Jista' l-Ministru jindika x'effett kelli it-tnaqqis fl-importazzjoni tal-karrozzi fuq dak li huwa import duty on motor vehicles kif wkoll motor vehicle registration fees?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri ta' import duty on motor-vehicles (li jitħallas biss fuq karozzi ta' oriġini mhux Ewropeja) għall-perjodu Jannar-Marzu 2001 kien 56.4% ta' li kien fl-istess perjodu fis-sena 2000.
Mill-banda l-oħra l-VAT miġbura kienet 72%. Dan jista' jindika li globalment l-ikbar tnaqqis sar fl-importazzjoni ta' karozzi ta' oriġini mhux Ewropeja. Dwar registration fees nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-misotqsija lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni.
Għidt kemm il-darba li hu żbaljat li wieħed jagħmel ġudizju fuq it-turn out ta' sena minn dak li jiġi fil-bidu.
Pero', naturalment l-għaqal ħafna drabi jċedi għall-esiġenzi propogandistiċi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25406?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar uffiċjali fuq “performance agreement” fid-dekasteru tiegħi.
L-informazzjoni mitluba dwar uffiċjali fuq “performance agreement” f’Ministeri oħra għandha tintalab lill-Ministri konċernati.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25299 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru w li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid b'kemm rata u b'liema sistema ġie allokat il-garage 14, Ġewża Str, San Ġwann li qabel kien in-numru 7?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-garage numru 14, li qabel kien numru 7, fi Triq il-Ġewża, San Ġwann, ġie mikri fid-9 ta` Lulju 1992, wara sejħa għall-offerti ppubblikata fit-3 ta` April 1992 (avviż numru 101) bil-kera ta` Lm162 fis-sena.
Jista' l-Ministru jagħti l-figuri sa tmiem is-sena 2000 ta' kemm kien hemm wage and salary earners kif ukoll self-employed iħallsu l-bolla tan-national insurance, kategorija b'kategorija?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond id-dokumenti FS3 li ġew ipproċessati mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni sad-29 ta' Marzu 2001, kien hemm 114,643 'wage and salary earners' li ħallsu l-bolla tan-'National Insurance' matul is-sena 2000.
In-numru ta' persuni 'self-employed' u 'self-occupied' li ħallsu l-bolla matul is-sena 2000 kategorija b'kategorija kienu:
Kategorija
Numru
'Self-employed'
SP
296
SA
428
SB
273
SC
407
'Self-occupied'
SA
4940
SB
7596
SC
2043
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi b'kollox ta' kuntrabandu li inqabdu sena b'sena f'dawn l-aħħar 5 snin? X'kien l-eżitu ta' l-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjoni li saret?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-figuri relatati huma kif jidher hawn taħt. Wieħed jista' jgħid li f'dawk il-każi ssetiljati barra 'l Qorti tkun tħallset il-multa kkuntemplata fl-Ordinanza tad-Dwana.
1996
1997
1998
1999
2000
2001 (sa' Marzu)
Każi (għall-Proċeduri Kriminali)
61
117
73
177
78
31
Każi deċiżi mill-Qorti
51
75
64
88
44
7
Ħatja
36
62
47
70
37
4
Liberati
15
13
17
18
7
3
Każi ssetiljati barra 'l Qorti
7
6
68
110
29
23
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pressing plants jew cd manufacturing plants reġistrati f'Malta biex jipproduċu materjal simili?
Kemm hemm kumpaniji liċenzjati biex jagħmlu dan ix-xogħol?
Kemm hemm record producers reġistrati biex joperaw f'dan il-mod f'pajjiżna?
Hemm xi applikazzjonijiet pendenti mad-Dipartiment tal-Kummerċ dwar pressing plants, cd manufacturing plants jew record producers li huma intenjonati li jibdew joperaw f'pajjiżna?
Response (BONNICI, JOSEF)
Skond il-liġijiet preżenti li huma amministrati mid-Diviżjoni għall-Kummerċ, pressing plants jew cd manufacturing plants, kemm jekk huma kumpaniji kif ukoll jekk imprendituri oħra, ma jirreġistrawx ma' xi wieħed mid-Direttorati ta' din id-Diviżjoni.
