Jista' l-Ministru jgħid x'irriżulta wara li s-sena li għaddiet kien qal li kien hemm possibbilta' kbira li trading houses Ċiniżi jistgħu jużaw lill-Malta biex jwessgħu t-trading base tagħhom lejn is-swieq ta' l-Ewropa u tal-Mediterran fuq il-linji diga' mħaddma ġewwa Dubai?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul l-ewwel ġimgħa ta' Novembru li ġej ser tinżamm f'Malta t-tieni laqgħa tal-Kummissjoni mħallta Maltija-Ċiniża. Għal din il-laqgħa mistenni jattendi l-Viċi Ministru għall-Kummerċ Internazzjonali u Koperazzjoni Ekonomika Ċiniż. Miegħu għandhom jiġu wkoll numru ta' uffiċjali tal-Gvern Ċiniż kif ukoll xi intraprendituri ċiniżi sabiex jistħarrġu fid-dettal il-potenzjal ta' Malta bħala bażi għall-kummerċ ta' prodotti ċiniżi lejn is-swieq ta' l-Ewropa u ta' l-Afrika ta' Fuq. Tajjeb ukoll li wieħed jgħid li matul din l-aħħar sena kumpanija marittima ċiniża bdiet tuża' l-faċilitajiet tal-Port Ħieles ta' pajjiżna.
Billi l-Ministru kien ħabbar is-sena li għaddiet li kien hemm possibbilta' li l-Air Malta tibda tagħmel titjiriet diretti lejn/minn Hong Kong, jista' l-Ministru jgħid fiex waslu it-taħdidiet dwar dan?
Jista' l-Ministru jgħid x'ħareġ wara li s-sena li għaddiet iċ-Chairman tal-Metco kien ħabbar li l-Hong Kong Trade Development Board ried jaħdem ma' Malta u kien lest li jibdel staff miż-żewg naħat bil-għan li Malta ssir ċentru kummerċjali fil-Mediterran minn fejn Hong Kong tkun tista' tbiegħ il-prodotti tagħha fl-Ewropa u fl-Afrika? Dan l-aktar billi ċ-Chairman kien qal li il-Metco kienet ser issegwi din l-inizjattiva f'mod aggressiv.
Billi l-Ministru dan l-aħħar għażel li jagħti dettalji dwar il-privatisation bonds f'mod esklużiv lill-PBS, ma jaħsibx li dettalji bħal dawn imisshom saru pubbliċi mal media kollha, inkluża dik stampata?
Jista' jfisser il-parametri li fuqhom ser jiġu msawwrin dawn il-bonds kif wkoll il-kundizzjonijiet li ser jinħarġu taħthom?
Il-Ministru għandu l-ħsieb li jmur quddiem il-Parlament biex jawtorizzhom kif jagħmel meta soltu jkun hemm ħruġ ta' stocks ġodda?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sa fejn naf jien il-PBS huwa l-istazzjon tal-pajjiż kollu u għalhekk meta ħarġet l-informazjoni mill-PBS din serviet bħala nformazjoni ġenerali.
L-informazzjoni li ngħatat kienet ta' natura ġenerali u d-dettalji jkunu elenkati fil-prospectus li se joħroġ dalwaqt.
Billi dan mhux self ġdid m'hemmx għalfejn jiġu awtorizzati mill-Parlament.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw computers mis-Central Office of Statistics din is-sena? X'kien il-valur totali tagħom?
Meta nħarġu t-tenders relattivi? Liema ditta ġiet magħżula biex tissupplixxi dawn il-computers?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul din is-sena l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika xtara 30 kompjuter għall-valur totali ta' Lm17,428. Dawn il-kompjuters inxtraw f'ħames okkażjonijiet differenti u dejjem saret sejħa għall-offerti. Id-dettalji relattivi huma kif ġej:
