Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-directors of office of review intgħażlux? Jekk iva, meta bdew jaħdmu fil-postijiet tagħhom? Tista' tagħti lista tan-nies magħżula?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi d-Diretturi, Office of Review, għadhom ma ntgħażlux.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb min-naħa tal-Gvern li jingħataw żidiet għall-għoli tal-ħajja is-CSAs - Casual Social Assistants li jaħdmu fid-djar ta' l-anzjani?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Casual Social Assistants għandhom il-ħlas tagħhom fiss irrespettivament fejn jaħdmu.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax tissewwa l-bordura (ċint żgħir) li hemm mad-dawra ta' Fl.2, Block 11A, Triq il-Peprin, S.Ġwann minħabba fil-kundizjoni immermra li tinsab fiha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22734 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilu u cioe': jekk il-pensjonanti ta' qabel l-1996, huwiex se jibqa' jsir bħal qabel li jieħdu 2/3 aġġornati mas-salarju kurrenti?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jispeċifika għal liema pensjonijiet qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħmel comparative analysis ta' l-items individwali ta' kif inbidlu mis-sena 2000 għal din is-sena d-duties, l-excise, il-levies u l-VAT f'mod komparattiv kif ħriġt inti stess bħala Ministru fl-1995?
Sar xi impact analysis tal-effett tagħhom fuq l-industrija lokali? Ma' min saru konsultazzjonijiet?
In-negozjanti Maltin jafu kif ser jiġu milqutin minn dan kollu?
Għalkemm roħs ta' miljun lira huwa n-net result previst, tista' tagħtina indikazzjoni tal-effett globali fuq il-konsumatur u fuq il-cost of living meta tikkonsidra l-effetti kollha li iġġib magħha change in duties?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li billi t-tibdil m'huwiex estensiv bħal ma sar fl-1995 meta nbidlet radikament is-sistema ta' tassazzjoni ndiretta, ma nħossx il-bżonn li jiġi ppublikat ir-rapport indikattiv kif qed jgħid l-Onorevoli Membru.
Saru diskussjonijiet mil-FOI dwar tibdil li kien ippjanat li jsir u kif dan jaffettwa l-industrija.
It-tibdil għandu jkollu effett marġinali ħafna.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-capital outflows mill-pajjiż sena b'sena mill-1997 sas-sena l-oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri għas-snin mill-1997 sal-1999 huma ppubblikati fir-Rapporti Annwali rispettivi tal-Bank Ċentrali u ngħataw ukoll fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 16465 f'Seduta 306 is-sena li għaddiet. Il-figura proviżorja għas-sena 2000 hi ta' Lm46 miljun.
Ta' min jinnota li fil-bidu tas-sena 2000 il-gvern kompla bil-politika tiegħu li jitneħħew jew jitnaqqsu l-kontrolli fuq il-kambju u għalhekk żdiedu l-opportunitajiet għar-residenti maltin sabiex jinvestu flushom barra l-pajjiż.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga il-każ ta' housing H0016352 li jikkonċerna single parent b'żewġt t-itfal li toqgħod mal-ġenituri tagħha? Jista' jsir housing inspection fil-fond ikkonċernat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qiegħed ikun ikkunsidrat.
Billi l-prezzijiet ta' l-ishma lokali ivarjaw sostanzjalment skond l-andament tas-suq, jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif u għaliex dawn jiġu kkunsidrati meta jiġi kkalkulat id-dħul tal-familji f'każi ta' xiri ta' postijiet tal-Gvern għal finijiet tas-sussidju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-prezz ta' l-isħma jiġi kkalkulat skond il-valur ikkwotat mill-Borża ta' Malta fil-jum illi jiġi assessjat l-applikant. Dan isir meta jiġi kkalkulat l-assi kapitali (u mhux id-dħul).
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fis-snin 1999 u 2000 kemm kien hemm applikazzjonijiet għal xiri ta' postijiet tal-Gvern?
Kemm saru konvenji?
