Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #23912 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie irrealizzat profitt fuq kull attivita' tal-logħob organizzat mid-dipartiment tal-lottu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, logħba logħba?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23936 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Slowdown Globali — Reviżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jirrevedi 'l isfel il-prospetti għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż fid-dawl tas-slowdown globali li għaddejja bħalissa, b'mod partikolari fl-Istati Uniti?

Response (BONNICI, JOSEF)

Id-Diviżjoni tal-Politika Ekonomika fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi ssegwi b'mod regolari l-andament ta' l-ekonomija internazzjonali, inkluż dak li qed jitbassar dwar l-ekonomija ta' l-Istati Uniti. S'issa ma jidhirx li hemm bażi għalfejn wieħed jirrevedi l-isfel it-tbassir dwar it-tkabbir ekonomiku ta' Malta.
Leg 9 PQ #23937 Sitting 505 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Evaporazzjoni tal-Fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-reazzjoni tal-Gvern għar-rapporti li dehru f'sezzjoni ta' l-istampa lokali li skond rapport kunfidenzjali ġie żvelat li l-Enemalta titlef madwar 400 tunnellata fuel fis-sena mit-tankijiet tagħha f'B'Buġia permezz ta' evaporazzjoni tal-fuel - ħaġa li hi ta' ħsara kbira għas-saħħa umana?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta talbet lill-editur tal-gazzetta li fiha kien ippubblikat l-artiklu msemmi jindika għal liema rapport kienet qed issir riferenza jew jgħaddilha kopja tar-rapport. Sa llum l-editur ma ħa ebda azzjoni dwar dak li kien mitlub jagħmel.
Leg 9 PQ #23841 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Mintoff — Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu n-negozjati mal-perit Mintoff dwar kumpens għall-Għarix? Qamu xi diffikultajiet ġodda dan l-aħħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress illi d-diskussjonijiet għadhom mhux konklużi u għad hemm kawża pendenti, mhux prudenti li f'dan l-istadju tingħata din l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #23842 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Enterprise Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma i-membri tal-Malta Enterprise Board? Hemm rappreżentanza tal-privat fuq dan il-bord? Min huwa ic-chairman?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Malta Enterprise Board huwa kumitat "ad hoc" imwaqqaf bil-għan li jwassal għal ko-ordinazzjoni aħjar ta' l-operat tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi għal dak li għandu x'jaqsam mal-promozzjonijiet ta' l-attivita' industrijali f'Malta. Dan il-Kumitat għandu bħala Chairman lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi. Il-Membri l-oħra tal-Kumitat huma s-Sinjuri Ivan Falzon (Chairman MIMCOL), Lawrence Zammit (Chairman MDC), Patrick Catania (Deputat Chairman MDC), Anthony Diacono (Chairman METCO), Lino Callus (Chairman IPSE), Paul Zahra (Direttur Ġenerali, Diviżjoni tal-Politika Ekonomika fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi), Saviour Falzon (Direttur, Direttorat għall-Unjoni Ewropea fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin), Ray Cachia Zammit (Assistent Personali tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi), u fil-kapaċita' tagħhom personali il-Professur Bernard Gauci, is-Sur Joseph V Tabone u s-Sur Joseph F.X. Zahra.
Leg 9 PQ #23843 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tuniżja — Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm azjendi Maltin investew fit-Tuniżja f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kien l-ammont totali ta' dan l-investiment s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23844 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel Co Ltd

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies jaħdmu mal-Gozo Channel Co Ltd bħalissa? Kemm ġew ingaġġati ħaddiema ġodda mill-aħħar elezzjoni sal-lum. F'liema gradi ġew ingaġġati? Minn liema lokalitajiet huma?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li hemm 236 nies jaħdmu mal-Kumpanija Gozo Channel. Minn Ottubru 1998 sallum ġew ingaġġati 83 ħaddiem ġdid. Fl-istess perjodu, 22 ħaddiema irtiraw mix-xogħol jew ġew trasferiti minn grad għall-ieħor. Il-ħaddiema li ġew ingaġġati huma minn dawn il-lokalitajiet: Attard, Birkirkara, Bormla, Fontana, Għajnsielem, Għarb, Ħamrun, Haż­Żebbuġ, Ibraġġ, Iklin, l­Isla, Kalkara, Kerċem, Naxxar, Nadur, Marsalforn, Mġarr, Mellieħa, Paola, Qala, Rabat, San Ġiljan, San Lawrenz, Sannat, Swieqi, Santa Venera, Ta’ Xbiex, Tarxien, Victoria, Xagħra, Xewkija, Żejtun, Żurrieq, u Żebbuġ. Fost dawn it­83 ħaddiem, ġew ingaġġati ħaddiema oħra li huma ta’ nazzjonalita’ barranija, preċiżament mill-Bulgarija, ir-Russja u l-Ukranja.

