Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26247 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni — Photocopy machines/scanners

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi statistika għall-perijodu 1995-2000 dwar; l-ammont ta' photocopy machines jew scanners li ntużaw mit-taqsimiet edukattivi li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu? Kemm minnhom kienu mikrija/ leased jew mixtrija mid-dipartiment konċernati? Kemm sar użu minnhom f'dan il-perijodu? Kemm inxtraw photocopy paper A4/A3 permezz ta' xiri mingħand l-aġenti u /jew li ġew ipprovduti mill-government supply stores?

Response (GALEA, LOUIS)

L-Onor. Membru japprezza x-xogħol meħtieġ biex tinġabar din l-informazzjoni. B'danakollu se nipprovaw niġbru l-informazzjoni mitluba u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

ETC — Persuna b'diżabilita'

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru ġentilment jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li jixtieq li kieku jkun jista' jiġi kkunsidrat mill-ETC għal xi xogħol ħafif minkejja li sal-lum minħabba l-istatus tiegħu mad-dipartiment mhuwiex reġistrat ma' l-ETC

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata tista' tagħmel użu mis-servizzi li joffru l-Job Centres li f'Malta qegħdin il-Mosta, l-Belt Valletta u Bormla. Barra minn hekk hi tista' tavviċina lis-sezzjoni tas-Supported Employment tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ li qiegħda Ħal Far, fejn tingħata attenzjoni dwar id-diffikultajiet tagħha. Peress li din il-persuna ma tirreġistrax bħala persuna b'diżabilita' li qed tfittex ix-xogħol, ma tistax tibbenefika mill-iskemi apposta li toffri l-Korporazzjoni qabel ma tkun hekk reġistrata.
Leg 9 PQ #26274 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

EUR1 Deposits

Question

Peress li qed ikun hemm dewmien ta' madwar xahar għall-ħlas lura lill-importaturi, jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' flus involut f'dan id-dewmien? Kemm qed idaħħal il-gvern miż-Lm2 fee li qed iżomm minn kull entry ? Kemm hu l-ammont ta' flus li ma ġewx refunded jew li l-importaturi ma ġabrux fuq id-deposit tal-EUR1?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess tad-depożiti huwa wieħed fejn kontinwament ikun hemm ħlas ta' depożiti mill-importaturi u rifużjonijiet lura mit-Teżor wara li jkun intemm il-proċess ta' verifika mid-Dwana fuq id-dokumentazzjoni relatata, inklużi ċ-ċertifikati ta' l-EUR 1. Wieħed ma jistax jidentifika l-ammont involut fil-perjodu ta' l-ipproċessar mis-sottomissjoni tad-dokumenti sal-ħruġ taċ- cheque , biss wieħed jista' jgħid li fl-aħħar ta' Mejju 2001 kien hemm bilanċ fil-kont 'Below the Line' relattiv ta' Lm 823,000 li mhux kollha huma depożiti fuq EUR 1 għalkemm dawn jagħmlu persentaġġ qawwi. Barra dan bejn Jannar u Mejju 2001 tħallsu lura depożiti b'kemm jagħmlu Lm2,136,130 b'kollox. Matul is-sena 2000, id-Dwana daħħlet is-somma ta' Lm24,236 mill-'fee' ta Lm2 waqt li daħħlet is-somma ta' Lm10,069 bejn Jannar u mejju 2001. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija mhux possibli li tkun identifikata l-figura mitluba billi ma ġiex identifikat iż-żmien.
Leg 9 PQ #26281 Sitting 550 2001-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Ċittadinanza — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jinvestiga fiex waslet l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza Ref. No. CEA/NAT/471/98 l-aktar billi l-applikanta ilha żmien li issottomettiet il-karti mitluba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadha qed tiġi pproċessata.

Rubbish Dump

Question

Jistgħa l-Ministru jieħu passi biex il-passaġġ żgħir li hemm fuq wara ta' A2, Triq il-Hawha, San Ġwann ma jibqax jintuża bħala rubbish dump b'inkonvenjenza għall-inkwilini indikati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jekk l-area li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant hija passaġġ pubbliku, allura ma jaqax taħt ir-responsabilita' ta' xi dipartiment tad-djar.

