Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #24229 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23844, kemm mit-83 ħaddiem ġdid ingaġġati mill-Gozo Channel minn Ottubru 1998 sal-lum huma Għawdxin? Jista' jindika il-lokalitajiet li dawn l-Għawdxin jiġu minnhom?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jiena nfurmata li mit-83 ħaddiem ġdid impjegati mill-Gozo Channel minn Ottubru 1998 sal-lum, 47 huma residenti f’lokalitajiet Għawdxin kif jidher hawn taħt: Għajnsielem 13 Rabat 8 Xagħra 6 Nadur 5 Qala 3 Kerċem 3 Sannat 2 Marsalforn 2 Xewkija 2 Żebbuġ 1 Għarb 1 San Lawrenz 1
Leg 9 PQ #24230 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tuniżja — Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23843?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 23843 f'seduta 510.
Leg 9 PQ #24232 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23912?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 23912 f'seduta 510.
Leg 9 PQ #24281 Sitting 511 2001-03-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

General Hands

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23911 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u cioe jista' jgħid matul is-sena 2000, kemm daħħal general hands fi scale 20 il-gvern, apparti minn ex-impressed? Kif ġew magħżula?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat li l-grad ta’ “General Hand” mhux qiegħed fi Skala 20 iżda qiegħed fi Skala 19 u jitla’ għal Skala 18 wara ħames snin. Kien hemm tnejn minn nies li ddaħħlu f’dan il-grad matul is-sena 2000. Dawn kienu diġa mpjegati mal-Gvern fil-grad ta’ “Labourer” u ġew assimilati “General Hand” skond il-provvedimenti tal-Ftehim għall-Klassifikazzjoni u l-Istrutturar tal-Gradi Industrijali.

Housing Authority

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inxtara bini mill-housing authority? Kemm inxtraw u min kien is-sid f'kull każ? Kif intgħażlu dawn il-postijiet? F'liema stat kienu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għall-Iskema 8, dwar Xiri ta' Proprjeta' Privata mill-Awtorita' tad-Djar, ninsab infurmat li l-Awtorita' xtrat dwan il-postijiet: 2 flats fi Triq il-Kurunell Mas Tarxien, mingħand Fenech Azzopardi (Styles) Ltd. Dawn inxtraw shell għall-prezz ta' Lm36,500. 15 il- flat u 14 il-garaxx fi Triq Dun Karm Sant, Tarxien, mingħand Andrew Bartolo, Carmel Muscat u Anthony Camilleri. Dawn inxtraw shell għall-prezz ta' Lm298,000. Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ħatret panel apposta biex jevalwa l-offerti li kellha.
Leg 9 PQ #23261 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Accruals Pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23017?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta' accruals pendenti skond returns mibgħuta mid-diversi ministeri.
Leg 9 PQ #23843 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tuniżja — Investiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm azjendi Maltin investew fit-Tuniżja f'dawn l-aħħar ħames snin? Kemm kien l-ammont totali ta' dan l-investiment s'issa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-azjendi Maltin li nvestew fit-Tuneżija f'dawn l-aħħar ħames snin kienu sebgħa, u l-ammont totali ta' dan l-investiment kien ta' ċirka Lm7.7 miljun lira.
Leg 9 PQ #23908 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Eur 1 Certificates

Question

Jista' l-Ministru jara li jitħaffef l-ipproċessar tal-Eur 1 Certificates mit-teżor (u mhux mid-dwana)?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ipproċessar tal-Euro 1 deposits min-naħa tat-Teżor isir bl-aktar mod regolari possibbli. Madanakollu, d-dipartiment tat-Teżor flimkien ma' dak tad-Dwana qed jesploraw possibilitajiet kif dan il-proċess jista' jiġi mħaffef aktar.
Leg 9 PQ #23912 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie irrealizzat profitt fuq kull attivita' tal-logħob organizzat mid-dipartiment tal-lottu fl-aħħar ħames snin, sena b'sena, logħba logħba?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitlub hija pubblika fir-Rapport Annwali.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tingħata kunsiderazzjoni mill-ETC ta' l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament min din il-mistoqsija għal xogħol adegwat għalih, fid-dawl tal-eta' li għandu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni titratta lill-Klijenti tagħha b'mod ugwali. Il-każ li rrefera għaliħ l-Onor. Interpellant ser jingħata l-konsiderazzjoni li jixraqlu. Il-Korporazzjoni għandha skemi apposta għal dawk li għandhom il fuq minn 40 sena u/jew ilhom jirreġistraw iktar minn sena. Għaldaqstant il-persuna msemmija mill-Onor. Interpellant hija eliġibbli għal dawn l-iskemi.
Leg 9 PQ #24142 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ftehim Kollettiv

