Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21238 Sitting 430 2000-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA — International Boarding School

Question

B'riferenza għall-applikazzjoni għal International Boarding School f'Victoria Gardens, Libraġġ, li dan l-aħħar ġiet rifjutata mid-DCC u li nifhem li tinsab għall-appell, jista' l-Ministru jinvestiga ilmenti li wasluli li minkejja r-rifjut tad-DCC dan il-bini kien diġa' qed jintuża bħala international boarding school qabel ma ttieħdet id-deċiżjoni tad-DCC u fil-fatt baqa' jitħaddem b'dan il-mod anke issa li ħareġ ir-rifjut?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni għal l-iżvilupp in kwestjoni ġiet irrifjutata riċentament u l-applikant għadu fi stadju fejn jista` jissottometti appell jew talba għar-rikonsiderazzjonui dwar dan ir-rifjut. Sa llum għadha ma ġiet irreġistrata l-ebda talba f`din id-direzzjoni. Rigward l-allegat użu tal-villa bħala "international boarding school" ma jirriżultax li dan qed iseħħ. Dan ġie kkonfermat wara spezzjonijiet interni tal-post minn Uffiċjali ta` l-Awtorita`. Mill-banda l-oħra, ġie nnotat illi fil-villa qed jinżammu xi tfal ta` ċittadini barranin għal skop residenzjali. Minħabba dan il-fatt, l-Awtorita` ta` l-Ippjanar qed tinvestiga x`azzjoni tista` tittieħed fit-termini ta` l-Ordni ta` l-1994 dwar il-Klassijiet ta` Użu. (Use Classes Order).
Leg 9 PQ #21157 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Djar — Xiri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 21002?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bħalissa d-Dipartiment għat-Tmexxija tal-Proprjeta` fi ħdan it-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qed jagħmel ir-riċerki neċessarji sabiex tiġi stabbilita l-provenjenza tal-proprjeta` in kwistjoni.
Leg 9 PQ #21158 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Public Sector Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 21001

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan hu suġġeriment li għamlet il-GRTU fil-proposti tagħha għall-budget u li, bħal suġġerimenti oħra ġie diskuss fil-laqgħat tal-MCED li saru bi preparazjoni għall-budget.

Għajnuna soċjali

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħat separatament tistax tiġi kkunsidrata għal għajnuna soċjali minħabba l-problemi ta' depression li tbati minnhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #21160 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — San Ġwann - Parking

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħaddiema ta' Colombo Tiles Factory, Naxxar Rd., San Ġwann, mhumiex jitħallew jużaw l-unloading bay li hemm proprju quddiem il-bini tal-fabbrika tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qatt ma żammet lil ħadd milli juża` l-post li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant għal ħatt jew tagħbija.
Leg 9 PQ #21161 Sitting 428 2000-11-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Żwejt — Ilma tax-Xita

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex, minkejja xi passi li ttieħdu biex jgħaddi l-ilma tax-xita minn taħt is-central strip li hemm quddiem l-appartamenti ent. BUC, Binja Ġublew tal-Fidda, Ta' Żwejt, it-triq prinċipali għadha żżomm ħafna ilma tax-xita bil-konsegwenza li meta din tgħereq bl-ilma qed jittajjar ħafna ilma lejn dawn l-appartamenti kull meta jgħaddi t-traffiku wara xi maltempata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #21013 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