Għal dak li huwa investiment dirett barrani bil-ħsieb li jopera f'dan is-settur, id-Direttorat għas-Servizzi Kummerċjali ta' l-istess Diviżjoni ma għandu ebda applikazzjoni pendenti.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ETC tistax' tiġġustifika s-seasonal pattern li permezz tiegħu il-labour supply jonqos fl-aħħar quarter tas-sena u jiżdied fl-ewwel quarter tas-sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Labour Supply naqas fl-aħħar quarter tas-sena minħabba t-tnaqqis fl-impiegi f'ċerti setturi partikolarment bħas-settur tat-turiżmu u tal-wholesale and retail. Iż-żieda fil-labour supply fl-ewwel xaharejn ta' din is-sena hija dovuta l-aktar għal żieda fl-impiegi fil-community and business u f'xi setturi oħra fil-manifattura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm b'kollox impressed drivers? Kemm minnhom diġa ġew integrati fis-settur pubbliku? X'xogħol ingħataw? Meta mistennija jiġu integrati fis-settur pubbliku? X'xogħol ingħataw? Meta mistennija jiġu integrati l-oħrajn? Minn dawk kollha li kellhom xogħol ta' impressed drivers kullħadd aċċetta li jidħol mal-Gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Prim Ministru.
Jista' l-Ministru jgħid x'reclassification execises saru fil-qasam tal-labour market f'dawn l-aħħar ħmistax-il xahar? X'kienu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 24666 ninfurmah li b'riżultat tar-reclassification exercises li saru f'dawn l-aħħar 15-il xahar, kien hemm sitta u għoxrin kumpanija li nbidel is-settur tagħha. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' dawn il-kumpaniji.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqatgħu mir-reġistrar f'dawn l-aħħar tliet xhur talli ma aċċettawx xogħol mal-kuntratturi? X'etajiet kellhom? Kemm minnhom kienu long term unemployed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jista' l-Onor Interpellant jispeċifika għal liema settur ta' 'kuntratturi' qed jirreferi għaliha fil-Mistoqsija Parlamentari tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid jistgħawx jittieħdu passi dwar l-għalqa li hemm fuq wara ta' Block E1, Ta' Xbiex HE, billi apparti milli din qed tinbidel f'rubbish dump, qed tkun il-kaġun ta' ħafna ġrieden fl-inħawi?
Billi l-mistoqsija parlamentari nru. 18238 ġiet mwieġba li tweġiba tingħata f'seduta oħra, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija li għamilt dwar allowances u fringe benefits li qed jieħu ic-chairman tal-FMS?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għad-dokument li tpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra fis-seduta 393 tat-13 ta' Ottubru 2000.
B'riferenza għal mistoqsija parlamenti nru. 24720, il-lokalita' hija Ta Xbiex HE.
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fl-4 ta' April 2001, l-Awtorita' tad-Djar bagħtet għall-applikant biex jipproduċi d-dokumenti meħtieġa u jitkompla l-proċess ta' l-applikazzjoni.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba għall-xiri ta fond tal-Gvern tal-familja Vassallo ta' Block IIIB, Flat 15, Mimosa Str, San Ġwann li il-konvenju dwaru kien sar fis-16.11.98? Issodisfat ruħha il-housing authority jekk l-inkwilini humiex intitolati li jixtru dan il-fond bi prezz mhux issussidjat fid-dawl ta' konvenju li ilu li sar sentejn u nofs?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tad-Djar ma tistax tipproċedi għat-trasferiment finali tal-post indikat qabel ma tirċievi risposta mill-inkwilin għal żewġ ittri mibgħuta lilu mill-Awtorita'.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid fhiex waslet it-talba biex isir bdil tal-inkwilini tal-fond 15, Medlar Avenue, San Ġwann ma dawk ta' Block 1B, Fl.16, Eucapyptus Str, San Ġwamm?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-bdil ma jistax isir għax id-Dipartiment mhux konvint li anzjani ta' 66 sena iridu jibdlu u jmorru joqgħodu f'appartament bi 62 tarġa. Fil-fatt huma stess kienu ilhom s-snin itellgħu u jniżżlu jekk jibdlux. Fl-1991 u fl-1996 kellhom l-approvazzjoni għal bdil iżda għal xi raġuni reġgħu bidlu fehemthom.
B'referenza għall-OPM Circular 15/2001, jista' l-Prim Ministru jgħid xi tkopri il-vacancy li qamet fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru għall dak li qed jissejjaħ director regional policy unit?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Fit tweġiba li tajt għall-mistoqsija nru 23461 fi Frar ta’ din is-sena ġew imfissra l-istrutturi amministrattivi proposti fir-rigward tal-politika reġjonali, li jinkludu “Regional Policy Directorate” li l-iskop prinċipali tiegħu hu li joffri l-kapacità teknika u jieħu ħsieb jikkordina t-tfassil, ippjanar u “monitoring” ta’ xogħol relatat ma’ dan is-settur.
Ir-responsabbiltajiet prinċipali tad-Direttur, “Regional Policy Directorate”, jkunu ovvjament biex imexxi dan id-Derettorat u jiżgura li jintlaħaq l-iskop li twaqqaf għalih dan l-Uffiċċju l-ġdid.
Jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus?
Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.