Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi mill-1999 sal lum fejn saru prosekuzzjonijiet legali kontra persuni taxxabbli għall-irkupru tat-taxxa tal-VAT u tat-Taxxa Addizzjonali kif ipprovdut fil-liġi tal-VAT innifisha?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta' Jannar 1999 sat-30 ta' Marzu 2001, id-Dipartiment tal-VAT ipproċeda permezz ta' ittri ġudizjarji għall-irkupru tat-taxxa tal-VAT kontra 687 persuni reġistrati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi b'kollox ta' kuntrabandu li inqabdu sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin? X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjoni li saret?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għall-internal audit function li issa qed taqa taħt il-cabinet office fl-uffiċju tal-Prim Ministru, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-re-engineering exercise dwar il-funzjoni tal-internal audit li kellu jitlesta sa tmiem l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena, tlestiex?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li ir-“re-engineering exercise” dwar il-funzjoni ta’ l-awditjar intern huwa sostanzjalment komplut. Jonqos biss irtokki finali biex jisguraw li din il-funzjoni tant importanti għall-operat ta’ gvernar trasparenti u effettiv, verament taħdem fuq sisien sodi, indipendenti u imparzjali.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa il-general internal audit board minn kemm ilu li twaqqaf f'Awissu 2000? X'inhu il-compliment attwali ta' l-internal audit directorate?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li kemm ilu li twaqqaf il-“General Internal Audit Board”, dan iltaqa erba’ darbiet.
Il-“complement” u l-posizzjonijiet mimlijin tad-Direttorat ta’ l-Awditjar Intern huma kif muri hawn taħt:
Grad Nru ta’ Postijiet Postijiet mimlija
Direttur 1 1
Assistent Direttur 2 1
Manager Awditjar Intern 3 0
Awditur Intern Anzjan 8 0
Awditur Interni 8 7
Awdituri Interni Trainee 8 7
Skrivani 3 2
Saret sejħa oħra mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku għall-mili tal-vakanzi li hemm. Din is-sejħa għalqet fl-aħħar ta’ Marzu 2001.
Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-inspections li saru mill-VAT Office kull xhar f'dawn l-aħħar sentejn kienu jinkludu uffiċini ta' accountants, periti, speċjalisti mediċi, avukati, nutara u estate agents?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' spezzjonijiet li saru mill-VAT Inspectors mill-ewwel ta' Jannar 1999 sa' l-aħħar ta' Marzu 2001 fil-kategoriji ta' negozji indikati kien kif ġej:
Kategoriji ta' Negozju
Numru ta' Spezzjonijiet
Accountants
9
Periti
15
Servizzi Mediċi
131
Avukati
18
Nutara
5
Estate Agents
15
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 24718 li oriġinarjament kienet saret lil Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' jara li tiġi rranġata l-anomalija li qed isofru ħaddiema fil-yacht marina u l-port health office fejn, minkejja li jagħmlu l-istess xogħol, uħud minnhom għandhom grad ta' porter (health guard) filwaqt li oħrajn għandhom grad ta' timekeeper?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Is-salarju ta' l-impjegati fis-Servizz Pubbliku huwa relatat mal-grad tagħhom u mhux max-xogħol li jkunu qed jagħmlu. Hija ħaġa komuni fis-Servizz Pubbliku li mpjegati jagħmlu xogħol li mhux direttament relatat mal-grad li jkollhom. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjegati li għalihom qed jirreferi huma kollha fuq il-massimu ta' l-iskala tas-salarju tal-grad tagħhom.
Jistgħu jsiru traffic lights f'Tal Balal ħdejn il-Mekek Bar minħabba fl-għadd kbir ta' inċidenti tat-traffiku li jseħħu fl-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment għadu kif iffinaliżża pjan għal bini ta' traffic management scheme f'din il-lokalita' biex it-traffiku jkun immaniġjat fid-direzzjonijiet kollha, u dan ser jiġi mqiegħed għall-approvazzjoni ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħix jekk jistgħax jikkunsidra l-possibilita' tal-introduzzjoni ta' lift fi block 15B, R.Caruana Dingli Str, San Ġwann H.E. billi l-inkwilina fi flat 14 tbgħati minn heart condition?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar tikkunsidra applikazzjonijiet għall-lifts minn persuni b'diżabilita' li għandhom problema ta' mobilta' meta dawn il-każijiet ikunu kkonfermati bħala tali mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita'.
Ninsab infurmat li b'danakollu saret spezzjoni mill-Awtorita' tad-Djar fil-post indikat fil-Mistoqsija biex tiġi nvestigata l-possibilta' li jiġi stallat lift. Minn din l-ispezzjoni rriżulta li t-tromba tat-taraġ hi żgħira wisq biex dan jista' jsir.
B'referenza għaċ-chapter 28 Financial Control tal-IGC Conference on the Accession of Malta to the European Union fejn intqal li Malta għandha ċerti riżervi għall-konvenzjoni ewropeja dwar il-ħasil tal-flus, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma dawn ir-riservi?