The Glorious Few Production Co Ltd

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 20947 dwar il-kumpanija The Glorious Few Production Co Ltd?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-kumpanija li għaliha qed issir riferenza għandha shareholding ta' mija fil-mija mill-MIMCOL. Din twaqqfet in konnessjoni mal-ġbid tal-film 'Glorious Few' li huwa film dwar Malta u t-tieni Gwerra Dinjija. Il-MIMCOL ser tikkontribwixxi s-somma ta' Lm10,000 g[all-iskript u l-produzzjoni, bil-kundizzjoni li l-biċċa l-kbira ta' l-iffirmjar isir fil-gżejjer Maltin u li ta' l-anqas tintefaq is-somma ta' miljun dollaru Kanadiż. Naturalment il-MIMCOL tonora l-obbbligu tagħha wara li tkun sodisfatta li ntefqet is-somma miftehma.
Leg 9 PQ #21034 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-salarji li qed jiġu offruti lil accountant prospettivi mat-Tax Compliance Unit huma negozjabbli? Huma 'l fuq mis-salarji ta' Professional Officers li huma pegged magħhom? Huwa minnu li wara li ġew offruti ċerti pakketti ta' salarji lil dawn l-accountants il-proposti tat-Tax Compliance Unit ġew imblukkati mill-Public Service Commission? Huwa minnu li biex jiġi megħlub dan l-ostaklu ċerti applikanti magħżula ġew mitluba jirreġistraw bħala self-employed sakemm jiġu sormontati dawn il-problemi? Jikkonferma li dan mhux eżempju tajjeb meta t-TCU li taqa taħt ir-responsabbilita' tal-Ministeru tal-Finanzi qed tipprova ssib mezz kif iddur mar-regolamenti tal-Public Service Commision propju fejn jidħlu salarji u nċentivi oħrajn relatati, aktar u aktar meta il-Gvern innifsu biħsiebu jdaħħal regolamenti ġodda dwar il-fringe benefits fil-ġejjieni qarib?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onerevoli Interpellant li:- 1. Is-salarji li ġew offruti lil-accountants prospettivi mat-Tax Compliance Unit huma negozzjabbli ġo fixed band li tirrelata mal-għola skala ta’ accountant mat-Tax Compliance Unit. 2. Il-livell ta' accountants huwa ugwali ma oħrajn li diġa jeżisti fis-settur pubbliku. 3. M’hux minnu li wara li ġew offruti dawn il-pakketti ta’ salarji lil dawn l-accountants il-proposti tat-Tax Compliance Unit ġew imblukkati mill-Public Service Commission. 4. M’hux minnu li biex jiġi megħlub dan l-ostaklu ċerti applikanti magħżula ġew mitluba li jirreġistraw bħala self-employed. 5. Le ma nikkonfermax. Il-fatti huma li dawn il-professional officers inklużi l-accountants ġew offruti kuntratti sabiex jissuplixxu servizzi lit-Tax Compliance Unit bil-ħsieb li wara ċertu żmien u dejjem bi qbil bejn il-partijiet, il-kuntratti jistgħu jinbidlu f’kuntratti ta’ mpjieg wara li jiġu osservati r-regolamenti u l-proceduri kollha tal-Public Service Commission.
Leg 9 PQ #21035 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Servizz Pubbliku — Ħaddiema Każwali

Question

Billi qed jiddaħħlu diversi ħaddiema każwali bil-kuntratt biex jimlew temporanjament il-postijiet ta' nies li huma b'maternity leave, extended leave jew extended sick leave, jista' l-Prim Ministru jgħid x'qed isir biex ma jkunx hemm double counting tan-nies fuq il-kotba tal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat illi fil-“Management and Personnel Office” jinżammu “records” separati għal kull kategorija ta’ mjegati. Meta jingħataw figuri, dawn ikunu jgħidu jekk l-impjegati jkunux tal-fiss, “part-time”, każwali jew bil-kuntratt.
Leg 9 PQ #21037 Sitting 423 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Impressed

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 20772 dwar ħaddiema impressed?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li kien hemm 660 persuna li kienu rreġistrati bħala “Impressed Driver”. 653 għazlu li jkollhom impjieg bħala “Labourer (ex-impressed Driver)”. Minnhom, 468 huma mas-Servizz Pubbliku, 184 ma’ l-Entitajiet Pubbliċi u wieħed ma’ l-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Awditur. Il-proċess dwar dawk fis-Servizz Pubbliku għadu għaddej quddiem il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dawn kollha għadhom jaqdu d-doveri tagħhom mad-dipartimenti jew Entitajiet fejn kienu jservu.
Leg 9 PQ #21000 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Prezz taż-Żejt

Question

Jista’ l-Ministru jelabora dwar dak li ġie irrapportat li qal waqt konferenza politika f'Ħaż-Żabbar nhar il-05.11.2000 li għandu jkun hemm mekkanizmi li jiżguraw li meta jogħla l-prezz taż-żejt fis-swieq internazzjonali, għandhom jitieħdu passi biex titnaqqas id-domanda domestika, aktar u aktar billi intqal li jkun fl-interess nazzjonali li jitwaqqaf mekkaniżmu bħal dan?

