Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23311 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Revenue

Question

Ma jaħsibx il-Ministru li hija konferma tal-mod kif il-poplu huwa ntaxxat iżżejjed li l-Gvern ser jenħtieġlu li jkollu żieda ta' Lm 56.5 miljuni fit-tax revenue tiegħu biex inaqqas id-deficit strutturali b'Lm6 miljun biss?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond paġna 3 tal-Financial Estimates 2001, id-deficit strutturali ser jonqos bi Lm12-il miljun bejn s-sena 2000 u din is-sena. Dan meta hemm żieda ta' Lm25 miljun f'salarji etċ. ta' l-impjegati tal-Gvern bis-saħħa tal-Ftehim Kollettiv u żieda ta' Lm15-il miljun f'pensjonijiet u benefiċċji soċjali. Dawn huma kollha fondi ġodda li jispiċċaw fil-bwiet tal-poplu. Għalhekk, ma naqbilx ma l-argument li qed jipprova jġib l-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #23312 Sitting 486 2001-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Household Savings Rate

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-household savings rate għas-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Żieda u Tnaqqis fis-Self Employed

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li l-ewwel kien hemm żieda fis-self-employed, part-timers, u wholesale and retail sectors li aktar tard fix-xahar ta' Novembru ssarffet fi tnaqqis?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis f'Novembru 2000 fis-setturi ndikati hu wieħed staġġjonali. Dan jidher ukoll mill-istatistika, għall-istess żmien tas-sena, f'dawn l-aħħar ħames snin (1996 - 2000).
Leg 9 PQ #23301 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid id-dipartiment tat-taxxi interni kemm qed jistenna li jiġbor income tax miż-żieda fil-pagi tal-ħaddiema tal-gvern li kien hemm fil-ftehim kollettiv, dan meta t-tax bands baqgħu iffriżati? Kemm mistenni jdaħħal taxxa l-gvern mill- fringe benefits tax? Kemm mistenni jdaħħal taxxa l-gvern b'riżultat tat-taxxa ta' 15% fuq il-collective investment schemes?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li setgħet tingħata, ngħatat fid-diskors tal-budget.
Leg 9 PQ #23302 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Treasury Clearance Fund

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown dettaljat tat-transazzjonijiet li kien hemm fit-treasury clearance fund matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tiġi ppublikata minn żmien għal żmien.
Leg 9 PQ #23303 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

GDP — Tax Intake

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-1999, fl-2000 u fl-2001 x'kienet u x'mistennija tkun it-tax intake u l-ispiża tal-gvern bħala persentaġġ rispettiv tal-GDP tal-pajjiż?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-dħul mit-taxxi u l-ispiża tal-Gvern bħala perċentaġġ tal-G.D.P. tal-pajjiż huma kkalkulati kif ġej: 1999 2000 2001 (stima) G.D.P. Lm1,447m Lm1,550m Lm1,660m Dħul mit-taxxi Lm481m Lm543.5m Lm599.7m Perċentaġġ 33.24% 35.06% 36.13% Tajjeb li wieħed jinnota li, fil-maġġoranza tagħha, ż-żieda fid-dħul minn sena għall-oħra hi dovuta mill-infurzar tal-liġijiet li permezz tagħhom jinġabru t-taxxi. Spiża Kurrenti u Kapitali Lm676.3m Lm705.8m Lm749.4m Perċentaġġ 46.74% 45.53% 45.14%
Leg 9 PQ #23307 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-MTA għandhiex tbassir dwar kemm mistenni jonqos it-turiżmu f'termini perċentwali ta' arrivals matul din is-sena?

Response (REFALO, MICHAEL)

