Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25680 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Cabin Crew

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li jiġu ingaġġati xi cabin crew fuq bażi temporanja mal-Air Malta għax-xhur tas-sajf?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-tweġiba hija fl-affermattiv.

Day Care Centre

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-allegazzjoni ta' diskriminazzjoni politika li ġieli jkun hemm fit-tmexxija tad-Day Care Centre tal-Anzjani f'Tas-Sliema? Huwa minnu li ċerti supervisors li jaħdmu f'dan il-post ġieli jieħdu lill-anzjani għall-coffee mornings tal-PN?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment għall-Ħarsien ta' l-Anzjani s'issa ma kellu ebda rapport li jikkorrobora l-allegazzjonijiet imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari. Ninsab infurmat ukoll li d-Dipartiment qed jinvestiga rapporti dwar l-atteġġjament negattiv u tfixkil minn ċerti helpers fiċ-ċentru ndikat biex jittieħdu l-passi opportuni għall-ġid ta' l-anzjani li jattendu dan iċ-ċentru.
Leg 9 PQ #25725 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25576 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru w li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid minn tmiem Diċembru sal-lum kemm iddaħħlu nies ġodda mal-Gvern u ma korpi parastatali - separatament?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2001 sas-7 ta’ Mejju 2001 daħlu fis-Servizz Pubbliku 235 ħaddiema ġodda. In-numru ta’ ħaddiema ġodda li daħlu f’Entitajiet governattivi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi tul l-istess perjodu huwa ta’ 18. Informazzjoni dwar ħaddiema ġodda f’korpi parastatali li jaqgħu taħt Ministeri oħra, għandha tintalab lill-Ministri konċernati.

Long Term Unemployed

Question

B'riferenza għal mistoqsija parlamentari nru. 25578, ninformak li qed nirreferi għal kuntratturi tal-kostruzzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

In-numru ta' persuni li ġew maqtugħa mir-reġistru tal-qgħad (Part 1) (Malta) f'dawn l-aħħar tlett xhur, għax ma aċċettawx xogħol mal-kuntratturi tal-kostruzzjoni - ix-xogħol li kienu qed jirreġistraw għalih - huwa ta' 83 persuna. L-etajiet tagħhom kienu hekk: 18-il persuna bejn 20 sena u 30 sena 30 persuna bejn 31 sena u 40 sena 28 persuna bejn 41 sena u 50 sena 07 persuni bejn 51 sena u 60 sena Minn 83 perusna, 44 kienu long-term unemployed (jirreġistraw għal aktar minn sena)
Leg 9 PQ #25727 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Impressed Drivers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 25575 li oriġinarjament kienet saret lil Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm b'kollox impressed drivers? Kemm minnhom diġa ġew integrati fis-settur pubbliku? X'xogħol ingħataw? Meta mistennija jiġu integrati fis-settur pubbliku? X'xogħol ingħataw? Meta mistennija jiġu integrati l-oħrajn? Minn dawk kollha li kellhom xogħol ta' impressed drivers kullħadd aċċetta li jidħol mal-Gvern?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jiena nfurmat li kien hemm b’kollox 660 “impressed drivers” jaħdmu mas-settur pubbliku. Dawn kollha intalbu li sal-31 ta’ Lulju, 2000, jiffirmaw u jibgħatu l-Uffiċċju tiegħi, dikjarazzjoni li huma jridu l-impjieg ta’ Labourer (ex-Impressed Driver). 653 iffirmaw din id-dikjarazzjoni u ingħataw impjieg permananti. Dawk li għażlu li jipprovdu s-servizzi tal-vettura tagħhom ingħataw xogħol ta’ xufier bil-vettura tagħhom; dawk li ddeċidew li ma jipprovdux das-servizz ingħataw xogħol ta’ xufier jew ta’ “Labourer” skond il-bżonn. Sitt persuni ma ffirmawx id-dikjarazzjoni u persuna mietet waqt li qed isir il-proċess. M’hemmx ħsieb li dawk li rrifjutaw l-impjieg terġa ssirilhom l-istess talba.
Leg 9 PQ #25648 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Financial Intelligence Unit

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-financial intelligence unit huwiex ser jiġi imwaqqaf mil-ministeru tal-finanzi jew inkella fil-ministeru imsemmi, minħabba f'dak il gemm irrapurtat f'kapitlu 4 tan-negozjati mal-UE dwar free movement of capital?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Financial Intelligence Unit se tkun twieġeb għall-Ministru tal-Finanzi bħala unit indipendenti.
Leg 9 PQ #25649 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizzazzjoni

Question

Billi spiss qed jidhru rapporti li l-proċess ta' privatizzazzjoni miexi ġmielu, jista' l-Ministru jagħti r-rendikont fhiex waslet il-privatizzazzjoni ta' kull kumpanija li qegħda ingaġġata f'dal proċess? Billi l-Prim Ministru indika li huwa mistenni li jipprova jinkiseb kunsens qabel jitkompla il-proċess ta' privatizzazzjoni, jista' jgħid f'termini effettivi kif biħsiebkom tilħqu dan il-għan?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta' privatizzazzjoni ta' kull kumpanija li qegħda ngaġġata f'dal proċess huwa kif imsemmi hawn taħt:- 1. Malta Freeport Terminals: Irċevejna l'Expressions of Interest minn erbatax il-kumpanija. Fil-ġranet li ġejjin sejrin jintbagħtu l-Information Memorandum. 2. Kordin Grain Terminal: Disa kumpaniji wieġbu għas-sejħa għall-Expression of Interest. Fil-ġranet li ġejjin jintbagħat l-Information Memorandum. 3. Mediterranean Offshore Bunkering Company: Sittax il-kumpanija wrew interess f'din il-privatizzazzjoni. 4. Dipartiment tal-Lottu: Ippreżentajt għal-ewwel qari il-Liġi ġdida dwar il-Lotterji liema liġi dalwaqt tiġi ppreżentata fil-Parlament. F'Mejju sejra toħroġ Request for Proposal għal din il-privatizzazzjoni. 5. Malta International Airport: Il-konsulenti bħalissa għaddejin bid-due diligence exercise. 6. Bank of Valletta: Sejrin jiġu appuntati awdituri għal dan il-proċess. Fi stadji differenti tal-proċess il-Privatisation Unit kif ukoll il-konsulenti involuti qegħdin jiltaqgħu mal-partijiet interessati f'dan il-proċess.
Leg 9 PQ #25650 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Industrija tal-Films

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta kellu jitlesta ir-rapport tal-kummissjoni immexxija mis-sur Lou Bondi' dwar l-industrija tal-films f'pajjiżna? Dan ser jigi ippublikat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li r-rapport tal-Kunsill Konsultattiv għall-industrija tal-Films tlesta. M'hemmx il-ħsieb li dan ir-rapport ikun ippubblikat. Madanakollu xi wħud mis-suġġerimenti magħmula qed jiġu attwati. Tajjeb jingħad li dan ir-rapport ser jiġi diskuss ma' persuni oħra f'din l-industrija. Dawn ser jiġu mistiedna jagħmlu l-kummenti tagħhom dwar ir-rapport.
Leg 9 PQ #25651 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Competition Policy

Question

Billi f'Chapter 6 dwar competition policy dwar negozjati mal-UE jingħad li matul l-ewwel tliet xhur tas-sena kellu jiġi mgħoddi state aid inventory lil kummissjoni ewropeja li jkopri l-state aid mgħoti mill-Gvern Malti fis-sena 1999, jistgħax jgħid sarx dan, jekk le, meta mistenni jsir dan, u tistgħax tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan id-dokument ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fil-preżent l-iState Aid Monitoring Board qed jiffinalizza l-inventarju li qed issir riferenza għalih.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jistgħawx jittieħdu passi biex isir tkaħħil ta' block IV A, Vjal in-Naspli, San Ġwann fuq barra, kif jidher li sar f'appartamenti oħrajn tal-Gvern fil-qrib?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #25642 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu il-bilanċi pendenti bejn il-Gvern u il-Bank Ċentrali fi tmien l-ewwel tliet xhur tas-sena tul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex ikun aktar ċar fid-domanda tiegħu.
Leg 9 PQ #25643 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Treasury Clearance Fund

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'sar mit-treasury clearance fund minn tmiem Settembru sal-lum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li statement tat-Treasury Clearance Fund għas-sena 2000 jinsab fid-dokument Annual Financial Statements 2000 - in terms of section 65 of the Financial Administration and Audit Act 1962, li ser jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra u jiġi ppublikat fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #25644 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Business Promotion Act

