B'referenza għad-dar tal-anzjani tal-Gzira li għalqet għat-tiswijiet billi r-residenti intbagħtu il-Grosvenor Hotel, jista' l-Viċi Prim Ministru jindika meta dawn mistennija lura fid-dar?
Kemm mistenni jittieħed żmien biex din id-dar titwaqqa' u titranġa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Deċiżjoni finali dwar x'ser jiġri mid-dar ta' l-anzjani tal-Gżira għad trid tittieħed wara konsiderazzjoni tar-rapporti ta' l-esperti nvoluti f'dan il-każ.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistax jikkonferma xi tnaqqis ġdid li ser jibda jsir mid-dħul ta' l-anzjani residenti f'St Vincent De Paule u xi provvedimenti hemm għal dan id-dħul addizzjonali fl-estimi ġenerali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-uniku tnaqqis li qiegħed isir mid-dħul ta' l-anzjani fir-Residenza ta' San Vinċenz de Paule huwa kif stipulat fl-Avviż Legali 60/2000. Il-kontribuzzjonijiet hekk miġbura jiġu mgħoddija lill-Kumitat tal-Welfare.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jitwaqqa' l-bini antik u dilapidat li hemm bejn Triq il-Wied u Triq il-Kunċizzjoni, l-Imsida qrib il-knisja, billi dan qed jkun ta' inkonvenjent kbir għan-nies tal-area, minħabba ġrieden, trobbija ta' annimali eċċ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Għad m'hemmx deċiżjoni dwar meta ser jitwaqqa' l-bini antik u dilapidat imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Billi part-timer suppost jaħdem massimu ta' 20 siegħa fil-ġimgħa, kif qed jiġu kklassifikati ħaddiema li jaħdmu part-time fuq bażi ta' ġimgħa ta' 25 siegħa?
Bħala fulltime jew part-time?
Huwa minnu li dan ħafna drabi qed jiddependi fuq l-engagement form li tkun imliet il-kumpannija li jaħdmu magħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mhux il-każ li part-timers huma dawk li jaħdmu massimu ta' 20 siegħa fil-ġimgħa. Il-ħin massimu li jistgħu jaħdmu part-timers hu dak stabbilit mill-Ordni tal-Kunsill tal-Pagi li jirregolaw il-kategorija speċifika tax-xogħol tagħhom. Dawn il-ħinijiet ivarjaw bejn 20 u 30 siegħa fil-ġimgħa.
Impjegati part-time li mhumiex regolati minn Ordni tal-Kunsill tal-Pagi, u li skond il-ftehim jew kuntratt ta' xogħol li jkollhom, jaħdmu iktar minn 20 siegħa fil-ġimgħa, ikunu ntitolati għall-leave fuq bażi pro rata ta' dawk l-impjegati full-time.
Billi dieħla l-prattika ta' share options ma' l-impjegati fis-settur privat, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' taxxa dwarhom kif ukoll dwar l-element ta' capital losses?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment qieghed jipprepara l-Avviz Legali li se jirregola l-mod kif ikunu ntaxxati ix-Share Option Schemes, inkluz il-mod kif ikunu ittrattati capital losses.
Rigward il-ftehim kollettiv il-ġdid taċ-Ċivil, jista' l-Prim Ministru jgħid kemm żdiedu l-ħaddiema skala skala, kif wkoll kemm hemm ħaddiema f'kull skala?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jiena nfurmat illi ż-żidiet li sejrin jieħdu l-ħaddiema taċ-Ċivil bil-Ftehim Kollettiv b’effett mill-1 ta’ Jannar 2001 huma kif jidhru fit-Tabella ‘A’ hawn mehmuza u li sejjer nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward in-numru ta’ ħaddiema f’kull skala ta’ salarju l-Onorevoli Nterpellant mitlub jindirizza l-mistoqsija lill-Ministru Konċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'kien in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol taħt Part 1, kull xahar minn Jannar sa Novembru 2000?
X'kien in-numru ta' nies jirreġistraw għax-xogħol taħt Part II kull xahar minn Jannar sa Novembru, 2000?