Kif kelli okkażjoni ngħid f’din il-Kamra n-numru ta’ turisti li potenzjalment jistgħu jżuru Malta f’sena partikolari hu intimament marbut mal-kapaċita’ ta’ postijiet bi skeda u charter li jpoġġu fuq is-suq il-linji ta’ l-ajru li jaħdmu ma’ Malta. F’dawn l-aħħar snin il-kapaċita’ baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess. Biex isseħħ żieda sostanzjali jeħtieġ prinċipalment li l-Air Malta, b’riżultat ta’ l-isħubija ta’ Malta fl-UE, tinħeles mir-rabtiet żejda tal-ASAs u tibda tgawdi l-vantaġġi tat-Third Package tal-Unjoni. Għalhekk it-tbassir li l-Awtorita’ tista’ raġjonevolment tagħmel hu kondizzjonat sew mill-livell tal-kapaċita’ fuq is-suq, minn fatturi oħra bħal per eżempju il-qagħda ekonomika fil-pajjiżi li nattiraw turiżmu minnhom, il-kompetitivita’ tal-offerta paragunata ma’ ta’ ħaddieħor, l-effetti tar-ristrutturazzjoni tal-industrija tat-turiżmu kawża tal-globalizzazzjoni, u fatturi oħra. Fis-suq Ingliż, u f’dawk Skandinavi u tal-lingwa Tedeska, li jagħmlu mas-70% tat-turiżmu lejn Malta seħħew l-iżviluppi li l-Kamra ġa taf bihom, bħal per eżempju l-akkwist mill-Air Tours tal-kumpanija li l-aktar kienet iġġorr turisti lejn Malta, il-Frosch li fl-2000 tilfet mas-Lm70 miljun lira u issa kellha iċċekken ir-raġġ ta’ l-operazzjonijiet tagħha, kif ukoll ix-xiri ta’ Thomson Holidays minn Pruessag, propjetarja tat-TUI. Dawn l-akkwisti u oħrajn wasslu biex is-suq jiġi kważi dominat minn tlett kumpaniji b’firxa dinjija li aktar milli jimmiraw li jkabbru l-klijentela qed jippuntaw jimmassimizzaw ir-risorsi tagħhom biex iżidu l-profitti. Hu għalhekk li qed jikkonċentraw il-ħidma tagħhom l-iżjed f’destinazzjonijiet kbar fejn l-investiment tagħhom jista’ jrendi aktar. Kieku l-Awtorita’ ma ħasbetx kmieni u ma bdietx tirripożizzjona l-offerta u l-klijentela tal-Gżejjer Maltin, dwar dan nirriferi lill-Onor Interpellant għall-Pjan Strateġiku tal-MTA, kieku bħallum stajna konna qed naffaċċaw xenarju li seta jissarraf f’telf ta’ madwar 100,000 turist matul l-2001. Għalkemm għadu kmieni li wieħed jagħmel tbassir b’ċertezza xjentifika ninsab infurmat li matul l-2001 l-Awtorita’, għalkemm tistenna numru probabbilment inqas ta’ turisti, tinsab fiduċjuża li dan ma jkunx il-bogħod wisq mill-livelli milħuqa fl-aħħar snin.
Leg 9 PQ #23308 Sitting 485 2001-02-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

COS — Financial Estimates

Question

Peress li n-news release tal-COS dwar finanzi pubbliċi turi li d-dejn tal-Gvern żdied b'Lm73.3 miljun sa tmien Novembru 2000, għalfejn il-ministeru tal-finanzi fl-aħħar estimi finanzjarji ppreżenta data li turi li ma kien hemm ebda żieda fid-dejn lokali tal-gvern - financial estimates 2001 paġni 3, 7, 8,15? Billi l-Gvern kellu bżonn jissellef Lm 61 miljun biex jiffinanzja l-cash deficit tiegħu matul is-sena għaliex jissellef Lm 73.3 miljun? X'kienu jirrappreżentaw it-Lm 12.3 miljun extra? Jikkonferma li matul is-sena 1999, il-Gvern għamel over financing tal-cash deficit tiegħu b'aktar minn LM 45 miljun? Jikkonferma li skond l-aħħar estimi finanzjarji, il-Gvern ser jgħamel over-financing tal-ħtiġijiet fiskali uffiċjali tiegħu b'Lm77 miljun fis-sena li qegħdin fiha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-paġni ndikati fil-mistoqsija jikkonċernaw il-Fond Konsolidat u d-Dħul tal-Gvern. L-informazzjoni fil-Financial Estimates 2001 fuq id-dejn pubbliku hi mgħotija f'Appendix C paġna 363 ta' l-istess pubblikazzjoni fejn hu indikat il-bilanċ stmat fl-aħħar tas-snin 2000 u 2001. Il-cash flow tal-Gvern tkopri kemm il-Fond Konsolidat kif ukoll it-Treasury Clearance Fund. Billi fis-sena 2000 ma kienx hemm dħul minn privatizzazzjoni ġdida, sar finanzjament permezz ta' self temporanju u għal żmien qasir ta' Treasury Bills. Fis-sena li qegħdin fiha, aktar ma jirrendi d-dħul mill-privatizzazzjoni, anqas ikun il-bżonn li jsir rikors għal self. Fil-fatt, il-mitt mijlun self ġdid fit-tul u l-Lm120miljun Treasury Bills, minbarra li jkopru l-iżbilanċ tas-sena 2000, huma marbuta ma' stima konservattiva ta' Lm40 miljun dħul mill-privatizzazzjoni.

