Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23669 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Borża ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema pajjiżi oħrajn jużaw it-trade weighted average moving price bħalma ser tgħamel il-borża ta' Malta mid-19 ta' dan ix-xahar? X'inhu l-iskop prinċipali li ntgħażlet medda ta' żmien ta' ħames tijiem għal dan il-prezz? L-MSE qed jantiċipa li ser jibqa' jkun hemm negozju baxx fil-ġejjieni qarib? Ġiet determinata r-raġuni għat-trading baxx li kien hemm dan l-aħħar? Jaħseb il-Ministru li l-affarijiet marru għall-agħar mill-aħħar budget 'l hawn? Id-deċiżjoni tal-MSE hija mottivata mill-ħruġ imminenti ta' privatisation shares?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull pajjiż jadotta s-sistemi li l-aktar huma addatati għalih. Imma, tajjeb li l-Onorevoli jkunjaf li l-introduzzjoni tat-TWAP u issa tat-TWAMP hija bbażata fuq il-mudell VWAP (the Volume-Weighted Average Price) li ntroduċa l-London Stock Exchange f'Diċembru 1998. Fil-każ ta' Londra, l-VWAP jintuża fuq it-trades li jsiru fl-aħħar għaxar minuti għax "basing the closing price of each stock on an average, instead of the last automated trade of the day as at present, will help to iron out unrepresentative variations" u dan hu proprju dak li qiegħda tipprova tagħmel il-Borża ta' Malta. F'għaxar minuti jsiru madwar 4,000 trade fuq il-Borża ta' Londra. Biex jintlaħaq l-istess ammont fuq il-Borża ta' Malta, jridu jgħaddu madwar tlett xhur. Ma kien hemm l-ebda skop prinċipali, immma l-għażla ta' ħamest ijiem kienet waħda kkomparata ma daqs li kieku n-negozju fuq il-Borża baqa' jsir darba fil-ġimgħa kif kien isir oriġinarjament u biex it-TWAMP almenu jkun jirrifletti ta' mill-anqas ħames trades. In-numru ta' trades li seħħew minn mindu twaqqfet il-Borża kien hekk: 1992 1,705 1993 2,592 1994 2,863 1995 2,498 1996 3,790 1997 6,114 1998 8,507 1999 16,839 2000 17,057 2001 1,548 (sa l-aħħar ta' Jannar jew stima {x12} ta' 18,576 sa l-aħħar tas-sena) Id-deċiżjoni tal-MSE m'għandiex x'taqsam mal-ħruġ ta' 'privatisation shares'.

Ħaddiema tal-Gvern — Pensjonanti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari numri 22914 u 23403 li oriġinarjament saru lill-Minstru tal-Finanzi u li ġew riferuti lilu u cioe': (PQ22914)Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 22734 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u li ġiet riferuta lilu u cioe': jekk il-pensjonanti ta' qabel l-1996, huwiex se jibqa' jsir bħal qabel li jieħdu 2/3 aġġornati mas-salarju kurrenti? (PQ23403)B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22914 dwar pensjonanti, qed nirreferi għal pensjoni tan-national insurance tal-ħaddiema tal-Gvern li fl-aħħar li ġiet riveduta kien għall-perjodu 1991-1998. Jista' issa l-Ministru jagħti tweġiba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond kif jipprovdi l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318) fil-preżent, b'effett mill-ewwel sibt ta' Jannar 2001, issir stima mill-ġdid tad-dħul pensjonabbli li fuqu tinħadem ir-rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali ta' kull pensjonant. F'din ir-reviżjoni, fost ħwejjeġ oħra, jiġu kkunsidrati dawk iż-żidiet li jkun hemm fis-salarji bażiċi tal-post li fuqu jkun inħadem id-dħul pensjonabbli oriġinali. Dawn iż-żidiet fis-salarju bażiku jiġu magħduda mad-dħul pensjonabbli oriġinali biex terġa ssir stima tar-rata tal-pensjoni tas-sigurta' soċjali fuq dan id-dħul pensjonabbli rivedut taħt il-prinċipju taż-żewġ terzi skond kif provdut fl-Att dwar is-Sigurta' Soċjali. Dan jgħodd għal pensjonanti kollha kemm dawk li rtiraw qabel u anke wara l-1996.