Response (DALLI, JOHN)

Naħseb li l-Onorevoli Interpellant illum jifhem li hu fl-interess ta' pajjiżna li meta prezzijiet ta' 'commodities' bħaż-żejt jgħolew, pajjiżna ma jistax jibqa' għaddej bl-użu u l-konsum qisu m'hu qed jiġri xejn. Naħseb ukoll li l-Onorevoli Interpellant illum jifhem li dan ma jinkisibx billi noħolqu s-sitemi ta' projbizjoniżmu ta' apparat li jaħli ż-żejt, bħalma għamlu amministrazzjonijiet qabilna, u li għalhekk is-sistema għandha tkun li f'pajjiżna jkollna mekkaniżmu ta' prezzijiet li biħ meta l-prezz jgħola, l-pajjiż inaqqas il-konsum, u meta l-prezz jitbaxxa, igawdi minnu l-konsumatur.
Leg 9 PQ #21001 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Public Sector Compliance Unit

Question

Jista’ l-Prim Ministur jgħid x'konsiderazzjoni ngħatat lis-suġġeriment pubbliku li ilha tagħmel il-GRTU biex titwaqqaf Public Sector Compliance Unit ħalli tikkontrobilanċja t-Tax Compliance Unit?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Infurmat li din hi “issue” diskussa fl-MCED u għalhekk nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.

Djar — Xiri

Question

Jista’ l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni tal-inkwilini ta' A2, Fl 5, Ta' Xbiex Housing Estate (HA 48/99) biex jixtru l-fond tagħhom għadha pendenti minkejja li l-konvenju relevanti ilu madwar għaxar xhur li sar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Awtorita' tad-Djar u l-inkwilini ta' dan il-fond iffirmaw il-konvenju fit-18 ta' Jannar 2000. L-għada 19 ta' Jannar 2000 l-Awtorita' tad-Djar talbet lill-Kummissarju ta' l-Artijiet biex jgħaddilha l-provenjenza ta' l-art li fuqha hemm mibni dan l-appartament biex tkun tista tiffinaliżża l-kuntratt tat-trasferiment.
Leg 9 PQ #21003 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Negozju żgħir

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir mill-Gvern biex inaqqas il-piż tal-burokrazija fuq in-negozju ż-żgħir f'pajjiżna? Jista' jagħmel kif qed jagħmlu pajjiżi oħrajn li jieħdu miżuri konkreti biex jiżguraw il-piżijiet regolatorji u amministrattivi qabel ċerti miżuri jitħallew li jiġu fis-seħħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-Amministrazzjoni preżenti waqqfet l-iSmall Business Efficiency Unit fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonimiċi bil-għan li tkun ta' servizz għan-negozji ż-żgħar. Permezz ta' din il-Unit qed issir koordinazzjoni ta' diversi ħidmiet b'risq dan it-tip ta' negozji, bilgħan prinċipali jkun it-tnaqqis tal-piż li ċerta burokrazija tista' ġġib fuq dawn in-negozji.
Leg 9 PQ #21004 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Business Start-Ups

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern biex iħaffef il-piż u l-proċess tal-business start-ups fil-pajjiż?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-Gvern, permezz ta' l-IPSE, qiegħed jagħmel il-preparamenti meħtieġa biex fi żmien qasir ivara Business Incubation Centre bil-għan li jiffaċilita u jippromwovi b'mod konkret il-ħolqien ta' intrapriżi ġodda, b'mod partikulari f'oqsma innovattivi. B'mod aktar wiesgħa, l-iSmall Business Efficiency Unit fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi qed tħares lejn il-liġijiet tal-pajjiż bil-għan li jitħaffef il-proċess li bih titwaqqaf kumpanija ġdida. Dan, flimkien ma' reviżjoni tal-proċeduri għall-ħruġ ta' liċenzji għan-negozju, li ser jiġu issimplifikati fil-kuntest ta' liġi ġdida li l-ewwel abbozz tagħha mistenni jkun lest fi żmien mhux il-bogħod.
Leg 9 PQ #21005 Sitting 422 2000-11-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Inċentivi fuq Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jinċentiva investiment aktar qawwi min-negozji Maltin fl-Informatika u fl-E-Commerce?