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 23657, jista' l-Ministru jindika jekk l-assistent personali tiegħu jinnegozjax il-kundizzjonijiet li bihom jiġu ingaġġati executives għolja (il-barra mil-parametri tal-ftehim kollettiv) f'kumpaniji u enti parastatali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hi fin-negattiv.
Leg 9 PQ #24168 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jara jekk l-Maltapost tistax twaħħal letter box fl-akwati ta' Triq Guze Galea, l-Iklin, għax in-nies tal-inħawi biex jimpostaw ittra iridu joqgħodu jmorru jew lejn il-bidu ta' l-Iklin jew inkella jkollhom jaqsmu il-by pass?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-Iklin, b'popolazzjoni ta' madwar tlitt elef ruħ, huwa moqdi b'żewġ kaxxi ta' l-ittri. Dan in-numru ta' kaxxi huwa għola minn dak irrikmandat mill-Unjoni Postali Universali, jiġifieri ta' kaxxa ta' l-ittri għal kull tlitt elef resident. Madanakollu l-Maltapost hija dejjem lesta tikkunsidra rakkomandazzjoni mill-Kunsill Lokali għal ċaqlieq ta' waħda jew aktar kaxxi ta' l-ittri eżistenti b'mod li r-residenti jinqdew aħjar. Fir-rigward tat-talba ta' l-Onorevoli Interpellant, jiena nfurmat li l-eqreb kaxxa ta' l-ittri għall-akkwati ta' Triq Ġuże' Galea tinsab fi Triq il-Mużika, madwar mitejn metru bogħod, u ma jirriżultax li hemm ħtieġa li r-residenti jaqsmu l-by-pass biex jużawha.
Leg 9 PQ #24169 Sitting 510 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Iklin — Rubbish Dump

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi mill-awtoritajiet konċernati wara li sid razzett li hemm fi Triq Ġuże Galea, l-Iklin qiegħed juża għalqa fil-viċin bħala rubbish dump b'inkonvenjent għar-residenti tal-inħawi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret fl-għalqa ndikata fi Triq Ġuże' Galea, l-Iklin, mill-Ispetturi tas-Sanita' tad-distrett, ġie kkonfermat li hemm akkumulu ta' skart u materjal ieħor. Ġew ukoll innutati żewġ vetturi mitluqa u karavann fl-għalqa n' kwistjoni. Rigward l-akkumulu, ntbagħat avviż lill-persuna responsabbli biex dan jieħu passi w jneħħi dan l-akkumulu fi żmien raġonevoli. Fin-nuqqas jittieħdu passi legali. Dwar il-preżenza ta' vetturi mitluqa, ninforma lill-Onor. Interpellant li tali responsabbilta' taqa' taħt il-Kummissarju tal-Pulizija.
Leg 9 PQ #24113 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Lija — School Population

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jsir xi ħaġa dwar l-iskola ta' Ħal Lija billi illum li qed tilqa fiha tfal mill-Iklin, l-ischool population kibret f'mod sproporzjonat f'mod li saret inadegwata biex tilqa għall-ħtiġijiet tagħhom? Jafx l-Ministru li din l-iskola lanqas għandha hall fejn isiru attivitajiet bil-konsegwenza li kull meta issir xi attivita' jkollhom jużaw is-sala tal-kappillan?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni fil-pjan tat-tul li għandha għall-iżvilupp ta' l-iskejjel statali f'Malta, inkludiet il-bini ta' ċentru tal-Kindergarten fiż-żona ta' l-Iklin. Dan il-pass hu propost li jsir biex l-iskola primarja ta' Ħal-Lija tingħata aktar spazju.
Leg 9 PQ #24116 Sitting 509 2001-03-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Ta' Xbiex — Bankina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax issir bankina fil-parti ta' wara ta' Watar Street, Ta' Xbiex billi il-kunsill lokali iħoss li din mhiex responsabbilta tiegħu billi hemm encroachment ma bini privat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 19922 (Seduta 392).

Ta' Xbiex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jara flimkien mal-Ministeru ikkonċernat li titbaxxa it-tarġa li hemm fid-daħla tal-Block Flats, A5, Triq il-Watar, Ta' Xbiex billi din qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti anzjani fil-block?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.

Dar il-Fejda

Question

Mingħajr ma bl-ebda mod nitfa dell ikrah fuq il-carers u social workers ħabrieka li hemm f'Dar il-Fejda, tista tgħid jekk dawn għandhomx taħriġ adegwat biex ikunu jistgħu ilaħħqu mal-problemi tar-residenti ta' din id-dar? Tħoss li din id-dar hija ideali għal tfajliet li hemm residenti fiha b'ċerti kundizzjonijiet partikulari?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-Head of Care u Residential Social Worker li jaħdmu ġewwa Programm Fejda huma gradwati fis-social work mill-Universita' ta' Malta. Tnejn mill-Carers li jaħdmu bħala relievers huma gradwati f'xjenza soċjali relatata max-xogħol involut ġewwa Programm Fejda. Sa minn qabel il-ftuħ uffiċċjali ta' Programm Fejda ġew organiżżati korsijiet ta' taħriġ għall-ħaddiema ta' Programm Fejda u għal sentejn konsekuttivi ġie mistieden Prinċipal li jmexxi dar simili bħal Programm Fejda ġewwa l-Ingilterra. Kull sena qiegħed jiġi organiżżat kors ta' taħriġ għall-istaff kollu. Din is-sena, ħames membri mill-istaff ġew sponsorjati sabiex jattendu kors għall-Carers li jaħdmu f'dar residenzjali organiżżat mill-Malta University Services.