Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover li ġiet trasferita għal-purtinar fl-iskola ta' San Ġwann terġa tingħata x-xogħol ta' handyman fit-taqsima tal-maintenance tal-Ministeru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna msemmija hija general hand u għalhekk minħabba nuqqas ta' full-time cleaners fl-iskejjel statali f'dan l-istadju ġiet imqabbda tagħmel dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Ministeru tal-Finanzi li qegħdin iservu fuq boards governattivi u/jew parastatali b'remunerazzjoni? Jista' jagħti lista tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li hemm sitt uffiċjali tal-Ministeru tal-Finanzi li qegħdin iservu fuq boards governattivi u/jew parastatali b'remunerazzjoni:
- Is-Segretarju Permanenti bħala Direttur fuq il-Bord tal-Malta Development Corporation
- Direttur Ġenerali bħala membru fuq il-Bord tal-Planning Authority
- Direttur bħala membru fuq l-Accountancy Board
- Assistent Direttur bħala membru fuq il-Bord tal-Award for Achievement in Industry
- Assistent Direttur bħala Segretarju tal-Accountancy Board
- Assistent Direttur bħala Segretarju tal-Financial Services Tribunal u l-Malta Stock Exchange Tribunal
Din hi l-istess pożizjoni li kienet teżisti meta l-Onorevoli Interpellant kien Ministru. L-unika eċċezzjoni hi l-aħħar nomina li hi fuq Tribunal ġdid li twaqqaf fl-1999.
B'referenza għal-mistoqsija parlamentari nru 24401, jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-122 impjieg ġdid fil-Port Ħieles u l-kumpaniji sussidjarji tagħha?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba hija kif ġej:
Malta Freeport Corporation Limited
Dipartiment Numru ta' impjegati ġodda
Security 10
Training Centre 1
Malta Freeport Terminal Limited
Dipartiment Numru ta' impjegati ġodda
Administration 5
Engineering 8
Operations 84
Legal & Claims 2
MIS 2
Marketing 3
Finance 7
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta ġie ippubblikat ir-retail price index għal Jannar 2000 ma tteħidx in kunsiderazzjoni t-tnaqqis fir-rebates dwar il-kontijiet ta' l-elettriku li ġew fis-seħħ f'Jannar 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tnaqqis fir-rebate ta' l-elettriku li ġie fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2001 kien diġa' iddaħħal fl-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut sena qabel, jiġifieri f'Jannar tas-sena 2000.
Skond l-iskeda oriġinali, it-tieni tnaqqis fir-rebate kellu jsir fl-2000. Madanakollu b'riżultat tal-ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Union Ħaddiema Magħqudin f'April 2000, dan it-tnaqqis ġie ttardjat b'sena. Għalhekk il-prezz ta' l-elettriku (kif ukoll ta' l-ilma) matul is-sena 2000 ma tbiddilx minn dak li kien fl-1999.
Madanakollu, l-Indiċi matul is-sena 2000 inħadem daqs li kieku it-tieni tnaqqis fir-rebate (u għalhekk iż-żieda fil-prezz ta' l-elettriku) kien ġie fis-seħħ f'Jannar 2000. Wara l-ftehim ta' April 2000 imsemmi aktar 'l fuq, u wara konsultazzjoni mal-Bord dwar l-Indiċi tal-Prezzijiet, ġie deċiż li l-effett tat-tieni tnaqqis fir-rebate jitħalla kif kien inħadem, allavolja ma' kienx ġie fis-seħħ.
F'dawn iċ-ċirkostanzi, kien ikun skorrett li jiddaħħal tnaqqis fir-rebate fil-kalkolu ta' l-Indiċi għal Jannar tas-sena 2001, meta proprju l-istess tnaqqis kien diġa' inkorporat fil-kalkolu sena qabel.
