Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm hawn kumpaniji tal-gwardjani lokali jaħdmu mal-kunsilli lokali? Meta twaqqfet kull waħda minnhom? Kemm daħħlet flus kull waħda minnhom sena b'sena minn kemm ilha mwaqqfa?
Response (GATT, AUSTIN)
S'issa hawn zewg kumpaniji tal-gwardjani lokali li jahdmu mal-Kunsilli Lokali u id-delega ta` l-Infurzar mill-Kunsilli Lokali giet introdotta fil-25 ta` Frar 2000.
Peress li dawn huma ditti privati u mhux tal-Gvern, l-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant ma taqax taht ir-responsabbilta` tieghi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-iscrap yard li hemm quddiem Triq Ġuże Galea, fl-Iklin għandhiex l-permessi meħtieġa? Jekk le, x'passi qed jittieħdu kontra dan l-inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi? Jekk ma hemmx permessi, hemm xi talbiet pendenti għall permessi simili?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iscrapyard li rrefera għalih l-Onor. Interpellant m`għandiex il-permessi meħtieġa. Wara investigazzjonijiet mill-Ispetturi mis-Sezzjoni ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar, ġie kkuntatjat is-sid u dan neħħa l-imsemmi scrap minn fuq is-sit.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi mill-awtoritajiet konċernati wara li sid razzett li hemm fi Triq Ġuże Galea, l-Iklin qiegħed juża għalqa fil-viċin bħala rubbish dump b'inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi s-sid ta` l-għalqa li qiegħda tintuża bħala rubbish dump fit-triq li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ġie kkuntatjat mill-Ispetturi ta` l-Infurzar ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar u dan neħħa l-imsemmi rubbish dump minn fuq is-sit.
Jista' l-Prim Ministru jgħid il-part-time clerks li hemm mal-Gvern jistgħux jibdew jingħataw l-option li japplikaw għall-mili ta' postijiet vakanti mal-Gvern kull meta jinqalgħu openings simili?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi r-reklutaġġ fis-Servizz Ġenerali tas-Servizz Pubbliku huwa regolat mill-Ftehim dwar il-Klassifikazzjoni u Assimilazzjoni ta’ dawn il-gradi.
Meta joħorġu sejħiet għall-applikazzjonijiet għall-mili ta’ postijiet ta’ “Clerk” fis-Servizz Pubbliku dawn jindikaw x’inhuma r-rekwiżiti biex wieħed japplika għal dawn il-postijiet skond kif provdut f’dan il-Ftehim.
Ma hemm ebda ħsieb li dawn ir-rekwiżiti jinbidlu u għaldaqstant “Part-Time Clerks” jistgħu japplikaw biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti.
Jista' l-Ministru jara li tiġi ri-introdotta l-public library għar-residenti tal-Iklin billi l-għeluq tagħha ġab inkonvenjent għal dawn ir-residenti? X'wassal għal dan l-għeluq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji f'ebda żmien ma kellu branch library miftuħa ġewwa l-Iklin.
Jita' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata attenzjoni għall-installazzjoni mill-ġdid tas-servizz tat-telecare lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata attenzjoni lill-każ tal-housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li toqgħod f'post substandard u ilha irreġistrata mal-housing 20 sena (Ref. HD 514/81)
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qiegħed ikun ikkunsidrat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata kunsiderazzjoni għall-każ ta' housing ta' single mother, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li qed toqgħod mal-ġenituri tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qiegħed ikun ikkunsidrat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23840?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm erbatax il-impjegat mat-Tax Compliance Unit ingaġġati bħala self-employed minn barra iċ-ċivil. Se toħroġ fil-ġimgħat li ġejjien, sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet taħt ir-regolamenti tal-PSC.
Hemm każ wieħed ta' reklutaġġ miċ-ċivil li waqaf quddiem il-PSC minħabba li huwa każ ta' uffiċjal li ġa qiegħed fuq Performance Agreement fi grad simili.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23839?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li kienu applikaw 149 kandidat għal "Trainee Pilots" ma' l-Air Malta. L-"eye hand co-ordination assessment" sar lil 70 kandidat li għaddew mill-ewwel eżami ta' abbilta'. Minn dawn is-70 kandidat intagħżlu 15 li għaddew l-"eye-hand co-ordination" u "personality assessment" biex ikomplu bil-proċess għall-għażla.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien wassal lill-Gvern Malti biex iġedded il-ftehim tan-newtralita' li kellha Malta mal-Unjoni Sovjetika, mar-Russja fl-1993 wara li kien waqa ' l-ħajt ta' Berlin?