ETC

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid għal xiex kienet attribwita d-drop fil-labour supply u fil-gainfully occupied fix-xahar ta' Novembru?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li t-tnaqqis f'Novembru fin-numru ta' gainfully occupied kien fis-setturi tal-bejgħ bl-imnut, ta' l-stabbilimenti ta' l-ikel u alloġġi u dak tat-trasport. Dan hu effett perjodiku mistenni kull sena. Peress li l-labour supply hu n-numru tal-gainfully occupied magħdud man-numru ta' dawk li jirreġistraw fuq l-ewwel parti tar-reġistru, it-tnaqqis fin-numru tal-gainfully occupied jkun rifless fil-labour supply.
Leg 9 PQ #23261 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Accruals Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23017?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ġbir tat-tarif mitlub jiegħu fit-tul u għaldaqstant tingħata t-tweġiba f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23268 Sitting 484 2001-02-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Laħam taċ-Ċanga

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23140, fejn ġejt infurmat li l-aħħar kunsinna ta' laħam taċ-ċanga minn Franza ġiet irrilaxxata fis-17.01.01, jista' jgħid kemm-il kunsinna ta' l-istess tip ta' laħam ġiet impurtata minn Franza - via Genoa, permezz tas-Sea Malta - bejn l-01.11.00 u d-data indikata fit-tweġiba tiegħek?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tad-Dwana kien hemm partita ta' 'Frozen Boneless Bovine Meat' ta' oriġini Franċiża li kienet impurtata permezz tas-Sea Malta fl-14 ta' Novembru 2000. Din ġiet imdaħħla wara li għaddiet mill-proċessi kollha ta' verifika. Nieħu l-opportunita' biex niddiplora l-mod traskurat li biħ l-Onorevoli Brincat u sħabu tal-Partit Laburista għamlu allegazjonijiet li qed jirriżultaw fi ħsara kbira għal ħafna nies; raħħala, bejjiegħa tal-laħam u ristoranti. Il-mod traskurat jidher ċar minn kif l-Onorevoli membru stqarr li hu qagħad fuq li qalulu, m'għandu ebda dettal dwar l-allegazjonijiet li għamel, jiġġifieri ma vverifika xejn qabel għamel dawn l-allegazjonijiet. Kullma qed jagħmel l-Onorevoli Membru hu li fil-konfront ta' ċaħdiet uffiċjali għall-allegazjonijiet tiegħu, isaqsi aktar mistoqsijiet li jkun preparalu xi ħadd. F'dan l-istadju l-Onorevoli Interpellant, jekk l-interess tiegħu m'hux is-sabotaġġ ekonomiku, hu li jfittex il-bias ta' min qed jikkolabbora miegħu, jeżiġi li jkun jaf il-fatti, u jgħaddi dawn il-fatti privatament jew pubblikament kif tlabtu fl-ewwel risposta li tajt f'din is-saga. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja ta' aktar affidavits ta' mpjegati tas-Sea Malta u ta' kaptani tas-Sea Malta li kienu jbaħħru dak in-nhar li sħabhom għamlu l-istess affidavit li diġa poġġejt fuq il-mejda tal-kamra. Dawn jinnegaw l-allegazzjonijiet li kien għamel l-Onorevoli Anġlu Farrugia. Nieħu wkoll l-opportunita' biex inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra dikkjarazjonijiet li jgiddbu l-allegazjoni li għamel l-Onorevoli Anġlu Farrugia dwar tape li ġie distrutt. Dan jirriżulta ma kien veru xejn għaliex it-tape għadu jeżisti. Allegazjoni oħra li għamel l-Onorevoli Farrugia kienet dwar trailer li daħal fit-tlett ijiem qabel il-Milied fuq vapur tas-Sea Malta. F'dokument ieħor li qed inqiegħed fuq il-mejda tal-kamra jidher li ebda vapur tas-Sea Malta ma daħal Malta bejn it-18 ta' Diċembru u s-26 ta' Diċembru 2000 (wara l-Milied). Ikun ħafna aħjar jekk l-Onorevoli Membri tan-naħa l-oħra ma jibilgħux dak kollu li jisimgħu, imma jiċċekkjaw il-fatti sewwa qabel ma jfajru allegazjonijiet bl-addoċċ.
Leg 9 PQ #23028 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Free Trade Agreement

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 20653, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żviluppi dwar il-kunsiderazzjoni li kienet qed tingħata mill-awtoritajiet kompetenti dwar l-interess li wrew it-Tuneżija, l-Eġittu u t-Turkija fil-possibbilta' li jsir free trade agreement ma' pajjiżna?

Response (BORG, JOE)

Il-Gvern Malti qed jaħdem bis-sħih biex jibdew taħdidiet dwar ftehim ta' kummerċ ħieles ma' l-Eġittu u mat-Tuneżija. Il-Kumitat Tekniku Malti diġa ġie kompost u issa qed nistennew li l-Eġizzjani u t-Tuneżini jikkomponu l-kumitati tagħhom. Fir-rigward tat-talba mit-Turkija għal ftehim simili, din qed tiġi kkunsidrata mid-Dipartimenti kkonċernati.
Leg 9 PQ #23031 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Limsuk

Question

Jista' l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar il-qgħada tal-Limsuk?