Response (BONNICI, JOSEF)

Wara li fis-snin disgħin kien ħa ħsieb jimmodernizza s-sistemi ta' telekomunikazzjoni fil-pajjiħ, il-Gvern illum miexi fuq politika ċara sabiex il-qasam tat-telekomunikazzjoni jiġi liberalizzat. Il-ħolqien ta' l-Awtorita għat-Telekomunikazzjoni huwa element essenzjali fit-tkattir tal-kummerċ permezz ta' mezzi elettroniċi, l-aktar fuq l-Internet (e-commerce) Fil-preżent il-Gvern qiegħed ukoll jiddiskuti mal-partijiet soċjali numru ta' emendi għall-Att dwar l-Iżvilupp Industrijali. Il-Gvern qed jaħseb sabiex l-inċentivi taħt dan l-Att ma jibqgħux japplikaw biss fil-każ ta' kumpaniji li jesportaw, iżda jiġu applikati wkoll għal min jipproduci għas-suq lokali. Fost dawn l-incentivi hemm maħsuba allowance interessanti ħafna għal dawk il-kumpaniji li jinvestu fl-operat tagħhom, inkluz investiment fil-qasam ta' l-informatika.
Leg 9 PQ #20946 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Malta Privatisation Co Plc

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies ingaġġati mal-Malta Privatisation Co Plc? X'inhu r-remunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpanija? Il-Gvern se jillimita ruħu li jixtri securities li jkun diġa' jinsabu fis-suq bħal stocks tal-gvern u bills tat-teżor, jew ser jixtri minn dawn ukoll meta jkun hemm ħarġiet ġodda jew rolled over stock?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Kumpanija Malta Government Privatisation p.l.c. ma ghanda l-ebda haddiema ingaggati maghha. Ir-remunerazzjoni tad-diretturi tal-kumpanija ghadha ma gietx stabilita mix-"shareholders", u ghaldaqstant hadd s-issa mid-diretturi m'huwa jiehu xi remunerazzjoni. Fil-rigward tal-fondi migbura mill-"bond issue" li bhalissa qed tigi sottocritta, hija l-policy tal-kumpanija li dawn jigu investtiti f'stocks tal-Gvern u Treasury Bills li diga jinsabu fuq is-suq.
Leg 9 PQ #20947 Sitting 419 2000-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

The Glorious Few Production Co Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-għan tal-kumpanija The Glorious Few Production Co Ltd li ġiet mwaqqfa bi sħab bejn il-Malta Government Investments Ltd u i-MIMCOL?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Pensjoni

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li fuqhom ġiet mnaqqsa l-pensjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament? Din il-persuna għandha dritt għall-appell? Iħossx li wasal iż-żmien li kriterji li qedgħin spiss jiġu applikati jiġu riveduti skond iċ-ċirkustanzi tal-lum?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pensjoni tal-persuna li qiegħed jirreferi għaliha, ġiet sospiża sakemm isiru xi nvestigazzjonijiet. Il-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Meta tirċievi d-deċiżjoni hija għandha dritt tappella. L-appell irid isir fi żmien tletin ġurnata mid-data tad-deċiżjoni. Bħalissa il-kriterji biex wiehed jikkwalifika għall-pensjoni mhux kontributorja jinsabu fit-Taqsima IV tat-Tieni Skeda li tinsab fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).
Leg 9 PQ #20770 Sitting 418 2000-11-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Eżenzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li kien hemm xi files ta' talbiet għal eżenzjoni mill-VAT konnessi ma' tiġijiet u funerali li ġew mislaid? Dawn instabu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-każ li għalih qed jirreferi, d-Dipartiment tal-VAT mill-ewwel ħa l-passi meħtieġa biex dawn it-talbiet jiġu ipproċessati fuq il-bażi ta’ kopji tad-dokumenti relevanti u b’hekk il-ħlas lura seta jsir kif dovut.