Response (BORG, JOE)
L-Onorevoli Interpellant mhux korrett f'li qed jgħid. Fl-1993 sar Protocol bejn Malta u l-Federazzjoni Russa li kien jikkonferma l-validita tal-akkordji kollha li Malta kellha mal-Unjoni Sovjetika, liema akkordji, kellhom ikomplu mal-Federazzjoni Russa. Dan kien Protocol proċedurali, iżjed milli ta' sustanza li jsir meta pajjiż jinbidel f'ieħor. Hekk kien ukoll sar meta iċ-Ċekoslovakkja saret ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Slovakka. Jien infurmat li f'ċirkustanzi bħal dawn hija prassi ta' kull pajjiż li jadotta xi proċedura simili.
Jista' l-Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits diplomatiċi Maltin residenti barra il-pajjiż li jkunu intitolati għall-ċerti allowances?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tax Guide dwar l-ivvalutar ta' fringe benefits li għadu kif ħareġ id-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Dak li hu klassifikat bħala fringe benefits li huma intitolati għalihom Diplomatiċi Maltin residenti barra l-pajjiż huma wkoll regolati minn dawn il-guidelines skond il-każi speċifiċi.
Jista' l-Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits, il-ministri tal-kabinett meta ġieli jieħdu magħhom in-nisa tagħhom meta jsiefru fuq xogħol tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li vjaġġar li jsir strettament għall-finijiet tax-xogħol (business travel) mhux kunsidrat bħala fringe benefit. Spejjeż extra li mhumiex bħala 'business travel' huma taxabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kif ser jiġu affettwati mit-taxxa tal-fringe benefits, dawk l-impjegati li f'ċirkostanzi ta' safar barra l-pajjiż ta' membri tal-familji tagħhom għal kura, ġieli jkollhom xi spejjeż koperti mill-kumpanija fejn jaħdmu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mpjegati li jkollhom spejjeż koperti mill-kumpanija fejn jaħdmu, għal kwalunkwe raġuni minbarra dawk imsemmija speċifikament fit-Tax Guide bħala eżenti, jkunu qed jirċievu dan il-benefiċċju minħabba r-relazzjoni ta' mpjieg mal-employer tagħhom. Dawn l-ispejjeż imħallsa għalhekk jikkostitwixxu 'fringe benefits'.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies impjegati fuq il-kotba tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi? X'inhu x-xogħol tagħhom? Kemm qed jitħallsu pagi u allowances?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-lista tan-nies impjegati mill-FMS, ix-xogħol tagħhom, il-pagi u l-allowances li jirċievu, qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rimedjata il-problema li hemm tal-ispiera tad-drenaġġ kantuniera ma' block 15A Fl.2, Stefanotis Str, San Ġwann.
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li t-tappiera tad-drenaġġ li hemm kantuniera ma' Blokk15A Flat 2, Stefanotis Street, San Ġwann, ser tinbidel fil-bidu tal-ġimgħa d-dieħla ma' waħda mill-ġodda peress illi dawn jissiljaw aktar u mistennija tispiċċa r-riħa fl-inħawi kull meta tferra l-pompa tal-Pumping Station ta' San Ġwann.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jikkunsidra l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament biex tiġi ikkunsidrata għall-xogħol ta' computer data clerk mill-ETC minħabba li ilu jirreġistra xi żmien?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna li d-dettalji tagħha ġew mibgħuta separatament, preżentament qiegħda tirreġistra bħala Data Entry Operator kif ukoll għal xogħol ta' Telephone & Switchboard Operator. Għaldaqstant il-Korporazzjoni kull meta jkollha xi vakanza għal dawn ix-xogħolijiet tissottometti l-isem ta' din il-persuna. Hekk ġara u din il-persuna ġiet referuta għal-xogħol ta' Data Entry Operator mal-Gozo Channel Co. Ltd. u għal xogħol ta' Operations Clerk mal-Malta Freeport Corporation.
Jista' l-Prim Ministru jgħid xi ħlas qegħdin jieħdu n-nies konnessi mas-security service ? Kif qed jsir dan il-ħlas mil head security service 'l isfel?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Artikolu 14 ta’ l-Att ta’ l-1996 dwar is-Servizz ta’ Sigurtà jipprovdi sabiex u kif in-nefqa, l-amministrazzjoni u l-politika tas-Servizz ta’ Sigurtà jiġi eżaminat minn Kumitat ta’ Sigurtà. Dan il-provvediment qiegħed hemm minħabba li n-natura tax-xogħol tas-Servizz ta’ Sigurtà jitlob kunfidenzjalità massima.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fil-ġranet li ġejjin beħsiebni nlaqqà dan il-Kumitat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ministri, parliamentary secretaries u l-membri tal-ġudikatura ser jkunu soġġetti għal fringe benefits tax fuq dawk li s'issa huma tax free allowances li għandhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li 'Cash allowances' huma suġġetti għat-taxxa bħal kull income ieħor.