It-tnaqqis imsemmi fir-rebate ħalla impatt ta' 0.08 punti 'l fuq fuq l-Indiċi tal-Prezzijiet f'Jannar 2000.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jispjega il-fatt li l-gainfully occupied population bdiet tiżdied lejn tmiem is-sena li għaddiet wara li din waqgħet b'14-il persuna fit-tlett xhur ta' qabel?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jekk l-Onor. Interpellant jara l-istatistika ppublikata minn National Statistics Office fl-aħħar ħames snin (1996 - 2000) jinnota li kien hemm l-istess effett f'dan iż-żmien tas-sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ETC qiegħdiex tinvestiga id-diversi każi li qed jkun hemm fejn azjendi kummerċjali jgħatu is-sensja li full timers li jkollhom filwaqt li jibqgħu jżommu fuq il-kotba tagħhom il-part timers?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skond l-Att li jirregola l-kundizzjonijiet ta' l-impjieg, "meta prinċipal ikun bi ħsiebu jtemm l-impjiet ta' mpjegat minħabba redundancy, hu għandu jtemm l-impjieg ta' dik il-persuna li tkun impjegata l-aħħar fil-klassi ta' l-impjieg milqut minn dik ir-redundancy".
Ninsab infurmat li meta l-uffiċċjali tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg jiltaqgħu ma' ksur tal-provvedimenti msemmija, jieħdu l-passi meħtieġa bi skop li jirrimedjaw dan il-ksur.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser jiġi installat id-dawl fi Triq Anton Manwel Caruana, Iklin billi l-arbli ilhom mwaħħlin aktar min tliet ġimgħat? Id-dwal li hemm mwaħħlin mar-residenzi privati ser jinqalgħu
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li x-xogħol biex jiġi nstallat id-dawl fit-triq imsemmija għandu jitkompla flimkien ma' xogħolijiet oħra u mistenni li jitlesta sa l-aħħar ta' April.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilita hemm li issir pedestrian crossinng għar-residenti ta' Triq Erin Serracino Inglott, l-Iklin li jkunu iridu jaqsmu il-B'Kara by pass mingħajr il-bżonn li joqgħodu jmorru ħdejn il-bathroom design?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta` l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x`jista jsir.
Jista' l-Ministru jara li jieħu passi biex jitwaqqa il-bini li hemm qrib Conception Str, Imsida li apparti milli mhuwiex abitat jinsab fi stat ta' abbandun u f'qagħda perikoluza ferm kif jixhdu l-prekawzjonijiet li kellhom jittieħdu xi ftit tal-ġranet ilu peress li dan il-bini qed iservi biss biex jitrabbew l-annimali fih b'periklu kbir għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-perit inkarigat mid-'Dangerous Structures' ġie mitlub jinvestiga l-każ.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu il-valur tal-claims msemmija fil-mistoqsija parlamentari nru. 24385?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment għandu claim ta` Lm2.08miljun fir-rigward tal-proġett ta` tal-Qroqq fil-waqt li l-ammont ta` claims oħra hu ta` Lm357,000.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24404 li oriġinarjament kienet saret lil Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' jgħid kemm ġew nies boarded out fis-settur pubbliku u parastatali f'Għawdex minn Ottubru 1998 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob l-Onor. Interpellant li jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Billi l-inkwilini ta' 13B, Fl 12, Kampanella Str, San Ġwann ilu li ġie boarded out mis-sena 1989, jista' jiġi ikkunsidrat għal sussidju fuq il-kera?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kera ta' Lm77 li jħallas l-inkwilin indikat hu fiss u skond il-ftehim ffirmat fl-1976. Għalhekk mhux soġġett għall-ebda reviżjoni ta' sussidju.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li saret fit-28.04.00?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lil Ministru ta’ l-Intern.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal il-każ pendenti L853/76/6 ta' l-estate management department tad-dipartiment tal-ministeru ta' l-intern dwar 13A, Fl6, Misraħ Ċentwarija, San Ġwann?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi wara li ġie aċċertat li l-ħsarat fi flat numru 6 Blokk XIIIA, Misraħ Ċentawrja, San Ġwann huma kkaġunati minn 'leakage' fis-sistema tad-drains tal-flat sovrappost bin-numru 8 fl-istess Blokk, id-Dipartiment ilu aktar minn disa` (9) xhur jagħmel kull sforz possibbli biex ix-xogħlijiet neċessarji jsiru mill-kerrej tal-flat sovrappost.