NUMRU TA' VALUR DATA DITTA LI
KOMPJUTERS SSUPPLIXXIET IL-
MIXTRIJA KOMPJUTERS
12 Lm6,837 07.03.2000 MITTS Ltd.
15 Lm7,890 16.05.2000 P.D.K. Inv. Ltd.
1 Lm 460 17.08.2000 Compuware Ltd.
1 Lm1,742 11.09.2000 Pantalesco Ltd.
1 Lm 499 18.09.2000 Compuware Ltd.
Billi nhar il-Ħadd 15 ta' Ottubru Smash TV xandar filmat sħiħ dwar konferenza politika li l-Ministru għamel bi tħejjija għall-Budget 2001, jista' jgħid jekk dan l-arranġament sarx bi ħlas jew le, u jekk iva x'kien l-arranġament kummerċjali nvolut?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda ħlas minn fondi pubbliċi għal-inizjattiva li ħa 'Smash TV' in konessjoni max-xandira li qed isemmi l-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit x'kienet il-medja tad-dħul ta' dawk tal-ħwienet, panel beaters, bajjada, mastrudaxxi u tal-fran tal-ħobż?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 20055 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jagħti breakdown ta' l-aħħar figuri tad-distribution of enterprises by size by number of employees in percentage terms skond in-normi tal-OECD?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-OECD tuża l-pubblikazzjonijiet tal-Eurostat fejn jirrigwarda d-distribuzzjoni ta' entrapriżi skond id-daqs u n-numru ta' mpjegati. Il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ ukoll tuża l-istess kriterji mitluba mill-Eurostat f'dan ir-rigward.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Air Malta beħsiebha taħtar CEO barrani?
Jekk iva, x'wassal għal din id-deċiżjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li biex jinħatar Chief Executive Officer, il-persuna magħżula jrid ikollha l-esperjenza u l-ħila meħtieġa sabiex tagħti l-kontibut mixtieq. Għalhekk post bħal dan jimtela' wara li ssir sejħa internazzjonali, iżda dan bl-ebda mod ma jimplika li l-persuna magħżula trid tkun ta' nazzjonalita' barranija.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm mistennija jinħatru nies bħala directors of office of review? Se jkun hemm wieħed f'kull ministeru?
Hemm funzjonijiet tagħhom li llum qegħdin isiru mill-permanent secretaries fil-ministeri kkonċernati?
Jekk iva, għaliex dawn qed jitneħħew minn taħt ir-responsabbilta' tagħhom?
Dawn se jkunu politcal appointees?
Il-Ministri kkonċernati se jkollhom say fl-għażla tagħhom?
Huwa minnu li diġa' ġew identifikati persuni għal dawn il-karigi f'ċerti ministeri meta suppost li għadha ma saritx l-għażla tagħhom?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Bi tweġiba għall-ewwel tlett partijiet tal-mistoqsija qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-Ċirkulari numru 37/2000 maħruġa mill-Uffiċċju tiegħi, kif ukoll “position description”tal-post “Director (Office of Review)”.
Dwar il-bqija tal-mistoqsija jiena nfurmat illi dawn il-postijiet ser jimtlew permezz ta’ għażla wara sejħa għall-applikazzjonijiet, bl-istess mod kif jimtlew postijiet oħra vakanti ta’ Diretturi.
Jista' l-Ministru jgħid minn min saru il-feasilibity studies għal Enemalta dwar il-possibbilta' ta' konnessjoni mal-grid elettriku Ewropew? Kemm ġew jiswew?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-feasibility study sar mill-Kumpanija EDF li tiegħu tħallset l-ammont ta' 277500 Frac Franċiż.
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-kostruzzjoni? Kemm minnhom iddikjaraw telf, dħul taħt it-Lm3,000? Dħul bejn Lm4,000 - Lm6,000? Dħul bejn Lm7,000 - Lm15,000 u ta' Lm100,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-bejgħ tal-karozzi u spare parts? Kemm minnhom iddikjaraw telf? Kemm minnhom iddikjaraw qliegħ ta' mhux aktar minn Lm5,000? Kemm minnhom qalgħu bejn Lm6,000 - Lm13,000? Kemm minnhom qalgħu sa Lm30,000 u kemm minnhom qabżu 'l Lm100,000 qliegħ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' real estate companies? Kemm minnhom ididikjaraw telf, qliegħ taħt il-Lm5,000; qliegħ bejn Lm6,000 - Lm15,000, qliegħ ta' madwar Lm30,000; qliegħ ta' Lm60,000; u qliegħ sa Lm100,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Taxxi Interni — Legal and Accounting Management Companies
Question
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji li huma legal and accounting management companies? Kemm minnhom iddikjaraw telf, qliegħ bejn Lm6,000 - Lm10,000; qliegħ sa Lm15,000; qliegħ sa Lm30,000, qliegħ sa Lm60,000 u qliegħ sa Lm100,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' nies ingaggati fulltime f'medical activities? Kemm minnhom iddikjaraw qliegħ ta' Lm5,000 jew taħt Lm6,000 - Lm10,000? U sa l-Lm60,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' fulltimers sajjieda? Kemm minnhom iddikjaraw dħul taħt il-Lm5,000 u kemm minnhom iddikjaraw dħul bejn Lm6,000 - Lm10,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid mit-tax returns li daħlu din is-sena, jista' jiġi stabbilit kemm daħlu returns ta' kumpanniji nvoluti fil-quarrying? Kemm minnhom iddikjaraw dħul taħt il-Lm5,000 u kemm iddikjaraw dħul bejn l-Lm11,000 - Lm60,000?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapport qed jiġi kompilat u jiġi publikat meta jkun il-waqt.