Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #20771 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Refurbishment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mistennija jintefqu flus fuq ir-refurbishment tal-kantina fil-Ministeru tal-Finanzi li spiss intużat għall-riċevimenti, tqassim ta' warrants lill-accountants u awdituri kif wkoll għal press previews tal-budget? Ħarġu offerti għal dan ix-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li huwa stmat illi sa l-aħħar ta' din is-sena finanzjarja jkunu ntefqu Lm15,579 fuq xogħol ta' alterazzjonijiet strutturali u refurbishment ġenerali fil-pjan ta' taħt il-livell tat-triq fil-Ministeru tal-Finanzi. Parti mix-xogħol se jsir mill-Manufacturing and Services Department tal-Works Division u parti minn kuntratturi privati wara sejħa għall-offerti. Nispera li l-Onorevoli Interpellant jifhem li hu mportanti li ċertu postijiet jiġu restawrati b'mod li jkunu jistgħu jiġu apprezzati aktar u wżati b'mod regolari. Per eżempju parti sostanzjali minn dan ir-restawr hu l-ftuħ mill-ġdid tal-ventilazjoni naturali biex inqatgħet l-umidita' li kienet qegħda wkoll tagħmel ħsara.

Xogħol — Ħaddiema impressed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm nies irreġistrati bħala impressed? Kemm minnhom għażlu li jsiru tal-post mal-Gvern? Kif ġew deployed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-proċess biex l-impressed drivers li jagħżlu li jiġu mpjegati mall-Gvern jagħmlu dan, qed jitmexxa mill-Management and Personnel Office fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #20790 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Privatizzazjoni

Question

Bħala l-Ministru responsabbli mill-operat ta' l-azjendi pubbliċi u parastatali, jista' l-Ministru jgħid jekk jaqbilx mal-prijoritajiet tal-kumpaniji li ser jiġu privatizzati? X'inhi l-fehma tal-Ministeru tiegħu dwar kif dawn il-kumpaniji għandhom jiġu privatizzati? X'konsultazzjonijiet saru jew mistennija li jsiru mal-unions tal-ħaddiema kkonċernati? Japprovax it-twaqqif ta' organizzazzjoni biex tagħmel preferenzi fl-għoti ta' l-ishma? Jistax jgħid jekk il-ħaddiema ta' l-azjendi kkonċernati hux ser jingħataw share allocation f'isem fundazzjoni f'isimhom kif ġara fil-każ tal-BOV u tal-Maltacom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-istrateġiji tal-Gvern dwar il-privatizazzjoni ġiet imfassla mill-Kabinet. Il-prijoritajiet dwar dan is-suġġett qed jiġu stabbiliti fuq il-bażi ta' kemm kull azjenda partikulari tirriżulta li tinsab lesta għall-privatizazzjoni u b'kunsiderazzjoni xierqa ta' l-implikazzjonijiet wiesgħa fuq il-kumplament ta' l-ekonomija, inkluż l-aspett soċjali fejn dan jidher li jista' jkun rilevanti. Dawn il-kriterji mhux biss huma validi iżda wkoll f'waqthom. Il-proċess innifsu jaqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Kumitat għall-Privatizzazjoni mwaqqfa fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Għaldaqstant mistoqsijiet li jirrigwardaw dan il-proċess għandhom isiru lill-imsemmi Ministeru.
Leg 9 PQ #20892 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Immaniġjar ta' l-Iskart — Ġappun

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 20659, u peress li din il-mistoqsija tirriżulta minn referenza speċifika li saret għal dan fir-rapport ta' ħidma tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, jista' l-Ministru issa jagħtini risposta?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma saru l-ebda proposti lill-awtoritajiet Ġappuniżi dwar koperazzjoni fl-immaniġġar ta' l-iskart. F'Marzu li għadda, pero', kien intbagħat rapport fil-qosor tal-Pjan għall-Immaniġġar ta' l-Iskart f'Malta li kien għadu kif ġie ppubblikat mit-Taqsima tax-Xogħlijiet, lill-Ambaxxatur ta' Malta għal Ġappun biex dan jgħaddih lill-korporazzjoni Ġappuniża li kienet uriet interess fil-pjanijiet tal-Gvern f'dan il-qasam. Minn dak inhar sa llum ma kien hemm l-ebda żviluppi.
Leg 9 PQ #20760 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Fondi