Kemm saru kuntratti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga r-revizjoni fil-kera li kien hemm fil-fond indikat separatament billi din żdiedet sostanzjalment minn Lm 64 P.A. għal Lm193 P.A. dan l-aħħar
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post u fid-dawl tal-bidla fiċ-ċirkostanzi rigwardanti d-dħul tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbatu separatament tiġi ikkunsidrata mill-ġdid għal taħriġ għad-disabled ma' l-ETC billi din intemmilha it-taħriġ ħesrem xi ftit ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata naqset li tattendi għal visita tat-tabiba ghalhekk isimha ma setgħax jitniżżel fir-Reġistru ta' Persuni b'Diżabilita'.
Meta l-ETC jerġgħu jibgħatu għaliha hi tattendi u il-Placement Medical Officer jikkonferma il-każ tagħha, isimha jibda jidher fuq ir-reġistru ta' persuni b'diżabilita' u tkun tista tiġi riferuta għal xi korsijiet addattati għaliha bħal kull min hu fuq dan ir-reġistru.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata konsiderazzoni xierqa min-naħa ta' l-ETC lill-każ tal-persuni li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li jinsab jirreġistra għax-xogħol?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ dejjem tagħti konsiderazzjoni xierqa lill-klijenti kollha tagħha, huma min huma. Hekk ġara fil-każ tal-persuna ndikata.
Il-Korporazzjoni għanda diversi taqsimiet li jagħtu attenzjoni speċjali għal kategoriji differenti ta' klijienti, bhal ma huma ż-żgħażagħ, persuni bi bżonnijiet speċjali, persuni li kienu l-ħabs u persuni li kellhom jew għad għandhom problema ta' abbuż ta' sustanzi. Is-servizz jingħata l-istess lil kull min jitolbu.
Billi l-inkwilina li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ilha żmien toqgħod mal-familjari tagħha - dettalji qed jintbagħtu wkoll separatament - il-fond tagħha tal-Belt jista' jibda jgħajjat, għal finijiet tal-kera, lil binha li ilu snin twal joqgħod f'dak il-post?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuni indikati għandhom imorru l-Customer Care Section tad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali fejn għandhom japplikaw skond il-proċeduri normali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm u liema kienu dawk il-kumpanniji sussidarji tal-Air Malta li nbidlulhom il-bord tad-diretturi dan l-aħħar?
Jista' jagħti lista tad-diretturi maħtura fuq dawn il-bordijiet?
Jista' jikkonferma li kien hemm diversi każi fejn kien hemm executives tal-Air Malta iservu fuq dawn il-boards bla remunerazzjoni li issa ġew sostitwiti b'executives oħrajn tal-istess kumpannija b'rimunerazzjoni ta' diretturi? Jekk iva, liema kienu dawn il-każi?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk huwiex minnu li wara talba fin-negattiv li saret lill-Ministru tal-Finanzi, il-korpi kostitwiti qegħdin jitolbu laqgħa miegħek dwar il-kwestjoni tal-fringe benefits?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Mhuwiex minnu li l-Ministeru tal-Finanzi ma’ laqgħax talba biex jitltaqa’ mal-Korpi Kostitwiti dwar il-“Fringe Benefits”. Jien infurmat li l-Ministru tal-Finanzi ltaqa’ mar-rappreżentanti tal-Kamra tal-Kummerċ u tal-Federazzjoni ta’ l-Industrija nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru fit-3.30pm. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll il-Kummissarju tat-Taxxi Interni. Il-Kummissarju reġa’ ltaqa’ ma’ dawn ir-rappreżentanti l-Ħamis 18 ta’ Jannar 2001. Minbarra dawn il-laqgħat il-Kamra tal-Kummerċ talbet ukoll laqgħa miegħi liema laqgħa ser issir fit-30 ta’ Jannar.
Jista' l-Ministru jikkonferma li ma ilqajtx talba tal-korpi kostitwiti biex jiddiskutu miegħek il-kwestjoni tal-fringe benefits billi allegatement dan is-suġġett ma kienx ġie diskuss fi ħdan l-MCED ?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bil-kuntrarju għal dak li qed jallega, jiena ltqajt ma' kapi kostitwiti nhar il-Ġimgħa 22 ta' Diċembru fuq is-suġġett ta' fringe benefits u kif imwiegħed, sar meeting mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u ġew finalizzati d-dettalji kollha.