Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossx li għandu jsir studju tekniku u indipendenti dwar l-impatt li sħubija sħiħa fl-UE jista' jkollha fuq is-settur finanzjarju f'pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema taghna hi diga hafna qrib ta' dik ta' l-Ewropa. Ghalhekk is-shubija taghna tnehhi r-restrizjonijiet li jezistu llum fuq l-operazjoni ta' enti finanzjarji li jahdmu minn Malta. L-indikazzjonijiet huma illi dan is-settur ghandu jifjorixxi bid-dhul eventwali ta' Malta fl-Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex ma jkomplux jiddilapidaw ruħhom Sa Maison Gardens?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninsab infurmat mill-uffiċjal inkarigat illi regolarment isir maniġġ ta' siġar u pjanti u l-manteniment neċessarju.
Rigward il-manutenzjoni ta' l-isfrastruttura, cioe is-swar li jdawru dawn il-ġonna, saru talbiet speċifiċi għal għajnuna lid-Direttur Ġenerali tal-Works Division.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pilloli Cisapride tabs. li soltu huma available biss mill-Isptar San Luqa huma out of stock?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Id-Dipartiment tas-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern għandu kuntratt għall-pilloli Cisapride ma' kuntrattur lokali. Dan il-kuntrattur ġab il-konsenja imma din ma tistax tintuża l-għaliex dan il-prodott wasal mingħajr iċ-Certifikat ta' Prodott Farmaċewtiku (CPP). Għal dan ir-raġuni qegħdin jittieħdu passi biex jinxtara stokk alternattiv mingħand ħaddieħor fuq l-'account' tal-kuntrattur imsemmi hawn fuq.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-kondizzjoni ħażina tas-soqfa tal-home ta' l-anzjani tal-Gżira fejn hemm saħansitra perikli f'ċerti strutturi b'konsegwenza għall-impjegati u r-residenti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Is-Segretarjat fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali flimkien mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Anzjani qiegħdin jieħdu l-passi kollha meħtieġa u mmedjati biex din il-problema tkun solvuta fl-interess ta' kulħadd.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u l-korporazzjonijiet u/jew dipartimenti li jaqgħu taħtu li seħħew matul din il-leġislatura?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif ma laħaqx wasalli, nagħti tweġiba f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex ma tkomplix tiddilapida ruħha l-iMsida Boat House?
Response (BORG, TONIO)
Peress li l-Gvern m`għandu l-ebda proprjeta` magħrufa bħala l-Imsida Boathouse, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħti iżjed informazzjoni sabiex tiġi ddentifikata l-proprjeta` li qed issir referenza għaliha.
Jista' l-Ministru jispjega dawn id-differenzi fl-estimi għas-sena 2001 ma' dawk tas-snin ta' qabel kif indikat:
a) Żieda fil-vot tal-materials & supplies ta' l-Electoral Office minn Lm 2,000(2000) għall Lm 15,000 is-sena d-dieħla?
b) Żieda fil-vot ta' l-electoral commission minn Lm 300,000 din is-sena għal Lm 340,000 is-sena d-dieħla?
ċ) Żieda fl-Import Duty ta' house hold electrical appliances minn Lm 340,000 din is-sena għall Lm 600,000 is-sena id-dieħla?
d) Żieda fl-Import Duty fuq clothing minn Lm 990,000 din is-sena għal Lm 1.6 miljun is-sena d-dieħla?
e) Żieda fl-Execise Duties fuq il-birra minn Lm 9,700 is-sena l-oħra għal Lm 300,000 is-sena d-dieħla?
f) Żieda fid-Duty fuq tabakk minn Lm 700,000 din is-sena għal Lm1.2 miljun is-sena d-dieħla?
g) Żieda fil-Wireless Licence minn Lm 850,000 din is-sena għal Lm 1 miljun is-sena id-dieħla?
h) Żieda fil-Mobile Telephone Licences minn Lm 81,000 din is-sena għal Lm 2.491 miljun is-sena d-dieħla?
i) Żieda fil-Fixed Telephone Licences minn xejn għal Lm 534,000 is-sena d-dieħla?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li għall-osservazzjonijiet tiegħu dwar id-differenzi li nnota bejn il-figuri għal 2001 u dawk għat-2000 qiegħed nagħti spjegazzjoni aktar ‘il isfel.
2001 (Estimate) 2000 (Approved)
(a) Electoral Office – Materials & Supplies Lm15,000 Lm2,000
L-istima riveduta għall-2000 hi ta’ Lm22,000 minħabba l-elezzjonijiet tal-KunsilliLokali.
2001 (Estimate) 2000 (Approved)
(b) Electoral Commission Lm340,000 Lm300,000
Il-fondi pprovduti din is-sena (Lm300,000) ma kenux biżżejjed biex ikopru l-ispiża tal-Kummissjoni u kien hemm bżonn ta’ fondi supplimentari. Għalhekk għas-sena d-dieħla, qed jiġu vvotati flus aktar minn kemm kienu vvotatiflus għal din is-sena.
2001 (Estimate) 2000 (Approved)
Import & Excise Duty –
(ċ) Household Electrical Appliances Lm600,000 Lm340,000
(d) Clothing Lm1,600,000 Lm990,000
Il-figuri attwali għal perijodu Jannar/Ottubru 2000 diġa’ qabżu l-estimi oriġinali bbażati fuq importazzjoni attwali minn pajjiżi barra mill-Ewropa. Għalhekk il-figuri tas-sena d-dieħla huma mibnija fuq il-figuri riveduti ta’ din is-sena.
