Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #19799 Sitting 387 2000-10-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Lvant Nofsani

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-inkwiet u t-tixrid tad-demm li kien hemm dan l-aħħar fil-Lvant Nofsani?

Response (BORG, JOE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istqarrija li l-Ministeru ħareg fil-5 ta' Ottubru 2000 u ta' l-istatement li għamel ir-rappreżentant Permanenti Malti għall-Ġnus Magħquda fi New York nhar il-5 ta' Ottubru 2000.
Leg 9 PQ #19748 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi Ekonomiċi — Żieda fit-tariffi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19495?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Gvern preżenti raħħas b'mod sostanzjali kemm it-tariffi tad-dawl u ta' l-ilma kif ukoll it-tariffi applikabbli għas-servizz ta' trasport bil-baħar li toffri l-Gozo Channel minn kif kienet żidithom l-amministrazzjoni Laburista. Il-Gvern preżenti introduċa żieda fit-tariffi mħallsa lis-Sea Malta minħabba li kien hemm żieda fil-prezz taż-żejt u żieda ta' ħamsa fil-mija fit-tariffi mħallsa lill-Maltacom wara l-introduzzjoni tal-ħlas tal-V.A.T. fuq dan is-servizz wara l-preżentazzjoni ta' l-Estimi tas-sena l-oħra. Matul dawn l-aħħar sentejn kien hemm ukoll żieda fit-tariffi mħallsa lill-M.I.A. Din iż-żieda kienet approvata qabel Settembru 1998 u cioe' fi żmien l-amministrazzjoni Laburista.

Trasport — Żiedet fit-tariffi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19501?

Response (GALEA, ĊENSU)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 19501, nitlob lill-Onor. Interpellant jindika liema tariffi speċifiċi qed jirreferi għalihom.
Leg 9 PQ #19762 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

St James Cavallier — Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 19509 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni u li ġiet riferuta lilek u cioe': jgħid kemm nefaq b'kollox s'issa l-gvern fuq il-proġett ta' St James Cavallier bħala ċentru għal kreattivita'?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li s'issa fuq il-proġett ta' Kavialier ta' San Ġakbu, il-gvern nefaq is-somma ta' Lm3,194,335.59
Leg 9 PQ #19763 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ta' Xbiex — Żbir ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir żabra ta' siġar li hemm qrib Block A4, Ta' Xbiex Housing Estate?

Response (ZAMMIT, NINU)

Iż-żabra tas-siġar fil-lokal imsemmi ma taqax taħt ir-responsabbilta tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura, peress li l-Kunsill Lokali tal-lokal għamel arranġamenti oħrajn.
Leg 9 PQ #19796 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Investigazzjonijiet

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari numru 19540, jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tar-rapport imsemmi? Jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li għalih qed issir riferenza. Tajjeb jingħad li l-Korporazzjoni Enemalta bdiet timplimenta xi uħud mir-rakkomandazzjonijiet li saru fl-imsemmi rapport.
Leg 9 PQ #19797 Sitting 386 2000-10-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltacom — Konsulenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Maltacom kemm qed tħallas konsulenza lis-Sur Lou Bondi, direttament jew f'isem xi kumpannija li huwa assoċjat magħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Hemm diversi kumpaniji li bħalissa qed jipprovdu servizz ta' konsulenza u marketing lill-Maltacom. Dawn l-oqsma huma kummerċjalment sensittiv ħafna għall-Kumpanija u għalhekk ma jkunx fl-interess ta' l-istess Azjenda li jingħataw dettalji. Tajjeb jingħad li f'dawn l-aħħar sentejn l-amministrazzjoni tal-Maltacom irnexxielha tnaqqas in-nefqa li kienet issir f'dawn l-oqsma matul l-amministrazzjoni preċedenti.
Leg 9 PQ #19700 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit — Bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-bord tat-Tax Compliance Unit? Kemm-il darba ltaqa' s'issa? Dawn għandhom xi remunerazzjoni speċifika?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tal-Board tat-Tax Compliance Unit huma dawn: Head – Tax Compliance Unit - Chairman Commissioner of Inland Revenue - Member Commissioner of Value Added Tax - Member Director of Social Services - Member Comptroller of Customs - Member S’issa l-Board iltaqa erba’ darbiet. La ċ-Chairman u l-anqas il-membri m’għandhom xi remunerazzjoni speċifika.
Leg 9 PQ #19701 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Dipartiment tal-Gvern — Overtime

