Taxxi Interni — Manifattura tal-Food and Beverages
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-manifattura tal-food and beverages? Kemm minnhom irreġistraw telf? Kemm minnhom iddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid skond ir-returns li daħlu din is-sena kemm hemm ħaddiema bil-Paye 1i jaqilgħaw: a) bejn Lm 5,000 - Lm 7,500? (b) bejn Lm 7,500 - Lm 10,000? (ċ) bejn Lm 10,000 - Lm 15,000? u (d) 'il fuq min Lm 15,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Taxxi Interni — Manifattura taż-żebgħa, deterġenti u mediċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-manifattura taż-żebgħa, detergenti u mediċini? Kemm minnhom iddikjaraw telf, dħul taħt it-Lm3,000 u dħul taħt is-Lm7,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid x'sar dwar it-taxable allowances li kien irrefera għalihom il-Ministru fil-Budget 2000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment qiegħed jiffinalizza r-regoli li se jistabbilixxu l-metodi kif għandhon ikunu ivvalutati l-fringe benefits biex ikunu jistgħu jidħlu fis-seħħ mis-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorita' ta l-Ippjanar għandhiex quddiemha xi talba sabiex villa partikulari fi Triq il-Kaffis, Victoria Gardens, Ta' l-Ibraġġ tinħarġilha permess bħala guest-house billi spiss qed jkun hemm għexieren ta' studenti barranin jgħixu fiha?
Hija policy ta' l-awtorita' li tagħti permessi simili f'areas riżervati għall-semi detached villas residenzjali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar għandha quddiemha applikazzjoni PA 1427/00, liema applikazzjoni tipproponi l-bdil ta` użu minn villa għal "international boarding school". Din l-applikazzjoni ġiet appuntata għal deċiżjoni quddiem id-DCC fit-30 ta` Ottubru 2000.
Mhux kompitu tal-Ministru li jikkummenta fuq kif għandhom jinqatgħu applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorita` ta` l-Ippjanar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu ħariġx jew qiegħedx jipproċessa xi talba ta' permess ta' guest-house għall-villa partikolari fi Triq il-Kaffis, Victoria Gardens, Ta' l-Ibraġġ li spiss qed tkun mimlija studenti barranin?
Response (REFALO, MICHAEL)
Infurmat li ma hemm ebda talba għall-permess ta’ ‘guest house’ fi Triq il-Kafflis, Ta’ l-Ibraġġ.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi mill-pulizjia dwar il-fatt li ta' spiss qed jkun hemm trucks kbar kummerċjali pparkjati fl-inħawi ta' Triq May Butcher u Triq C. Busuttil, l-Iklin, bil-konsegwenza li residenti fl-inħawi qed ikollhom problemi serji ta' parking?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid dwar il-48 miljun miġbura f'taxxa tad-dħul mill-kumpanniji sa Settembru 2000, kemm minn dan l-ammont kien jirrappreżenta:
(a) Taxxa; (b) Interessi; u (ċ) Multi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant li s-somma ta’ Lm48 miljun miġbura mill-kumpaniji minn Jannar sa Settembru 2000 hija taxxa kollha u ma tinkludix interessi jew multi.
Matul l-istess perijodu inġabru mill-kumpaniji dawn l-interessi u multi:
Interessi: Lm148,373
Multi: Lm22,974
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit: kemm kien hemm kumpanniji, fulltime self-employed, part-time self-employed u mpjegati li ddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm inġabru returns ta' nies li jaħdmu fulltime fis-settur tal-biedja? Kemm minnhom iddikjaraw dħul ta' anqas minn Lm5,000, ta' bejn l-Lm10,000 - Lm15,000 u ta' 'l fuq minn dan l-ammont?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompulat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid il-patterns of homeownership ta' pajjiżna fuq bażi ta' owner-occupation ratio in per cent għas-snin:
(a) 1970
(b) 1980
(ċ) 1990
(d) 1995
(e) 2000
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni dwar din il-Mistoqsija qed tinġabar u tingħata risposta aktar tard.
Jista' l-Ministru jagħti break-down ta' l-aħħar figuri tad-distribution of enterprises by size by number of employees in per centage terms skond in-normi tal-OECD?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid xi studji saru dwar il-fattibilita' ta' konnessjoni mal-grid elettriku Ewropew?
Il-Gvern għandu ħjiel ta' l-ispiża kapitali li dan jista' jinvolvi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-Enemalta kienet ikkummissjonat feasibility study dwar il-possibilta' ta' konċessjoni elettrika bejn Malta u Sqallija bħala parti mill-grid Ewropea. Dan l-istudju jissuġġerixxi numru ta' għażliet differenti dwar kif dan jista' jiġi attwat, jiddependi mill-kapaċita' ta' din il-konċessjoni.
L-ispiża kapitali involuta hija ta' bejn 112 u 210 miljun dollaru Amerikan naturalment jiddependi mill-għażla li ssir.