Response (BORG, JOE)
Malta ffirmat il-Konvenzjoni msejjħa l-"Convention on laundering, search, seizure and confiscation of the proceeds from crime", fil-5 ta' Novembru tal-1998. Malta rratifikat din il-Konvenzjoni fid-19 ta' Novembru tal-1999. Malta għamlet sitt riżervi għal din il-Konvenzjoni:
1. Malta taċċetta li tintrabat sabiex tipprovdi bil-liġi u b'miżuri oħra għall-konfiska ta' meżżi u rikavati jew proprjeta' involuti fir-reati ta' reċiklaġġ ikkuntemplati f'Artiklu 6 tal-Konvenzjoni fil-limiti ta' kif dawn huma speċifikati fil-liġi Maltija relattiva u meta dawn huma klassifikati bħala delitti fl-istess liġi Maltija.
2. Waqt li Malta taċċetta li tintrabat sabiex tagħmel fil-liġi tagħha dawk ir-reati ta' reċiklaġġ ikkuntemplati f'Artiklu 6 tal-Konvenzjoni, dan qiegħda tagħmlu għar-rigward ta' dawk ir-reati predikati jew presupposti (bħala fonti tal-proprjeta' reċiklata) indikati fil-liġi Maltija relattiva.
3. Malta taċċetta li tintrabat sabiex teżegwixxi rikjesti, minn Parti oħra, ta' konfiska a bażi ta' kundanna jew sentenza oħra emanenti mill-istess Parti sal-limiti imposti minn dawk il-prinċipji li jinsabu fil-Kostituzzjoni ta' Malta u dawk il-kunċetti bażilari mħaddna fis-sistema legali Maltija.
4. Waqt li Malta tintrabat li tiffaċilita n-notifika ta' atti bil-miktub b'konnessjoni ma proċedimenti ġudizzjarji tirriserva li tali notifika għanda tgħaddi biss permezz ta' l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li ġie indikat bħala l-Awtorita' Ċentrali f'Malta għall-finijiet tal-Konvenzjoni.
5. Malta tirriserva d-dritt li titlob li r-rikjesti għal assistenza magħmula lilha taħt din il-Konvenzjoni, kif ukoll id-dokumenti li jappoġġjaw tali talba, ikunu akkumpanjati minn traduzzjoni Ingliża tal-istess rikjesti u dokumenti.
6. L-informazzjoni jew prova provduti minn Malta fl-eżekuzzjoni ta' rikjesta għal assistenza magħmula lilha taħt din il-Konvenzjoni ma tistax, qabel ma Malta tagħti l-kunsens tagħha, tiġi wżata jew trasmessa mill-awtoritajiet tal-Parti rikjedenti f'investigazzjonijiet jew proċeduri oħra mhux speċifikati fit-tali rikjesta.
Mehmużin ma din ir-risposta hemm lista ta' dawn ir-riservi kif ġew imwassla minn Malta mal-att tar-ratifika ta' din il-konvenzjoni.
Treaty no. 141
:
CONVENTION ON LAUNDERING, SEARCH, SEIZURE AND CONFISCATION OF
THE PROCEEDS FROM CRIME
Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl.
Malta declares that, in accordance with paragraph 2 of Article 2, paragraph 1 of this Article shall apply only to offences provided for in Article 6 as specified in the relevant domestic legislation and which are classified as crimes under Maltese Law.
Period covered: 01/03/00 -
The preceding statement concerns Article(s): 2
Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl.
Malta declares that, in accordance with paragraph 4 of Article 6, paragraph 1 of this Article shall apply only to the predicate offences specified in its domestic legislation.
Period covered: 01/03/00 -
The preceding statement concerns Article(s): 6
Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl.
Malta declares that, in accordance with paragraph 3 of Article 14, paragraph 2 of this Article shall apply only subject to its constitutional principles and the basic concepts of its legal system.
Period covered: 01/03/00 -
The preceding statement concerns Article(s): 14
Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl.
Malta declares that, in accordance with paragraph 2 of Article 21, judicial documents should be served only through its Central Authority which is: The Office of the Attorney General.
Period covered: 01/03/00 -
The preceding statement concerns Article(s): 21
Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl.
Malta declares that, in accordance with paragraph 3 of Article 25, it reserves the right to require that requests made to it and documents supporting such request be accompanied by a translation into the English language.
Period covered: 01/03/00 -
The preceding statement concerns Article(s): 25
Reservation contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl.
Malta declares that, in accordance with paragraph 2 of Article 32, information or evidence provided by it under this Convention may not, without its prior consent, be used or transmitted by the authorities of the requesting Party in investigations or proceedings other than those specified in the request.
Period covered: 01/03/00 -
The preceding statement concerns Article(s): 32
Declaration contained in a Note Verbale, handed over to the Secretary General at the time of deposit of the instrument of ratification, on 19 November 1999 - Or. Engl.