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm inħadem overtime fid-dipartimenti tal-gvern sa tmiem Awissu 2000? Kif tipparaguna din il-figura ma' l-ewwel tmien xhur tas-sena 1999?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba għall-istess Mistoqsija Parlamentari Numru 19702 li għamel lill-Ministru tal-Finanzi.
Leg 9 PQ #19702 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartimenti tal-gvern — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallas overtime lid-dipartimenti tal-gvern sa tmiem Awissu 2000? Kif tipparaguna din il-figura ma' l-ewwel tmien xhur tas-sena l-oħra?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tat-Teżor, jirriżulta li sa tmiem Awissu 2000 tħallas l-ammont ta'Lm3,274,000 bħala sahra fid-dipartimenti tal-Gvern. L-ammont minfuq matul l-istess perjodu tas-sena l-oħra fuq dan l-item partikulari kien jammonta għal Lm3,038,000. Ta' min jgħid illi nofs din iż-żieda kienet dovuta għall-ħlas ta' overtime fid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li l-istaff tiegħu bdew igawdu minn kundizzjonijiet ġodda, u li minn din is-sena qed jigi muri bħala Vot separat.
Leg 9 PQ #19703 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar infiq fil-ministeru ta' natura kapitali f'dik li hi informatika matul din is-sena finanzjarja għar-raġunijiet msemmija fil-budget - paġna 105?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s'issa ntefqu Lm311,853.09 fuq progetti biex jissaħħah il-mekkanizmu ta' kontroll mill-Gvern guq l-infiq u d-dħul tiegħu kif ukoll biex tiġi kkontrollata l-evazjoni tat-taxxi. L-ispiża fuq dawn il-proġetti ħija stmata li tammonta għal Lm1,129,642.

Politika Soċjali — Tariffi

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19493, jista' l-Ministru jgħid x'żidiet kien hemm minn Settembru 1998 f'xi tariffi regolati mill-Ministeru tiegħu jew xi entitajiet li hu responsabbli għalihom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fil-każ tal-Korporazzjoni tax-Xogħol uTaħriġ it-tariffa għal ħruġ tal-work history u ta' l-employers's employee list saru Lm1.50 u Lm10 rispettivament minn Lm0.25. Dawn id-dokumneti jinħarġu b'xejn lill-persuni li jkunu qed jirreġistraw għax-xogħol.
Leg 9 PQ #19725 Sitting 385 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ambjent — Unit dwar Skartar minn Fuq ix-xogħol

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19422, jista' l-Ministru jgħid x'passi dixxiplinari ttieħdu sal-lum?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Waqt li nirreferi l-Onor. Interpellant għall aħħar paragrafu tat-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari numru 19422, ninformaħ li l-penalitajiet kienu jvarjaw minn twissijiet, multi u sospensjonijiet.
Leg 9 PQ #19694 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trading licenses

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar kif se tiġi mibdula is-sistema tat-Trading Licenses? X'dipartimenti se jkunu nvoluti f'dan il-proċess?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ix-xogħol dwar it-tibdil fis-sistema tat-Trading Licenses għadu għaddej u għalhekk f'dan l-istadju mhux prudenti li jingħataw dettalji.
Leg 9 PQ #19695 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Meter services

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li se jkun hemm farming out tal-meter services ta' l-Enemalta lill-privat? Jekk din l-idea qed tiġi kkonsidrata attivament, kif mistennija tibda taħdem fil-prattika?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma naħsibx li fil-preżent wieħed jista' jikkummenta dwar materja li għad tista' tiġi kkunsidrata.
Leg 9 PQ #19696 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enterprise Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-gvern qed jaħseb biex iwaqqaf "Enterprise Malta" li tiġbor flimkien l-MDC, l-IPSE u l-METCO?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-bżonn li jkun hemm ko-ordinament aħjar u aktar effettiv tal-ħidma mwettqa mill-M.D.C., il-M.E.T.C.O. u l-I.P.S.E. ilu jinħass. Għal dan il-għan twaqqaf kumitat, li c-Chairman tiegħu huwa l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi, li jiġbor fih liċ-Chairperson u liċ-Chief Executive ta' dawn it-tlitt entitajiet. Din l-inizjattiva, li hija maħsuba sabiex tippromwovi l-kunċett ta' Malta bħala intrapriża waħda (Malta Enterprise), teħtieġ is-sehem sħiħ ta' l-entitajiet kollha li għandhom xi rwol fl-iżvilupp industrijali u kummerċjali tal-pajjiż.
Leg 9 PQ #19697 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Stocks tal-gvern