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jitressqu il-legal notices relevanti biex il-business promotion act tkun tista' tiġi effettivament fis-seħħ?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta l-Business Promotion Act (BPA) ġiet diskussa fil-Parlament, tqassam ukoll abbozz ta' l-avviż legali li għandu jistabbilixxi fid-dettal il-pakkett ġdid ta' inċentivi għall-iżvilupp industrijali. Minn dakinhar ma kienx hemm bidliet ta' sustanza fil-ħsieb dwar l-inċentivi proposti f'dak l-abbozz, pero' l-proċess biex dawn il-provvedimenti jiġu finalizzati fid-dettal u bl-użu tat-terminoloġija legali meħtieġa, ħa aktar żmien milli oriġinarjament kien antiċipat. Dan il-proċess dalwaqt jitlesta u fi żmien qasir mistenni jiġi ppubblikat l-avviż legali relattiv. Iż-żmien li għadda minn mindu sar id-dibattitu fil-Parlament dwar il-Business Promotion Act intuża' b'mod produttiv billi nżammu diversi seminars dwar l-inċentivi ġodda. Dawn is-seminars, intiżi għall-industrijalisti u għall-kumplament tal-komunita' kummerċjali, ġew organizzati kemm mill-M.D.C. u mill-M.E.T.C.O. kif ukoll mis-settur privat.
Leg 9 PQ #25645 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Action Plan

Question

Billi f'Kapitlu 4 tan-negozjati mal-UE dwar free movement of capital jingħad li "The State Will Relinquish, by the date of accession, special rights in both already privatised companies as well as in companies that are to be privatised in future" jista' l-Ministru jgħati aktar dettalji dwar l-action plan li għandu l-Gvern f'dan ir-rigward?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqsija lill-'E.U. Directorate' li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin.
Leg 9 PQ #25646 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid kien hemm xi żviluppi dan l-aħħar biex il-MFSC issir is-sole regulator fil-qasam finanzjarju kif kien originarjament ħaseb li jagħmel dal Gvern sa mis-sena 1994 - kontra il-parir tal-IMF.

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed isiru laqgħat bejn l-entitajiet konċernati biex jiġi stabbilit il-pjan u l-programm ta' trasferiment tal-funzjoni ta' superviżjoni mill-Bank Ċentrali għall-MFSC, li kif qal l-Onorevoli Membru ila ppjanata mis-sena 1994. Ma jirriżultalix li l-IMF taw xi pariri kuntrarji. Ta' min jgħid li dan hu proċess li sar u qed isir fil-pajjiżi b'setturi finanzjarji żviluppati.
Leg 9 PQ #25647 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Kontroll tal-Kambju

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li minkejja l-liberalizzazzjoni sħiħa li mistennija jkun hemm fil-qasam tal-kontroll tal-kambju il-Gvern biħsiebu jemeda l-liġi b'mod li jkun jista' jilqa xi kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti li tista' tiżviluppa fil-ġejjieni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda proċess ta' liberalizzazzjoni ma hu assolut. Għalhekk, bħala parti mill-proċess tat-tneħijja tal-kontrolli minn fuq il-kambju, qed jiġi mistħarreġ kif tista' tinbidel il-liġi sabiex jiddaħħlu miżuri li jkunu jistgħu jittieħdu f'każ ta' kriżi fil-bilanċ tal-pagamenti.

Part-Timers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kif jispjega id-diskrepanzi fil-figuri tal-part-timers fis-sena 2000 bejn dawk ippublikati bejn il-Ministeru tal-Finanzi u dawk tal-ETC ippublikati mill-NSD?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ tasal għan-numru ta' part-timers skond l-informazzjoni li tirċievi mingħand l-employers jew l-individwi fil-formola ta' dikjarazzjoni ta' bidu ta' Impjieg.
Leg 9 PQ #25580 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Social Security Outlays

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm social security outlays dovuti għas-sena 2000 li ġew mħallsin u/jew li ser jitħallsu mill-Gvern fis-sena finanzjarja li ninsabu fiha?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-2000 id-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali ħallas Lm175.9 miljuni f'pensonijiet u benefiċċji taħt il-liġi tas-Sigurta' Soċjali maqsuma ħekk : Lm141.7 miljuni f'pensjonijiet u benefiċċji kontributorji, u Lm 34.2 miljuni f'pensjonijiet u benefiċċji mhux kontributorji. Għar-rigward ta' x'kien dovut għall-2000 iżda ser jitħallas f'din is-sena, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #25581 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li il-Gvern talab lill-Bank Ċentrali jgħaddilu parti mill-profitti din is-sena ferm qabel ma soltu jagħmel dan fi snin oħra, ngħidu aħna fis-sena 2000?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali sa minn dejjem kien jgħaddi ħlasijiet ta' parti mill-profitti tiegħu lill-Gvern qabel ma dawn ikunu għadhom ġew ċertifikati mill-awditur. Matul l-aħħar ħmistax-il sena ħlasijiet tal-profitti dejjem saru f'żewġ jew tliet partijiet bejn Jannar u April.