B'riferenza l-mistoqsija parlamentari numru 19749, qed nirriferi għal xi tariffi li seta' stabbilixxa jew żied il-ministeru u/jew xi korporazzjonijiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond ir-Regolamenti tal-Wireless Telegraphy (Certificates of Operations) 1999, (Wireless Telegraphy Ordinance), il-Malta Maritime Authority introduċiet dawn id-drittijiet li jitħallsu lir-Reġistratur Ġenerali tal-Vapuri:
1. ħruġ ta' ċertifikat GMDSS jew ta' ċertifikat ta' endorsement
b'għarfien ta' ċertifikat ta' GMDSS barrani - Lm50
2. ħruġ mill-ġdid jew validament mill-ġdid ta' ċertifikat
GMDSS jew ċertifikat ta' endorsement - Lm25
3. eżami għall-ħruġ, ħruġ mill-ġdid, jew validament
mill-ġdid ta' ċertifikat ta' GMDSS - Lm50
Barra minn hekk id-dritt għal eżami u ħruġ jew ħruġ mill-ġdid ta' ċertifikat RT (VHF biss) jew ċertifikat ta' endorsement b'għarfien ta' ċertifikat RT (VHF biss) barrani nbidel minn Lm10 għal Lm25.
Jista' l-Ministru jippubblika xi studji riċenti li setgħu saru dwar l-impatt ta' sħubija prospettiva fl-EMU fuq l-ekonomija lokali, fosthom mill-Bank Ċentrali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali qiegħed il-ħin kollu isegwi l-iżviluppi relatati mal-Unjoni Monetarja Ewropea (UME) sabiex ikun jista' jistabilixxi x'effetti jista' jkun hemm fuq aspetti diversi tal-ekonomija Maltija hekk kif Malta tissieħeb fl-istess Unjoni. Għalkemm ħafna mill-istudji li saru s'issa kienu ta' natura nterna, hu l-ħsieb tal-Bank li uħud minnhom jidhru fil-futur fil-publikazzjonijiet tal-Bank.
Ta' min jgħid li d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Monetarja Ewropea għadu 'l bogħod minħabba li membri ġodda fl-Unjoni Ewropea ma jistgħux jissieħbu fl-UME qabel mill-inqas sentejn wara li jkunu saru membri tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant hu diffiċli ħafna li wieħed ikun jista' jbassar minn issa x'se jkunu l-effetti ta' sħubija fl-UME fil-mument li Malta tissieħeb minħabba t-tibdil ekonomiku li jista' jkun hemm, kemm f'Malta kif ukoll fl-Ewropa, sa' ma jasal dan il-waqt.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 19748, jista' l-Ministru jgħid x'kienet iż-żieda fit-tariffi tas-Sea Malta minħabba li kien hemm żieda fil-prezz taż-żejt?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bi ftehim ma' linji oħra li joperaw lejn Malta u in vista taż-żieda kontinwa fil-prezzijiet taż-żejt, b'seħħ mill-15 ta' Diċembru 1999, is-Sea Malta introduċiet 'bunker surcharge' kif ġej:
Southbound Northbound
Container ta' 20 pied 25 dollari Amerikani 15-il dollaru Amerikan
Container ta' 40 pied 50 dollari Amerikani 25 dollari Amerikan
Trailer mimli 50 dollari Amerikani 35 dollari Amerikani
Trailer vojt 25 dollari Amerikani 20 dollari Amerikani
Jista' l-Ministru jgħid minn min sar ir-rapport tal-METCO dwar xejriet fil-kummerċ barrani ta' pajjiżna? Kemm tħallas tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema rapport qiegħed jirreferi, peress li jiena nfurmat li l-METCO ma kkommissjonat l-ebda rapport fuq xejriet fil-kummerċ barrani ta' pajjiżna.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ħallas spejjeż s'issa l-Gvern Malti lill-ġenituri Għawdxin tat-tewmin sijamiżi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ma tħallsu ebda spejjeż lill-ġenituri nfushom. Il-Gvern Malti offra l-appoġġ u l-għajnuna biex l-omm tingħata l-kura meħtieġa fi sptar l-Ingilterra u dan skond il-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern Malti u dak Ingliż f'dan ir-rigward.
Minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li żviluppaw madwar il-każ, il-Ministeru għall-Politika Soċjali żamm u għadu jżomm kuntatt mal-missier u ma' membri tal-familja tal-ġenituri bl-iskop li jingħata l-appoġġ neċessarju u possibbli.
L-ispejjeż mediċi jiġu koperti mill-ftehim li jeżisti bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż. Madanakollu, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali ta' dan il-każ, il-Gvern Malti laqa' t-talba li, fuq bażi "ex gratia", jħallas parti mill-spejjeż legali relatati ma' l-appell. Sa llum, sa fejn jien infurmat, għadu ma tħallas xejn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux qed jitlob li jkollu sehem fit-taħdidiet ta' l-IGC ta' l-Unjoni Ewropea?
Response (BORG, JOE)
Il-Gvern Malti kien mistieden f'Ġunju li għadda sabiex jieħu sehem f'laqgħa dwar il-Konferenza Intergovernattiva (mal-pajjiżi applikanti) li saret fi Brussel. Inoltre ser issir laqgħa Ministerjali fit-23-ta' Novembru 2000 f'Sochaux, għall-applikanti kollha, taħt il-Presidenza Franċiża. Jien ipparteċipajt fil-laqgħa ta' Ġunju u bi ħsiebni nieħu sehem fil-laqgħa ta' Novembru.