Question

B'riferenza għal ħruġ riċenti ta' stocks tal-gvern, billi intqal li households and others ħadu Lm14.1 miljun, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn kenux jinkludu istituzzjonijiet finanzjarji u jekk iva, x'kienu l-ammonti nvoluti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li taht "others" kien hemm element ta' istituzzjonijiet finanzjarji. Analizi tal-holders aktar dettaljata hija kif tidher hawn taht: Istituzzjonijiet Finanzjarji Applikazzjonijiet Nru Ta' App Stocks bil- 5.9% Nru ta' App Stocks bis- 6.6% Banek 13 Lm13.50m 1 Lm0.3254m Ohrajn 4 Lm2.81m 9 Lm2.9910m Total 17 Lm16.31m 10 Lm3.3164m Households 346 Lm0.9143m 1677 Lm6.4471 Gvern 1 Lm0.1722m - - Ohrajn 3 Lm0.1035m 22 Lm0.7365m Total 367 Lm17.5000m 1709 Lm10.500m
Leg 9 PQ #19698 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Abbozz ta' Liġi dwar E-Commerce

Question

Billi l-Abbozz ta' Liġi dwar E-Commerce tħejja mill-OPM, tista' tgħid fiex jikkonsistu il-pjani tal-MFSC - kif imħabbra fil-budget - li jikkonċentra fuq l-E-commerce?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC identifika li E-Commerce għandha tkun waħda mid-direzzjonijiet li għandu jagħti lis-setturi kummerċjali u finanzjaru f'Malta. Din id-direzzjoni qed tiġi eserċitata b'mod indirett kif ukoll b'mod dirett. Fid-direzzjoni indiretta qed jgħin biex jiġu stabbiliti kumpanniji li jagħmlu l-proċessar tal-kontijiet tagħhom bis-sistemi elektroniċi u b'hekk ikun qed jiġġenera aktar dħul lill-kumpanniji finanzjarji bħal banek ġo Malta. Direttament, iċ-Centru qieghed jinkoraggixxi operaturi fis-settur tas-servizzi finanzjarji, ez li- stockbrokers, biex jistabbilixxu s-sistema tal-internet tagħhom f'Malta, filwaqt illi beda t-twaqqif ta' programm sabiex is-sistema tar-Registry of Companies eventwalment tkun mil-bidu sa' l-aħħar sistema elektronika, inkluza fejn jirrigwarda ir-registrazzjoni tal-kumpanniji. Dan il-program diġa beda' u s-sena d-dieħla mistennija tiġi stabbilita s-sistema ta' Electronics Signatures. Wieħed ukoll irid jagħmel differenza dwar ir-regolomentazzjoni u l-operazzjoni ta'setturi differenti.
Leg 9 PQ #19699 Sitting 384 2000-10-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Membri tat-Task Force

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Task Force fi ħdan il-Miniteru tal-Finanzi biex tanalizza n-nefqa tal-gvern? Meta twaqqaf it-Task Force, kemm-il darba ltaqa'? Tista' tikkonferma jekk dan huwiex se jkun an on going task force jew inkella jekk temmx xogħolu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-task force li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Membru, issemma fid-Diskors tal-Budget għall-1999 u jirrerferi għal programmirikkorenti amministrati minn Ministeri differenti. Proprju fid-Diskors tal-Budget għal dis-sena, qed issir referenza għax-xogħol li sar fir-rigward ta' tali programmi. Tajjeb li wieħed jgħid li din l-attivita' se tkompli ssir minn Office of Review f'Ministeri differenti. Barra minnhekk, l-istaff tal-Budget Office fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi kontinwament janalizza l-andament tan-nefqa xahar b'xahar tal-programmi varji bl-iskop li l-ispiża annwali tiġi kontenuta fl-allokazzjoni pprovduta u biex minn sena għall-oħra din l-ispiża ma tiżdiedx. Il-Unit il-ġdid ta' Internal Audit, li twaqqaf fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kabinet, ukoll għandu wieħed mill-iskopjiet tiegħu li janalizza ċertu nfiq fejn jinħass il-bżonn biex jiġi assigurat li l-programmi qed jigu mwettqa bl-aħjar mod li jagħti valur għall-flus minfuqa.
Leg 9 PQ #19626 Sitting 383 2000-10-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

St. James Cavalier — Programm "Televixion"

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed iħallas Net TV sabiex jittrasmetti il-programm ta' kull ġimgħa "Televixion" minn St. James Cavalier?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li Net Television qed iħallas is-somma ta' Lm150 kif ukoll l-eletriku għal kull programm ta' TELEVIXIN.