San Ġwann / B'Kara

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23697 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe’: jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi link up bejn l-industrial estate ta' San Ġwann u il-By Pass ta' B'Kara?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li saru diversi diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tat-Toroq, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi sabiex tinbena triq li mill-Bypass ta' B'Kara taqgħad ma' l-Industrial Estate ta' San Gwann u li sservi wkoll bħala main access road għall-isptar il-ġdid.
Leg 9 PQ #23908 Sitting 504 2001-02-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Eur 1 Certificates

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef l-ipproċessar tal-Eur 1 Certificates mit-teżor (u mhux mid-dwana)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23781 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi productivity linked arrangement dwar l-overtime li qed jinħadem ġewwa d-dipartiment tat-taxxi interni fejn il-ħlas isir skond l-output? Minkejja dan l-arraġament huwa minnu li hemm ċerti ħaddiema oħrajn li baqgħu jitħallsu bl-overtime rates normali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn kienu introdotti diversi miżuri fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni li rrikjedew tibdil sostanzjali fil-mod kif jopera d-Dipartiment. Fost dawn il-miżuri hemm l-introduzzjoni tas-Self-Assessment System, tat-Tax Declaration Form flok il-formola sħiħa tat-taxxa, il-“year-by-year accounting concept”, is-sistema l-ġdida tat-taxxa Provizzorja, il-ħlas tar-refunds fi żmien sitt xhur, sistemi ġodda għall-infurzar tal-ħlas tat-taxxa dovuta u tat-Tax Audits, is-sistema tal-Workflow Management u Document Imaging u ħafna oħrajn. Meta qiegħed isir dan ix-xogħol kollu ta’ re-engineering fil- business processes tad-Dipartiment bilfors se jkollu impatt fuq ix-xogħol u l-proċeduri li bihom ħadmu l-ħaddiema sal-lum. Għal snin sħaħ id-Dipartiment irrikorra għal xogħol bl- overtime matul is-sena kollha li jlaħħaq għal madwar Lm300,000 fis-sena fi ħlas ta’ overtime . Din is-sistema ma kienitx qed tagħti r-riżultati meħtieġa anzi setgħet kienet qed tinkoragixxi li xi impjegati ma jagħtux il-ġurnata tax-xogħol kif suppost għad-detriment ta’ impjegati oħra li jridu jaħdmu kif suppost. Għalhekk bħala parti mir- reengineering li qed jitwettaq fid-Dipartiment, qed ikunu introdotti bi prova xi skemi ta’ inċentiv għall-impjegati ibbażati fuq “ output ” u kwalita’ ta’ xogħol. Fil-preżent mhux ix-xogħol kollu jista’ jsir bl-iskema ta’ inċentiv, għalhekk għad hemm xi ħaddiema li għadhom jagħmlu l- overtime fejn huwa meħtieġ u jitħallsu bir-rati normali tal- overtime .
Leg 9 PQ #23782 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Casual Part-timers

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li nies li ħarġu bil-pensjoni qed jitqabbdu bħala part-timers fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jekk iva, kemm hemm minn dawn? Dan qed isir taħt l-arranġament ta' casual part-timers?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment ħass il-ħtieġa li jutilizza l-esperjenza ta' xi nies li taw servizz fid-Dipartiment fis-snin li għaddew qabel ħarġu bil-pensjoni. Għalhekk qed jibgħat għal xi ex-impjegati minn dawn u joffrilhom xogħol fuq bażi ta' "assignment" għal żmien limitat u fuq xogħol speċifiku konness mal-oġġezzjonijiet kontra stimi "ex-officio" tas-snin passati.
Leg 9 PQ #23784 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Awtoritajiet Russi — Konsultazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet in-natura tal-konsultazzjonijiet li mistennija jsiru ma' l-awtoritajiet Russi fil-jiem li ġejjin? Fuq talba ta' min saru/ser isiru dawn il-konsultazzjonijiet?