Question

B'riferenza għal fond amminstrat mill-uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-Ministeru tal-Finanzi u mill-Ministeru tiegħu, biex jassisti lil diversi organizzazzjonijiet iżommu ruħhom aġġornati dwar l-iżviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid matul is-sena 2000 kemm ġew allokati fondi lill-organizzazzjonijiet u liema kienu, apparti mill-Kamra tal-Kummerċ, l-FOI, il-GRTU, il-GWU u l-UĦM?

Response (BORG, JOE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kif ġew allokati l-flus mill-fond amministrat mill-ufficcju tal-Prim Ministru, mill-Ministeru tal-Finanżi u mill-Ministeru tiegħi, biex jassisti lil diversi organizazzjonijiet izommu ruħhom aggornati dwar l-izviluppi fi ħdan l-Unjoni Ewropeja. Ta' min wieħed jinnota li għas-sena elfejn 55 fil-mija tal-allokazzjoni tħallset bil-quddiem, iżda prova ta' l-infieq trid tiġi provuduta għal ammont kollu li jitħallas. Din il-lista ma tinkludix riżorsi finanżjari li nghataw lill-Kamra tal-Kummerċ, l-FOI, l-GWU, u l- UĦM, u l-GRTU li ġew allokati LM25,000 kull waħda għas-sena elfejn ħlief għall-aħħar waħda li giet allokata LM20,000. Korpi kostitwiti/Organizzjonijiet Allokazzjoni għas-sena 2000 Gozo Chamber of Commerce 3,000.00 Malta Chamber of Pharmacists 2,000.00 Kunsill Studenti Universitarji 1,000.00 Association of Speech and language Pathologists 800.00 Għaqda Bdiewa Progressivi 1,000.00 AIESEC 1,000.00 Malta Commercial Bank's Association 1,000.00 Malta Union of Teachers 4,000.00 Nature Trust 1,500.00 APEX - Organizazzjoni tal-Koperattivi Maltin 3,000.00 AEDE 800.00 The Malta Institute of Accountants 1,000.00 The Dental Association of Malta 1,000.00 European Movement 4,500.00 Malta Union of Midwives and Nurses 2,000.00 Fondazzjoni Ceratonia 500.00 Malta Hotels and Restaurants Association 7,000.00 Malta Employers' Association 7,000.00 Malta Institute of Management 2,500.00 National Council of Women 1,500.00 Federation of Organisations for People with Disabilities 1,500.00 CMTU - Confederation of Malta Trade Unions 8,000.00 Cathedral Church - Gozo 400.00 Union Ħaddiema Bank Ċentrali (UĦBC) 500.00 The federation of Malta Hotels, Pensions and Catering Establishments 2,000.00 Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti 1,500.00 The Medical Association of Malta 2,000.00 Assocjazzjoni tar-Ristoranti ta' Malta u Għawdex 1,000.00 Alternattiva Demokratika 4,000.00 Malta Institute of Taxation 1,000.00 Malta Federation of Professional Associations 4,000.00 MUBE - Malta Union of Bank Employees 4,000.00 Għaqda għad-Drittijiet ta' l-Irgiel 500.00 Assocjazzjoni Bdiewa 2,500.00 Foundation for Human Resources Development 1,000.00 TOTAL 80,000.00
Leg 9 PQ #20763 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Piraterija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-pulizija mħarrġin fil-ġlieda kontra il-piraterija? Kien hemm xi konnessjoni bejn ir-raid riċenti li sar kontra CDs pirati u l-fatt li l-għada kellha tiftaħ konferenza internazzjonali kontra l-piraterija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija fit-Taqsima ta` l-Economic Crime għandhom taħriġ bażiku fil-qasam ta` piraterija tal-'copyright', pero` f`ċerti investigazzjonijiet tintalab l-għajnuna ta` esperti f`dan il-qasam. Il-Pulizija ma tieqaf qatt mill-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra dan ir-reat u l-investigazzjoni li qiegħed isemmi l-Onorevoli Interpellant, fl-aħħar parti tal-mistoqsija, ma kellha x`taqsam xejn ma` din il-konferenza internazzjonali.