Response (BONNICI, JOSEF)

Fil-preżent qed isiru sforzi sabiex it-tmexxija tal-LIMSUK tgħaddi taħt struttura ġdida ta' management, prinċipalment magħmula minn managers Maltin.
Leg 9 PQ #23033 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm investigat każi t-Tax Compliance Unit s'issa? Fiex waslu dawn l-investigazzjonijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 18983. Nżid ukoll li Uffiċċjali tat-Tax Compliance Unit qiegħdin bħal issa mqassmin f'diversi Dipartimenti u qiegħdin jgħinu f'każi eżistenti għalkemm ma humiex jaħdmu fuq każi speċifiċi.
Leg 9 PQ #23035 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Evażjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-VAT office qed jinvestiga każ ta' evażjoni tal-VAT minn undertaker firm lokali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hux prudenti li nippublikaw x'investigazzjonijiet qiegħed jagħmel id-dipartiment tal-VAT.
Leg 9 PQ #23140 Sitting 479 2001-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana — Laħam taċ-Ċanga

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta skond id-dwana daħlet l-aħħar kunsinna ta' laħam taċ-ċanga minn Franza? X'kienu l-cuts? X'kienet il-kwantita'? Fuq liema vapur daħlet? Minn liema port tgħabbiet? X'ċertifikati mediċi u veterinarji kellha? Dawn kienu għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet ikkonċernati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond ir-records tad-Dwana kien hemm kunsinna ta' laħam taċ-ċanga minn Franza li ġiet irrilaxxata fis-17 ta' Jannar, 2001. Din kienet tikkonsisti f'952 kartuna li kien fihom Halal Meat, Brisket u Striploin u waslet Malta fl-15 ta' Jannar 2001 fuq il-vapur m.v. Lince wara li tgħabbiet minn Genoa. Dwar tagħrif fuq ċertifikati nista' ngħid illi r-rilaxx sar wara li d-dokumenti kienu riferuti lill-Public Health Service u wara li l-istess dokumenti u kampjun marru għand l-Ispettorat tas-Servizzi Veterinarji li awtorizza r-rilaxx.

Djar

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkonferma li f'każ li inkwilina armla ta' post tal-gvern tiżżewweġ barrani dan ma jkollu ebda effett negattiv fuq il-kirja tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi jekk il-post fejn toqgħod hu suġġett għar-reviżjoni tas-sussidju kull sentejn, u r-raġel ikollu xi dħul, allura dan id-dħul jittieħed in kunsiderazzjoni fir-reviżjoni li jmiss.
Leg 9 PQ #22968 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 22865?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif isir perjodikament, kien hemm tibdiliet fil-bordijiet tal-kumpaniji sussidjarji ta' l-Air Malta. Dawn il-bordijiet huma ffurmati kemm minn eżekuttivi ta' l-Air Malta kif ukoll minn persuni minn barra l-Kumpanija. Il-policy ta' l-Air Malta kienet u għadha li fejn eżekuttiv tal-Kumpanija iservi fuq iżjed minn bord wieħed, dan xorta waħda jirċievi remunerazzjoni waħda. Din il-prattika ser tibqa' tiġi adottata. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-bordijiet tal-kumpaniji sussidjarji ta' l-Air Malta.
Leg 9 PQ #23017 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Accruals Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien it-total ta' accruals pendenti - dipartiment dipartiment - għal xogħlijiet li saru u servizzi li ngħataw lill-gvern u li għadhom ma tħallsux mis-sena l-oħra u mis-snin ta' qabel? Kemm hemm każi minn dawn, fejn hemm riċevuti pendenti għal ħlas kif ukoll każi fejn ir-riċevuti għadhom ma daħlux?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23020 Sitting 478 2001-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dwana/VAT department — Project Managers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-project managers għad-dwana u l-VAT department intgħażlux? Jekk iva, meta bdew jaħdmu fil-post tagħhom? X'inhu l-internationally competitive package li ġew offruti - hekk kif irriklamat fil-media internazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-project manager għall-VAT Department u d-Dwana intgħażlu u bdew jaħdmu kmieni dan ix-xahar. Il-pakkett li ġew offruti dawn il-konsulenti jikkonsisti fi ħlas ta' salarju, allowances għall-akkommodazzjoni, għall-ħajja u għall-assikurazzjoni medika, kif ukoll spejjeż ta' rilokazzjoni. Il-pakkett jinkludi wkoll il-ħlas ta' biljetti ta' l-ivjaġġar bir-ritorn għall-konsulenti u n-nisa tagħhom darba kull sena fuq perjodu ta' sentejn. Dawn huma kondizzjonijiet li normalment jingħataw lill-'expatriates' li jiġu jaħdmu fi gżiritna.