2001 (Estimate) 2000 (Approved)
(e) Birra Lm300,000 Lm9,700
(f) Tabakk Lm1,200,000 Lm700,000
Iż-żidiet fit-2001 huma riżultat ta’ miżuri ġodda għal Budget għall-2001.
2001 (Estimate) 2000 (Approved)
(g) Wireless Licence Lm1,000,000 Lm850,000
(h) Mobile Telephone Licences Lm2,491,000 Lm81,000
(i) Fixed Telephone Licences Lm534,000 NIL
Kif intqal fid-diskors tal-Budget għall-2001, dawn l-ammonti huma mistennija l-aktar riżultat ta’ rati ġodda li ġew introdotti dan l-aħħar għal kumpanniji li jaħdmu fis-settur tal-komunikazzjoni u jinkludu kemm dħul ta’ barra (biex tingħata l-liċenzja), kif ukoll il-ħlas annwali tal-liċenzja (għal 2001).
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma tirriżultalniex li qatt saritilna "id-domanda preċedenti". Napprezza li nirċievi l-Mistoqsija fit-termini propriji tagħha.
Jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda preċedenti tiegħi dwar tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt fil-mistoqsiji parlamentari numru 19491 f'seduta 379 u 19855 f'seduta 416 rispettivament.
Jista' l-Ministru jwieġeb id-domanda preċedenti tiegħi dwar tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19492 (Seduta 379).
Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (REFALO, MICHAEL)
Il-Ministeru tat-Turiżmu ma jimponix tariffi. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-ammonti dwar ħlas ta’ liċenzi dawn baqgħu li kienu. Hekk ukoll ħlief għal fejn għandu x’jaqsam mat-Timeshare, il-kontribuzzjonijiet lill-Awtorita’ tat-Turiżmu.
Tista' l-Ministru tgħid x'kien it-tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tagħha u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tagħha, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Jiena nfurmata li ma kien hemm lebda tibdil fittariffi relatati malMinisteru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 21161 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex, minkejja xi passi li ttieħdu biex jgħaddi l-ilma tax-xita minn taħt is-central strip li hemm quddiem l-appartamenti ent. BUC, Binja Ġublew tal-fidda, Ta' Żwejt, it-triq prinċipali għadha żżomm ħafna ilma tax-xita bil-konsegwenza li meta din tgħereq bl-ilma qed jittajjar ħafna ilma lejn dawn l-appartamenti kull meta jgħaddi t-traffiku wara xi maltempata?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex jispezzjona l-lokalita`.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qed tirċievi għajnuna soċjali mnaqqsa ta' boarding out minħabba nuqqas ta' regolarita' fil-ħlas tal-bolli tan-National Insurance? Tista' tinvestiga l-ilment ta' din il-persuna li nies oħra li ħallsu anqas bolla minnu qed jirċievu iżjed f'għajnuna
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li tajt fil-Mistoqsija Parlamentari Numru W142.
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema stazzjonijiet tar-radju u tv qed jixxandru spots tal-MIC? B'liema frekwenza u f'liema ħinijiet qed jixxandru dawn l-ispots?
Response (BORG, JOE)
L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif jipprovdu l-guidelines dwar fringe benefits għal dawk il-każi fis-settur privat fejn nies f'postijiet għoljin tal-management u/jew konsulenti jkollhom biss madwar nofs il-paga taxxabbli, filwaqt li l-kumplament (li ġieli jinkludi wkoll production bonuses għoljin) jitħallsu jew cash jew jiġu depożitati f'kontijiet bankarja barranin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull hlas li jsir, f’cash jew billi jkunu depozitati f’kontijiet bankarji, bhala kumpens ghal xoghol jew servizz, inkluzi wkoll il-production bonuses, huma suggetti ghat-taxxa irrispettivament mill-guidelines dwar il-Fringe Benefits.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' l-inkjesta li għamlet l-Enemalta dwar il-qtugħ riċenti tad-dawl estensiv li kien hemm fil-power station ħmistax ilu? Min huma l-membri tat-task force li ġiet maħtura? Għal kemm żmien inħatru u x'inhuwa l-brief tagħhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-inkjesta li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant għadha ma ġietx konkluża u għaldaqstant ir-rapport ma jistax jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
It-Task Force hija magħmula miċ-Chairman tal-Korporazzjoni il-Professur Robert Ghirlando, mill-Manager tat-Taqsima tal-Ġenerazzjoni l-Inġinier John Pace, mill-Manager tat-Taqsima tad-Distribuzzjoni l-Inġinier Ronald Vella, mid-Diretturi tal-Korporazzjoni Inġinier Arthur Ciantar u s-Sur Simon Vella u mill-ex Chairman tal-Korporazzjoni l-Inġinier Lawrence Ciantar.
It-Task Force, li t-terminu tal-ħatra tal-membri tagħha ma ġiex iffissat, ingħatat l-inkarigu li tidentifika x'hemm bżonn isir biex il-problema li nħolqot wara l-ħsara li kien hemm fis-switchboard tal-Power Station tal-Marsa tissolva.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien it-tibdil fit-tariffi relatati mal-ministeru tiegħu u/jew xi korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu, li seħħew matul din il-leġislatura?
Jekk iva, liema kienu u x'tibdiliet saru?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li fid-dikasteru tiegħi saret tibdila waħda fit-tariffi matul din il-leġislatura.
Permezz ta’ l-Avviż Legali 163 ta’ l-2000, l-Awtorita’ tax-Xandir għamlet ir-regolamenti msemmija fl-artikolu 21A(4) tal-Att dwar ix-Xandir li jipprovdu fil-paragrafu 4 għad-drittijiet li jridu jitħallsu għall-għoti ta’ kopja ta’ xandira.