Servizzi Soċjali — Abbużi

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nies fil-unit li għandu l-ministeru biex jinvestigaw allegati abbużi fis-servizzi soċjali? Beda jaħdem il-bdil ta' informazzjoni mat-Tax Compliance Unit?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Unit li għandu d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex jinvestiga allegati abbużi fis-Servizzi Soċjali jikkonsisti f'seba' minn nies. Madankollu, dan il-Unit jagħmel użu wkoll minn xogħol ieħor li jkun irid isir minn uffiċjali oħra fid-Dipartiment. Kemm dan il-Ministeru kif ukoll il-Ministeru tal-Finanzi qegħdin jikkordinaw il-ħidma li qed issir u li għad trid issir bejn dan il-Unit u t-Tax Compliance Unit, kif ukoll f'oqsma oħra li jistgħu jgħinuna ħalli l-abbuż ma jitħallhiex isir mill-bidu nett minflok li jinqabad snin wara.
Leg 9 PQ #20765 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Użura — Vittmi

Question

Fid-dawl tal-lobbying ġustifikat tal-fundazzjoni għall-vittmi ta' l-użara, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux qiegħed jgħati kunsiderazzjoni xierqa lill-possibbilta' li jilleġiżla dwar dan is-suġġett?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li iva.
Leg 9 PQ #20767 Sitting 417 2000-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Żjara fil-Libja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-natura taż-żjara riċenti tiegħu fil-Libja? X'laqgħat uffiċjali kellu u ma' min?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ż-żjara saret fuq stedina tal-Gvern Libjan biex saru diskussjonijiet dwar il-politika ekonomika u ndustrijali issa li l-Libja qegħda tkun attrazjoni ta' nvestiment minn pajjiżi barranin. Kien hemm laqgħat ukoll dwar il-LIMSUK. Saru laqgħat mas-Segretarju tal-Kumitat Pubbliku għall Fondazzjoni tal-Industrija Pubblika, ma' l-Assistent Segretarju għall-Investiment u Kummerċ Barrani.
Leg 9 PQ #20661 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Servizz Sigriet — Telephone Tapping

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ġew awtorizzati każi ta' telephone tapping? Kif qed jkun assigurat li s-servizz sigriet Malti ma jagħmilx sorveljanza fuq nies li ma jikkwalifikawx taħt il-liġi tas-servizz sigriet?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 8273.
Leg 9 PQ #20724 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Street Lighting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jistax jsir street lighting quddiem Entrance E, Binja 21.9.64, Ta' Żwejt minħabba fid-dlam li hemm kif wkoll minħabba serqiet minn karozzi privati li ġew irrapportati dan l-aħħar?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa, u jekk ikun il-każ, tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #20725 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Provvista tal-Ilma

Question

Jista’ l-Ministru jinvestiga l-ilment dwar servizz irregolari fil-provvista tal-ilma f'Entrance E, Fl. 7, Binja 21.9.64, Ta' Żwejt?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jiġi investigat.
Leg 9 PQ #20727 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Royal National Institute for the Blind — Sponsorship