In accordance with paragraph 2 of Article 23 the Central authority designed in pursuance of paragraph 1 of this Article is:
The Office of the Attorney General
Attorney General's Chambers
The Palace
Valletta - Malta.
Period covered: 01/03/00 -
The preceding statement concerns Article(s): 23
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' atti jew mġieba frawdulenti min naħa ta' impjegati tal-Gvern waqt il-qadi ta' dmirijiethom f'dawn l-aħħar għaxar snin? F'kemm minn dawn il-każi inbdew proċeduri ċivili? X'kien l-eżitu tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Persuni b'akkuzi ta` atti jew imgieba frawdolenti jitressqu l-Qorti mill-Pulizija permezz ta` proceduri kriminali u mhux bi proceduri civili.
Ghaldaqstant qed jigi ssuggerit li din il-mistoqsija tintbaghat lill-Ministru li tahtu jaqa` l-Korp tal-Pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi f'dawn l-aħħar għaxar snin fejn ittieħdu proċeduri bil-qorti mill-Gvern kontra kuntratturi minħabba f'incomplete, undelivered jew unfinished works? X'kien l-eżitu ta' kull każ? X'kienu il-penali involuti?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onor. Interpellant hu mitluba li jaghmel il-mistoqsija tieghu lill-Ministri koncernati peress illi statistika simili ma tinzammx mill-Qorti.
Jita' l-Viċi Prim Ministru jara li tingħata attenzjoni għall-installazzjoni mill-ġdid tas-servizz tat-telecare lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li s-servizz tat-Telecare lill-persuna ndikata jingħata wara li l-Maltacom jistallaw il-linja tat-telefon.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament kienet għolitilha l-kera minn Lm36 fis-sena għal Lm66 fis-sena meta l-membri tal-familja kienu naqsu fin-numru xi snin ilu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-kera ssussidjata li qegħdin iħallsu l-aħwa ndikati ilu ta' Lm63 fis-sena minn mindu ngħataw rikonoxximent flok ommhom f'Ġunju 1996. L-omm kienet tħallas kera skond skema apposta għar-romol. Uliedha, li mhux romol, kellhom iħallsu l-kera skond l-Avviż 202 tat-13 ta' Marzu 1987.
Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li meta hemm diversi anzjani li għadhom lanqas ħadu l-iskimmed milk powder ta' Marzu, u minkejja avviż li dan ser jibqa' jkun in supply bil-prezz attwali sas-6 ta' April 2001, min mar biex jinqeda nhar id-29 ta' Marzu 2001 sab li kien out of stock?
Response (ZAMMIT, NINU)
It-trab tal-ħalib li kien jinbiegħ mid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura kien jiddependi minn konsenji li jiġu impurtati minn barra l-pajjiż. Ninsab infurmat illi kien hemm xi dewmien fil-provista tal-ħalib tat-trab minn barra.
Infakkar li t-trab tal-ħalib li jinbiegħ mill-outlet tal-Belt ta' l-Agrikoltura mhux sussidjat u li l-istess tip ta' prodott jinsab għall-bejgħ minn diversi ħwienet.
Jista' l-Ministru jipprovdi dettalji dwar il-professional and consulting fees tal-MFSC u l-promotional expenses ta' l-istess ċentru li telgħu għal Lm198,655 u Lm478,014 rispettivament fis-sena minn Lm48,670 u Lm136,783 rispettivament fis-sena 1999?
Response (DALLI, JOHN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji mitluba. L-Onorevoli Interpellant jifhem li dan hu nvestiment meħtieġ biex iċ-Ċentru Finanzjarju f'pajjiżna jespandi. Dan billi jiżviluppa prodotti ġodda, jifrex il-kuntratti tiegħu fiċ-ċrieki finanzjarji nternazjonali u jkun ta support lill-practitioners f'pajjiżna.
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li ġew ingaġġati mal-Gozo Channel minħabba eżiġenzi tal-health and safety regulations? F'liema gradi huma?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qiegħda nagħti hawn taħt lista ta’ nies li kienu impjegati mill-Kumpanija Gozo Channel matul dawn l-aħħar sentejn minħabba l-Health and Safety Regulations u Safe Manning in accordance with SOLAS - Safety of Life at Sea and STCW 95 Standards of Training Certification and Watchkeeping for Seafarers li jagħmlu parti mill-Konvenzjoni tal-IMO li tagħha Malta hja firmatarja.
Grad
Numru ta’ nies li ġ
ew impjegati
Numru ta’ nies li irriż
enjaw
Ammont net
Masters
6
(2)
4
Chief Engineers
9
(2)
7
First Officers
11
(2)
9
Electronic Engineers
2
0
2
Second Engineers
1
(2)
(1)
Customer Service Officers
12
0
12
Seamen
13
(7)
6
Cabin Attendants
13
0
13
67
(15)
52
Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 24524 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li ġiet riferuta lilu u cioe': Jista' l-Prim Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li saret fit-28.04.00?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li rrefera għaliha l-Onorevoli Interpellant ġiet approvata fl-20 ta’ Marzu, 2001.