Internet — Registered Users

Question

Jista' l-Ministru jgħid mir-registered users ta' l-internet kemm minnhom huma: a) individwi? b) kumpaniji? Teżisti statistika jew riċerka dwar l-age profiles ta' l-individwi li huma registered users? Jeżistu xi projections dwar ir-rata ta' tkabbir tan-numru ta' registered users imbassra għall-perjodu 2001-3?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li sal-lum m'hemmx distinzjoni fil-ġabra ta' l-istatistika dwar min juża l-internet, jekk hux individwi jew kumpaniji. Dwar in-numru totali ta' users nirreferi lill-Onor. Interpellant għal Mistoqsija Parlamentari 22502.
Leg 9 PQ #23430 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li biex jiġi iffrankat l-overtime, ħaddiema tal-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika qegħdin jingħataw 34 ktejjeb kull wieħed ta' figuri tal-labour force għall-coding biex dawn jipproċessawhom id-dar b'rata ta' Lm 1.20c il-ktieb?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-ħaddiema ta' l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika qed jagħmlu x-xogħol imsemmi mill-Onorevoli Interpellant bir-rati kif indikati fil-mistoqsija. Tajjeb jingħad li l-"Labour Force Survey" se jiddaħħal b'mod permanenti fis-sistema ta'l-istatistika. Għaldaqstant il-ħsieb ewlieni hu li x-xogħol fuq dan is-survey jinfirex aktar u li tinħoloq rabat akbar bejn il-fażi tal-"fieldwork" u l-"coding" tas-survey. Dan għandu jgħin sabiex jitnaqqas iż-żmien li fih ikunu jistgħu jinħarġu r-riżultati ta' stħarriġ bħal dan.
Leg 9 PQ #23489 Sitting 490 2001-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Household Savings Rate

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23312 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi u li ġiet riferuta lilu u cioe': jista' jagħti l-household savings rate għas-snin 1999, 2000 u 2001?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-"household savings rate" jew "savings ratio" għas-sena 1999 kien ta' 9.6 fil-mija. Dak għas-sena 2000, l-informazzjoni miġbura s'issa tkopri l-ewwel disa' xhur u għaldaqstant għadha mhix komplita. Dwar is-sena 2001 l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata peress li l-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika ma jagħmilx projezzjonijiet dwar din il-materja.
Leg 9 PQ #23402 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Importazzjoni ta' Makkinarju Reprografiku

Question

Jista' l-Ministru jgħid bejn l-1995 u l-2000 kemm ġew importati: a) photocopy machines b) fax machines c) computer printers d) scanners e) kull makkinarju ieħor bi klassifikazzjoni differenti li jgħamel xogħol reprografiku?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #23403 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ħaddiema tal-Gvern — Pensjonanti

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 22914 dwar pensjonanti, qed nirreferi għal pensjoni tan-national insurance tal-ħaddiema tal-Gvern li fl-aħħar li ġiet riveduta kien għall-perjodu 1991-1998. Jista' issa l-Ministru jagħti tweġiba?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #23404 Sitting 489 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Pilloli Cisapride

Question

Billi kien ġie ikkonfermat li kien hemm provvista irregolari ta' pilloli cisapride minħabba f'xi problemi tekniċi ma' l-importatur dwar xi ċertifikati meħtieġa u wara li kien hemm provvista limitata tagħhom f'Novembrudawn reġgħu jinsabu out of supply, jista' l-Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sitwazzjoni rigward il-pilloli Cisapride 10mg issa ġiet lura għan-normal u għalhekk dawn il-pilloli jinstabu fl-Ispiżeriji tal-Gvern ta` l-Isptar San Luqa, Għawdex u Boffa, filwaqt li qiegħdin jitqassmu lill-ispiżeriji ta` SVPR u Mount Carmel.