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jikkunsidraxli l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament u li hija nieqsa mid-dawl, tingħata sponsorship mill-Gvern sabiex tkun tista tattendi ir-Royal National Institute for the Blind ġewwa ir-Renju Unit?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament hija studenta li tattendi l-iskola Helen Keller il-Qrendi tliet darbiet fil-ġimgħa u darbtejn oħra fl-iskola Sekondarja tal-Bniet Fra Diego Bonanno Marsa. Ir-Royal National Institute for the Blind (RNIB) hija istituzzjoni volontarja ġewwa l-Ingilterra li tipprovdi servizz ta' konsulenza, u appoġġ fir-rigward ta' persuni neqsin mill-vista, iżda ma toffri ebda provvediment edukattiv. It-taqsima Bżonnijiet Edukazzjoni Speċjali għandha kuntatti mar-Royal National Institute for the Blind fir-rigward ta' informazzjoni aħħarija dwar l-edukazzjoni ta' persuni neqsin mill-vista.
Leg 9 PQ #20756 Sitting 416 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mat-Tax Compliance Unit s'issa? F'liema gradi/postijiet jinsabu? Meta ġew ingaġġati individwalment? Kemm minnhom għandhom tertiary education at a degree level? Kemm minnhom għandhom diploma u mhux lawrja?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-nies li ġew ingaġġati mat-Tax Compliance Unit s’issa huma kif imsemmi hawn taħt. Grad Numru Data tal-Kuntratt Data ta’ Nga ġ ġ Head 1 15.05.00 Assistant Principal 1 Misluf mid-Dipartiment tal-VAT 15.05.00 Clerk 1 1 08.06.00 08.06.00 Clerk 1 1 20.09.00 Professional Officer – Accountant 2 20.10.00 01.11.00 Professional Officer – Accountant 1 20.10.00 20.11.00 Professional Officer – Accountant 2 27.10.00 01.12.00 Il-Professional Officers kollha għandhom tertiary education at a Degree level u Warrant ta’ C.P.A.
Leg 9 PQ #20655 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'ammont ta' fondi għadu dovut lill-Air Malta mill-awtoritajiet Libjani?

Response (BONNICI, JOSEF)

Filwaqt li qed isir kull sforz biex jingħalqu l-kontijiet li l-awtoritajiet Libjani għandhom pendenti ma' l-Air Malta, ma jidhirlix li f'dan l-istadju għandi nidħol f'iżjed dettalji dwar dan is-suġġett.
Leg 9 PQ #20656 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Air Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' fondi dovut lill-Air Malta min-naħa Libjana li ġie trasferit mill-Bank Ċentrali Libjan lill-Bank Ċentrali Malti xi xhur ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni relatata ma' t-'transfers' bejn il-Banek Ċentrali hija ta' natura konfidenzjali.
Leg 9 PQ #20657 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Metco — Ftuħ fil-Libja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-ftuħ ta' l-Uffiċju Kummerċjali tal-Metco fil-Libja f'Awissu ta' din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-uffiċju kummerċjali tal-METCO fil-Libya għandu l-għan li jgħin lill-azjendi Maltin ikattru l-kummerċ tagħhom f'dan is-suq. Peress li l-uffiċju ilu miftuħ għal perjodu relattivament qasir, għadu kmieni biex wieħed ikejjel l-eżitu tiegħu. Madanakollu huwa previst li fix-xhur li ġejjin dan l-uffiċju ser ikollu rwol importanti billi jipprovdi għajnuna lill-azjendi Maltin interessati f'dan is-suq.
Leg 9 PQ #20658 Sitting 415 2000-11-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Metco

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma' liema ċentri nazzjonali tal-kummerċ barrani ta' pajjiżi oħra għandhom programm ta' ko-operazzjoni il-Metco?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-METCO iffirmat ftehim ma' dawn iċ-ċentri tal-kummerċ barrani a. Centre for the Promotion of Exports (CEPEX) tat-Tuneżija. b. Istituto Nazionale per il Commercio Estero (ICE) ta' l-Italja. c. The Egyptian International Trade Point (EITP) u Ministry of Trade and Supply ta' l-Eġittu d. The Alexandria Chambr of Commerce (Egypt) ta' l-Eġittu wkoll u e. The General Federation for the Chambers of Commerce, Industry and Agriculture in the Great Jamahiriya tal-Libja.