Ninsab infurmat ukoll illi peress li l-kerrej tal-flat numru 8 baqa` m`għamilx ix-xogħlijiet neċessarji, ser jittieħdu passi legali biex jiġi aċċertat li dawn ix-xogħlijiet jitwettqu mill-aktar fis possibli.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'każ ta' talba minn inkwilini anzjani b'xi forma ta' diżabilita f' appartamenti tal-Gvern dawn jingħataw xi forma ta' sussidju jekk jippruvaw ibiddlu parti mill-madum ta' l-appartament għal non slip tiles?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Skema 7 - Għajnuna Finanzjarja Għal Persuni b'Diżabilita' għall-Xogħolijiet Ta' Titjib Relatati mad-Diżabilita' tagħhom f'Residenzi Okkupati Minnhom - hija intiża biex persuni li għandhom diżabilita' ikunu jistgħu jaddattaw id-dar tagħhom adekwata għall-bżonnijiet tagħhom jew biex jgħixu b'mod indipendenti jew semi indipendenti qrib il-familjari tagħhom.
L-Awtorita' tagħti sussidju fuq xogħolijiet li jiġu rakkomandati mill-Kumitat ta' l-Awtorita' tad-Djar għall-persuni b'diżabilita'. Hija fid-diskrezzjoni ta' dan il-kumitat li jirrakkomanda x'xogħolijiet għandhom isiru biex wara jitressqu għall-approvazzjoni ta' l-istess Awtorita'.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar regolamenti aġġornati dwar in-numru minimu ta' residenti li għandu jkun hemm f'distanza stabbilita' meta jinħareġ permess tan-nar konness ma xi festi? Tistax tikkonferma jekk fil-każ tal-Imsida humiex qed jiġu applikati l-istess kriterji li ġew applikati f'zoni u bliet u irħula oħrajn?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi r-regolamenti li qiegħed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant huma r-Regolamenti ta` l-1998 dwar il-Kontroll ta` Xogħlijiet tan-Nar u Esplożivi oħra (A.L. 243 ta` l-1998) kif emendat b`Avviżi Legali 122 u 125 ta` l-1999. Ninsab infurmat ukoll illi l-permessi jinħarġu skond dawn ir-Regolamenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tistax l-ETC tikkunsidra it-talba għall xogħol permanenti tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li għandu esperjenza fl-airconditioning installation.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif għidt kemm il-darba, il-Korporazzjoni tikkunsidra lil kull min qiegħed jirreġistra għax-xogħol meta jiġi riferut għall-intervista skond il-preferenza li qiegħed jirreġistra għaliha.
Xorta waħda il-Korporazzjoni ser tieħu nota tat-talba ta' l-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24371?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat illi minn tagħrif miġbur mill-ministeri m'hemmx pagamenti over and above li ġie miftiehem li jingħataw lill-kuntratturi fil-ġejjieni fuq medda ta' snin.
Jista' l-ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 24298 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe b'referenza għad-dettalji li għarraft lill-Kamra dwarhom, dwar l-impjegati u s-salarji tal-FMS, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jaqla ċ-chairman tal-fondazzjoni għas-servizzi mediċi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-President tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi għandu onorarja ta` LM7,000.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment li meta il-WSC biddlu il-kanen ta' barra tal-ilma ta' block 18A, Fl 5, Fresja Str, San Ġwann, il-kuntrattur li qiegħed il-madum mill-ġdid għamel dan b'mod zlivellat?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni relattiva.