X'kien in-numru totali ta' nies li rreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba minn Jannar sa Novembru, 2000?
X'kien in-numru totali ta' nies li nqatgħu mir-reġistrar minn Jannar sa Novembru, 2000? Kemm minnhom inqatgħu għax sabu impjieg full-time? Kemm minnhom inqatgħu għax sabu impjieg part-time? Kemm minnhom inqatgħu għax inqabdu jaħdmu illegalment?
X'kien in-numru totali ta' redundancies minn Jannar sa Novembru, 2000?
X'kien in-numru totali ta' job opportunities li bihom kienet infurmata l-ETC minn Jannar sa Novembru, 2000?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21851?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC ma hi nfurmata bl-ebda data indikattiva ta' meta bi hsiebu jghaddi il-funzjonijiet ta' supervizjoni u dawk regolatorji.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 21696, l-Imsida Boat House hija murija fl-istat dilapidat tagħha fl-aħħar ħarġa ta' Vigilo ta' Din l-Art Ħelwa.
Response (BORG, TONIO)
Il-boathouse li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant qiegħda f`Tal-Pieta`.
Ninsab infurmat li qiegħed jiġi kkunsidrat x`inhuwa l-aħjar mod biex tiġi kkonservata l-boathouse imsemmija.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Pulizija dwar diriġenti ta' kumpless turistiku Għawdxi li inqabdu 10 xhur ilu ibagħbsu fil-meter tad-dawl b'dannu kbir għall-Enemalta?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi b`dan il-każ kien ġie nfurmat il-Maġistrat ta` l-Għassa. Kienet ukoll inżammet inkjesta, li għadha mhix konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar diriġenti ta' kumpless turistiku Għawdxi li inqabdu 10 xhur ilu ibagħbsu fil-meter tad-dawl b'dannu kbir għall-Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta saret taf bil-każ imsemmi fil-11 ta' Mejju li għadda u nfurmat b'dan lill-Pulizija.
Naturalment l-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija u għaldaqstant wieħed irid jistenna l-konklużjoni ta' l-investigazzjonijiet.
B'referenza għad-diskors li għamel il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali waqt l-ikla annwali tal-Istitut tal-Bankiera, jista' l-Ministru jagħti lil din il-kamra, aktar tagħrif dwar l-Ad Hoc Unit li beħsiebu iwaqqaf il-Bank Ċentrali biex isaħħaħ il-ko-ordinazzjoni tal-funzjonijiet dwar stabbilita' finanzjarja billi jirriċerka u janalizza metodi kif għandha tiġi promossa u miżmuma sistema finanzjarja stabbli?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-organizzazzjoni interna tal-Bank Centrali u decizjonijiet dwar l-istruttura tieghu huma responsabbilita' tal-management u tal-Bord tad-Diretturi ta' l-istess Bank.
MFSC — Funzjonijiet ta' Superviżjoni - Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandu data indikattiva ta' meta biħsiebu jgħaddi il-funzjonijiet ta' superviżjoni u dawk regolatorji lill-MFSC?
Għandu xi żmien transitorju f'moħħu? Dan ser jeffettwa l-complement ta' nies jaħdmu mal-Bank Ċentrali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar u r-risposta ser tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-Gvern beħsiebu jattwa is-suġġeriment tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali biex jkun hemm ftehim ċar dwar modalitajiet ta' ko-operazzjoni bejn il-Bank Ċentrali, l-MFSC u l-Borża ta' Malta u l-Ministru tal-Finanzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li l-erbgha istituzzjonijiet msemmija ghandhom jiltaqghu sabiex jiddeciedu dwar it-tishih tal-kooperazzjoni bejniethom bil-ghan li tkun mharsa bl-ahjar mod l-istabbilita' finanzjarja.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21662?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment ta' l-Eżamijiet ma biddel ebda tariffi iżda din is-sena kien kostrett li jbiddel l-administration fee minn 40c għal 60c minħabba regolamenti ġodda tal-Banek. Din titħallas darba ma' kull applikazzjoni.