Response (BORG, JOE)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferixxi għall-konsultazzjonijiet li ser isiru mal-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu, allura n-natura ta' dawn il-konsultazzjonijiet hija waħda bilaterali fil-kuntest tal-kuntatti perjodiċi għolja bejn iż-żewġ pajjiżi. It-talba għal dawn il-konsultazzjonijiet bilaterali saret min-naħa Russa.
Leg 9 PQ #23786 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA — Lukandi - Upgrading

Question

Jista' l-Ministru jgħati dettalji dwar l-iskema ta' għajnuna mill-MTA għall-upgrading tas-servizzi tal-lukandi 3-star?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-M.T.A. m’għandhiex ir-responsabbilta’ li tħejji w tħaddem skemi għal inċentivi.
Leg 9 PQ #23839 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta — Trainee Pilots

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-trainee pilots ma' l-Air Malta dan l-aħħar? Kemm minnhom weħlu fl-eye-hand co-ordination test u fil-personality assessment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #23840 Sitting 503 2001-02-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies mat-tax compliance unit li dwarhom ma hemmx problemi mal-public service commission? Kemm hemm każi ta' reklutaġġ fit-TCU minn barra iċ-ċivil fejn hemm problemi mal-PSC? Kemm hemm problemi mal-PSC li jikkonċernaw civil servants i.e. bħal f'każi ta' nies b'performance agreements etc? Meta mistennija jiġu risolti dawn il-problemi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #23695 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata bozza li ilha xi erbgħa xhur tnemnem li hemm f'Bellavista Str, San Ġwann fuq in-naħa ta' wara tad-djar li jestendu minn numri 21 għal 27, Triq iż-Żnuber, San Ġwann?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.

Skema ta' Sussidju

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikant HA 46/2000 għax-xiri tal-fond 18, Raymar, Żnuber Str, San Ġwann ma ngħatax il-benefiċċju li jgwadi mill-iskema ta' sussidju fuq xiri tad-djar li kienet aktar favorevoli għal dik li hemm illum? Jekk dan huwa dovut għall-iskadenza ta' l-iskema, jista' jgħid meta din l-iskema ġiet fit-tmiem tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant applikat biex tixtri d-dar tal-Gvern li toqgħod fiha fid-29 ta' Marzu 2000. Din l-applikazzjoni saret taht l-Iskema Numru 6, li ġiet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern fit-8 ta' Ottubru 1999. L-Iskema preċedenti dwar l-istess suġġett, jiġifieri Skema I, kienet valida sas-7 ta' Ottubru 1999.
Leg 9 PQ #23697 Sitting 500 2001-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

San Ġwann/Birkirkara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi link up bejn l-industrial estate ta' San Ġwann u il-By Pass ta' B'Kara?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Wied il-Għajn — Triq il-Batterija

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 23607, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' jagħti indikazzjoni meta ser tiġi irrangata Triq il-Batterija taż-Żonqor ġewwa Wied il-Għajn minħabba l-istat diżastruż li tinsab fiha, kif ukoll minħabba l-perikli u l-inkonvenjent li jinqalgħu meta jkun il-maltemp u d-diffikulta' li teżisti biex tidħol ambulanza fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 23449. L-Asfaltar ta' Triq il-Batterija qiegħed fit-tieni fażi tal-programm.
Leg 9 PQ #23627 Sitting 498 2001-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Kawża Kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza li ta l-Imħallef Alberto Magri fil-każ Kostituzzjonali Buttigieg vs Prim Ministru u AG ta' l-1997? Sar appell minn din id-deċiżjoni? B'effett ta' din is-sentenza, il-gvern se jibdel il-liġi?

Response (GATT, AUSTIN)

Qieghed impoggi fuq il-mejda tal-kamra kopja tas-sentenza mitluba. Ma sarx appell mis-sentenza. Saru diversi `drafts` biex il-ligi tigi amendata izda ghad trid tittiehed decizzjoni finali.