pulizija minn fuq ix-xogħol u lanqas biex jgħidulu jekk ismu ġiex ikklerjat mill-investigazzjonijiet li saru, jew mod ieħor? Ma jaħsibx il-Viċi Prim Ministru li l-awtorita' kienet fid-dmir li tinforma li dan l-impjegat dwar l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-investigazzjoni li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant hi s-suġġett ta' Inkjesta Maġisterjali li għadha mhix konkluża u għalhekk mhux il-każ li nikkummenta f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #19504 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Ambaxxaturi — Ħlasijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jitħallsu l-ambaxxaturi Maltin li huma non-resident barra l-pajjiż? Jista' l-Ministru jagħti lista komprensiva tagħhom?

Response (BORG, JOE)

L-ambaxxaturi Maltin li huma non-resident barra l-pajjiż jirċievu honoraria ta' Lm2,000 fis-sena w rimbors ta' massimu ta' Lm25 fis-sena għal-telephone calls. Matul il-perjodu li jkunu fuq żjara uffiċċjali huma jitħallsu wkoll daily subsistence allowance skond ir-rati li jiġu stabbiliti perjodikament mill-Management and Personnel Office tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn l-ambaxxaturi.
Leg 9 PQ #19507 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Debono Tony — Ħlas għal konsulenzi

Question

Apparti mill-Lm10,000 li inti għedt li s-Sur Tony Debono qed jieħu bħala konsulenza mill-Maltacom, hu qed jieħu xi ħlas ta' konsulenza għal xi xogħol ieħor mqabbad miċ-chairman? Kemm qed jitħallas bħala viċi chairman tal-Maltapost? Għandu xi konsulenzi ma' xi korporazzjonijiet parastatali oħrajn li jaqgħu taħtek?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba għall-ewwel parti tal-mistoqsija hija fin-negattiv. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna imsemmija ma għadiex tokkupa l-kariga ta' Deputat Chairman tal-Maltapost.
Leg 9 PQ #19508 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Delegazzjoni ministerjali għal-logħob olimpiku

Question

Minn min kienet komposta d-delegazzjoni ministerjali li marret għal-logħob olimpiku? Kemm swiet b'kollox din il-mawra? Liema kienu dawk il-ministri barranin li magħhom saru laqgħat/taħdidiet formali?

Response (GALEA, LOUIS)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor Membru għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 19137 u 19140. Informat li matul iż-żjara tiegħu f' Sydney, is-Segretarju Parlamentari ltaqa' mal-Ministru Federali ta' l-Isport u Turiżmu, l-Onor. Jackie Kelly, mal-Ministru ta' l-Edukazzjoni ta' l-Istat ta' New South Wales l-Onor. John Aquilina u mal-Ministru Fedrali ta' l-Edukazzjoni, Taħriġ u Żgħażagħ l-Onor. David Kemp. Barra minn hekk is-Segretarju Parlamentari kellu diversi laqgħat informali oħra fosthom mal-Ministri ta' l-Isport ta' diversi stati Awstraljani oħra u ta' pajjiżi oħrajn, foshom mal-Ministri tal-Bulgarija, Greċja, Belarussja, Kummissjoni Ewropea u Northern Territory.
Leg 9 PQ #19509 Sitting 381 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

St James Cavalier — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b'kollox s'issa l-gvern fuq il-proġett ta' St James Cavalier bħala ċentru għal krejattivita?

Response (GALEA, LOUIS)

F'dan l-istadju l-Onor. Membru għandu jirreferi l-Mistoqsija lill-Ministru ta' l-Ambjent.

Communications Authority — Joseph Tabone

Question

X'inhu l-pakkett, inklużi fringe benefits li s-Sur Joseph Tabone se jieħu bħala chairman tal-communications authority?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita' ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni għadha ma ġietx maħtura, u għalhekk is-Sur Joseph Tabone għadu ma ngħatax ħatra formali bħala Chairman ta' din l-Awtorita'. Minħabba f'hekk il-pakkett li qed jitlob informazzjoni dwaru l-Onor. Membru għadu ma ġiex iffissat. Għalissa huwa ġie maħtur b'mod temporanju biex jaqdi d-dmirijiet ta' Designate Chairman kif ukoll dawk ta' Chief Executive Officer.
Leg 9 PQ #19495 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #19497 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma kien hemm l-ebda żieda fit-tariffi fil-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #19498 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar u risposta tinghata f`seduta ohra.
Leg 9 PQ #19498 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Ministeru tal-Ġustizzja — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (GATT, AUSTIN)

Iz-zidiet fit-Tariffi gew pubblikati fl-Avvizi Legali min numru 138 sa 142 u emendati bl-Avvizi Legali min-numru 197 sa 201. L-Onorevoli Interpellant jista' jaghmel referenza ghal dawn l-Avvizi Legali.
Leg 9 PQ #19499 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Ministeru ta' l-Intern — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #19500 Sitting 380 2000-10-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda żidiet fit-tariffi eżistenti matul din il-leġislatura anzi naqqasna t-tariffa fuq ir-riċetti ta` 50c.

Ministeru għat-Trasport — Żieda fit-tariffi

Question

Tista' tagħti lista komprensiva taż-żidiet kollha fit-tariffi li l-gvern nazzjonalista introduċa matul din il-leġislatura s'issa, inklużi xi korporazzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tad-dekasteru tiegħek?

Response (GALEA, ĊENSU)

Ir-risposta tingħata f'xi seduta oħra.