Għal dak li jirrigwarda l-Universita` ta' Malta, matul din il-leġislatura kien hemm tibdil fid-drittijiet ta' l-Universita` fl-1999. Dawn saru permezz ta' l-Avviż Legali Numru 160 ta' l-1999. (Suppliment tal-Gazzetta tal-Gvern ta' Malta Numru 16,840 ta' l-20 ta' Settembru 1999)
Informat ukoll li sar tibdil fit-tariffi relatati mal-kiri tas-swali fil-Mediterranean Conference Centre u speċifikament fir-rigward tas-Sala Repubblika kif ser nispjega:
Ir-rata għall-kirja għall-ġurnata minn elf lira saret elf u ħames mitt lira f'każ li l-użu tas-sala jkun għall-konferenza.
Fil-każ li s-Sala Repubblika tinkera sabiex tittella` wirja teatrali ġiet introdotta skema mis-sena 2000 fejn flok Lm1500 għall-ġurnata, il-klient iħallas minima ta' Lm550 għall-ewwel 440 biljett tad-dħul li jbiegħ u fuq ir-rimanenti biljetti li jinbiegħu iħallas Lm1.25 fuq kull biljett. Din l-iskema ta' rati tgħodd għall-perijodu 1 ta' Diċembru sal-15 ta' Jannar.
Għall-perijodi 16 ta' Jannar - 14 ta' Ġunju u 16 ta' Settembru - 30 ta' Novembru ir-rata hija ta' Lm750 minimu għall-ewwel 600 biljett mibjuh u Lm1.25 għall-kull biljett ieħor mibjuh fuq l-ewwel 600.
Mill-15 ta' Ġunju sal-15 ta' Settembru ir-rata hija ta' Lm550 minimu għall-ewwel 550 biljett mibjuh u Lm1 għal kull biljett ieħor mibjuh fuq l-ewwel 550.
Ir-rata għall-kiri tas-Sala Repubblika għall-ġranet ta' preparazzjoni ġiet imnaqqsa minn Lm500 għal Lm250 ħlief għall-perijodu 16 ta' Jannar - 14 ta' Ġunju u 16 ta' Settembru - 30 ta' Novembru.
L-għan ta' dawn it-tibdiliet fit-tariffi huwa intiż sabiex jitħajru aktar klienti jorganizzaw wirjiet teatrali peress li issa ir-riskju finanzjarju ġie imnaqqas konsiderevolment.
Fil-Malta Racing Club kien hemm żieda ta' 25c fuq l-entratura.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk dak li hemm f'paġna 17 tal-guidelines tal-fringe benefits dwar scholarships, ifisser li jekk il-gvern bħala employer jibgħat lill xi ħaddiem minn tiegħu għal scholarship dan jkun jammonta għall-fringe benefit taxxabli?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li jekk il-Gvern, jew kwalunkwe ‘employer’, jibghat lil xi haddiem minn tieghu ghal ‘scholarship’ ghal finijiet ta’ ‘training’ konness max-xoghol tieghu, dan ma jikkostitwixxix ‘fringe benefit’.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-diskors dwar Exchange Rate Policy Option in a Pre-Accession Scenario li il-Gvernatur tal-Bank Ċentrali għadu kif għamel fil-14th Annual European Finance Convention li saret Pariġi nhar il-Ġimgħa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngharraf lill-Onorevoli Interpellant li meta l-Bank Centrali bhala istituzzjoni awtonoma jhoss il-htiega li jikkomunika xi informazzjoni ta' interess pubbliku, dan jaghmlu permezz tal-publikazzjonijiet tieghu u tal-website tal-Bank. Jien ninsab informat li dan il-kriterju japplika wkoll ghad-diskorsi tal-Gvernatur tal-Bank.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm beneficiares taċ-children's
allowances
din is-sena? Kemm mistennija tkun din il-figura is-sena d-dieħla?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena hemm madwar 40,700 familja li qegħdin jibbenefikaw mill-Allowance tat-Tfal.
Jekk kolox jibqa' miexi bl-istess mod ta' kif varja n-numru ta' benefiċċjarji matul l-aħħar snin, wieħed jista' biss jikkalkula li n-numru ta' benefiċċjarji għas-sena d-dieħla jonqos b'madwar 1,000.