Schizophrenic Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-każ li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tieħu Schizophrenic Allowance, din tikkwalifika għal xi forma ta' għajnuna oħra u/jew pensjoni? Jekk jiġu nieqsin il-ġenituri tagħha tkun intitolata għal xi forma ta' għajnuna soċjali addizzjonali għal dik li qed tieħu bħalissa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata biċ-ċirkostanzi kollha tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Leg 9 PQ #23366 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

PA

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal l-ilment dwar il-każ tal-lands L556/75/30 li jikkonċerna l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 22762, ninsab infurmat illi t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern qiegħda tfittex kull mezz possibbli sabiex tittieħed azzjoni dwar l-ilment li saret referenza għalih fil-Mistoqsija.

Djar

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-każ tal-housing authority HA 541/99 acknowledged 19.12.2000 dwar il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-familja ndikata mill-Onor. Interpellant xtrat il-post tal-Gvern li tirrisjedi fiħ fit-18 ta' Mejju 2000. Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-ittra mibgħuta minn din il-familja fil-15 ta' Diċembru 2000, dwar il-flat ta' fuqha, ninsab infurmat li kopja ta' l-imsemmija ittra ntbgħatet lill-Kummissarju ta' l-Art peress li dan il-flat jidher li hu proprjeta' tal-Gvern.
Leg 9 PQ #23368 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministu jgħid jekk jistax jkun hemm xi forma ta' street lighting fit-traf ta' Triq il-Ballut, San Ġwann li jagħti għall-pjazzetta li twassal għal-Nut Street?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #23369 Sitting 488 2001-02-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Twessigħ ta' Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jitwessa t-taraġ u jsiru xi poġġamani minflok it-taraġ dejjaq li hemm f'Ballut Street San Ġwann jagħti għall-ġibjun qrib Nut Street?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).

Internet Users

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' internet users fl-1999 u fit-tmien is-sena l-oħra?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru. 22502.

San Ġwann — Block VIII - Triq il-Ballut

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid xi ħsieb hemm li jiġu istallati lifts fl-appartamenti f'block VIII, Triq il-Ballut, San Ġwann

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Iskema dwar l-istallar ta' lifts fi blokki tal-Gvern ġiet imnedija għall-blokki tal-Gvern fil-Furjana, l-Belt Valletta, l-Birgu, l-Isla, Bormla u l-Kalkara u għal dawk il-blokki madwar Malta u Għawdex li fihom jgħixu persuni b'diżabilita' li tirriżulta f'nuqqas ta' mobilita'. Għalhekk, l-istallazzjoni ta' lift fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant jiġi ikkunsidrat jekk hemm tgħix fiħ persuna b'diżabilita' bi problemi ta' mobilita'.

Housing — Umdita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'passi qed jieħu d-dipartiment ikkonċernat biex tiġi indirizzata il-problema ta' l-umdita' fl-appartamenti ta' block VIII, Bieb A, Ballut Street, San Ġwann ikkawżata mil-kundizjoni tal-bejt tal-block ta' flats?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Imsida — Pontoons

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir maintenance fuq il-pontoons għad-dilettanti tad-dgħajjes fl-Imsida?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li meta tinħass il-ħtieġa li jsir xi maintenance fuq il-pontoons għad-dilettanti tad-dgħajjes fl-Imsida, l-Awtorita' Marittima tagħmel dan kif diġa għamlet fil-passat.

Imsida — Dghajjes

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jintuża u meta jkun hemm applikazzjonijiet għall mazzri f'isem dilletanti tad-dgħajjes ta' l-Imsida?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-applikazzjonijiet għall-mażżri f'isem dilettanti tad-dgħajjes fl-Imsida jintlaqgħu skond il-wisa' u t-tul ta' l-opra.
Leg 9 PQ #23363 Sitting 487 2001-02-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Problema ta' Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga problema tad-drenaġġ ifur li ilu jkollhom xi residenti ta' block VIII, Bieb C, Triq il-Ballut, San Ġwann?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret mill-foreman tad-Dipartiment tad-Drenaġġ, irriżulta li r-responsabbilta' tat-tiswija ta' din il-ħsara hija tad-Dipartiment tal-Housing u mhux ta' dan id-Dipartiment. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.