Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistax jinvestiga jekk il-kera ta' Lm 270 per annum li qed tinżamm lill-inkwilin ta' block 18A, Fl. 5, Fresja Str, S.Ġwann hiex ġustifikata billi l-inkwilin ikkonċernat jgħix bir-relief?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kera ssussidjata li qiegħed iħallas l-inkwilin imsemmi fil-fatt hu ta' Lm64.50 fis-sena.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga jekk il-kera ta' Lm 150.50 pa tal-flat 14A, Fl7, Stefanotis Str, San Ġwann hiex ġustifikata billi issa persuna mill-erba' residenti tal-flat ġiet qiegħda u b'hekk irriżulta li hemm persuna waħda biss minnhom li qed taħdem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kera ssussidjata tal-familja ndikata hi maħduma sewwa skond il-ftehim tal-Kiri ffirmat fl-1 ta' Diċembru 1989.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tiġi ikkunsidrata mill-ETC għal xogħol ta' salesman jew sales rep wara li ġiet qiegħda xi żmien ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif għidt kemm il-darba, il-Korporazzjoni tikkunsidra lil kull min qiegħed jirreġistra għax-xogħol meta jiġi riferut għall-intervista skond il-preferenza li qiegħed jirreġistra għaliha.
Xorta waħda il-Korporazzjoni ser tieħu nota tat-talba tal-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-P.A. irċevietx x'ilmenti pubbliċi dwar l-applikazzjoni 00387/01 biex titwaqqa il-villa FRIERES fix-xatt ta' Spinola f'San Ġiljan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita` ta` l-Ippjanar irċeviet numru ta` oġġezzjonijiet dwar l-applikazzjoni PA 387/01.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm VAT Refunds dovuti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-15 ta’ Marzu 2001, l-ammont ta’ kreditu eċċessiv ta’ VAT mitlub minn persuni reġistrati u li għad irid jitħallas fix-xhur li ġejjin kien ta’ Lm16,312,582.42. Din il-figura tista’ tinbidel skond id-dikjarazzjonijiet li persuni reġistrati jagħmlu fid-denunzja tat-taxxa li jibgħatu sakemm il-kreditu eċċessiv jasal biex jitħallas.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 22460, kemm kienu l-administration expenses konnessi ma' kull logħba?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-administration expenses konnessi ma kull logħba organizzata mid-Dipartiment tal-Lottu tul is-sena 2000 huma kif ġej:-
Logħba Administration Expenses
Lm
Lottu 1,265,445.00
Super Five 868,470.00
Lotterija Nazzjonali 252,446.00
Tiritombla 159,034.00
Presto Instant Lottery 247,492.00
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24297?
Response (ZAMMIT, NINU)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nies li jaħdmu l-biċċerija bħalissa huwa 158 filwaqt li nies li kienu jaħdmu f'Settembru 1998 kien 145. Postijiet li mtlew dawn l-aħħar sentejn u nofs kienu 16 u dawn bħala biċċiera, veterinarji, spiżjar, uffiċjal agrikolu u security guards.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-laqgħa li saret mal-korpi kostitwiti dwar il-fringe benefits tax nhar it-Tnejn 05.03.01?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li matul il-laqgħa mal-korpi kostitwiti dwar il-fringe benefits kienu spjegati u iċċarati ċerti punti mqajjma minn dawn il-korpi dwar xi sezzjonijiet tat-Tax guide maħruġ mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni f'dak li għandu x'jaqsam mal-valutazzjoni ta' xi benefiċċji u eżenzjonijiet.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għamilx xi stħarriġ professjonali biex jara kif il miżura speċifika fil-budget Ingliz ser tolqot l-offshore betting companies ibbażati f'Malta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nħassitx il-ħtieġa li jsir dan l-istħarriġ minħabba li metematika sempliċi turi li Malta għadha kompettittiva f'dan is-settur.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies ma' l-Air Malta u fil-kumpaniji sussidjarji tagħha min Ottubru 1998 sal-lum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li minn Ottubru 1998 sa llum, ġew impjegati is-segwenti ħaddiema fil-Kumpanija Air Malta u s-sussidjarji tagħha
Air Malta 68
Mercure Coralla Selmun Hotel /
Malta Air Charter /
Crowne Plaza Hotel 47
Ħal Ferħ Complex 11
Air Supplies & Catering Co. 3
Osprey Insurance Brokers 3
Sterling Air Services 23
Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għall-miżuri leġislattivi dwar l-introduzzjoni ta' withholding tax fuq l-iskemi ta' investiment kollettiv billi l-Ministru qal fil-parlament li il-provizjonijiet il-ġodda tal-liġi ġew fis-seħħ mill 01.03.2001, il-Gvern biħsiebu:
- jagħti definizzjoni ċara u leġali ta' x'jemmen b'prescribed fund?
- joħroġ ir-regoli li jiddeterminaw kif ser tiġi deċiża ir-rata speċifika tal-applikazzjoni tal-withholding tax li tvarja bejn 10-15%?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-regolamenti dwar il-mod kif se tkun applikata l-Withholding Tax fuq skemi ta' investiment kollettiv ġew ippublikati f'avviż legali fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-14 ta' Marzu 2001.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma il-kontestazzjonijiet li hemm dwar il-kontijiet pendenti f'forma ta' accruals li għandhom l-istess ministeru tal-finanzi, id-dipartiment tat-taxxi interni flimkien mad-dipartiment tat-turiżmu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-diffikultajiet dwar il-kontijiet pendenti f’forma ta’ accruals li kellu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ġew iċċarati u għalhekk ma għadhomx ikkontestati.
Għar-rigward tal-Ministeru tal-Finanzi, l-accruals ikkontestati huma kontijiet li m'għandhomx iċ-ċertifikazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kontijiet tad-dipartiment tat-toroq li huma ikkontestati? X'inhuma ir-raġunijiet għal dawn id-disput? Kemm imorru lura fis-snin dawn il-kontijiet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-mistoqsija parlamentari nru. 23261 f'seduta 510.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kontijiet tad-dipartiment tat-toroq li huma ikkontestati? X'inhuma ir-raġunijiet għal dawn id-disput? Kemm imorru lura fis-snin dawn il-kontijiet?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jiena nfurmat li d-Dipartiment għandu madwar 35 'claim' fuq kuntratti li tlestew bejn 1993 u issa li baqa' biex jiġu issetiljati. Il-'claims' essenzjalment ikopru diverġenzi bejn il-kontijiet ippreparti mid-Dipartiment meta imqabbla ma' dawk ippreparti mid-ditti li kellhom il-kuntratti.