Housing Authority

Question

Jista' l-Ministru jara li minħabba l-eta' ta' l-inkwilini ta' A 15, Triq il-Ħawħa, San Ġwann, jistgħu jiġu ikkunsidrati għall-appartament ieħor tal-Gvern preferibbilment ġewwa San Ġwann li jkun bla taraġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li, f'Novembru 2000, d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ġie nfurmat li l-inkwilini li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ma kienux interessati f'akkomodazzjoni alternattiva.

Intervisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex meta persuni bla xogħol jintbagħtu għal-intervisti mas-settur privat, tinqata' d-drawwa ta' wħud li jitolbuhom jibgħatu CV flok jagħmlulhom intervista jew inkella li jinjorawhom minkejja li jgħidulhom li jkunu ser jikkuntattjawhom meta tkun lura f'postha il-persuna li kellha tintervisthom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onor. Interpellant japprezza li mhux faċli li tirregola dwarhom permezz ta' miżuri leġislattivi.
Leg 9 PQ #26120 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Court Fees

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħħal court fees il-Gvern fis-sentejn li għaddew u kemm mistenni idaħħal din is-sena a bażi tat-tariffi riveduti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26136 Sitting 549 2001-06-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Bankini

Question

Jistaż l-Ministru jara li jiġu irranġati il-bankini li hemm f'Triq il-Wied, l-Iklin billi minħabba il-ħafna konki li hemm fin-nofs huwa impossibbli li xi ħadd jgħaddi minn fuqhom mingħajr xkiel, jew b'xi push chair etc?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal-mistoqsija parlamentari nru.19922 seduta 392.

Barrier

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistgħax titwaħħal xi barrier fuq il-bankina ta' Triq il-Wied, l-Iklin, qrib My Nest House, billi minħabba fil-kisra li hemm f'dawk l-inħawi faħli ħafna biex il-karozzi li jkunu għaddejjin bi speed qawwi jitilfu l-kontroll u jidħlu fil-ħajt?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x'jista' jsir.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif il-kera ta' żewġ pensjonanti fi block 5B, Fl.6 Misraħ Lewża, San Ġwann xi żmien ilu telgħet minn Lm 90 pa għal Lm 162 pa kif wkoll li meta is-sinjura Aguis ta' l-istess indirizz dan l-aħħar beda isirilha tnaqqis tat-taxxa mir-ras il-għajn min pensjoni li ilha tirċievi is-snin?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi s-sussidju tal-kera tal-inkwilin indikat fil-Mistoqsija inħadem is-sena l-oħra (1999) fuq id-dħul tiegħu matul l-1998 skond il-ftehim tal-kirja ffirmata minnu fl-14 ta' Diċembru 1987 u skond l-Avviż tal-Gvern numru 523 tas-7 ta' Lulju 1998.
Leg 9 PQ #26112 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li n-nefqa fuq il-ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi telgħett għal Lm 3,149 miljun fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena b'paragun mal-Lm 286,147 li ntefqu fl-istess perijodu is-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn din is-sena l-kontribuzzjoni lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma għadhiex tifforma Vot separat għaliha (kif kien il-każ sas-sena l-oħra) imma qed tifforma parti mill-Vot tal-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Għalhekk din is-sena l-Vot 37, Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi qed juri nefqa ta' Lm2.9 miljuni aktar mis-sena l-oħra proprju minħabba din l-Item (taħt il-Kategorija "Kontribuzzjonijiet lill-Entijiet Governattivi"), meta sas-sena l-oħra nefqa kienet tidher bħala Vot għalih.
Leg 9 PQ #26113 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Nefqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wasal biex in-nefqa tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni fl-ewwel tliet xhur tas-sena titla għal Lm 9,663 miljuni b'paragun man-nefqa ta' Lm 7.175M fl-istess perijodu is-sena li għaddiet?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26114 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Recurrent Expenditure

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif jispjega il-fatt li filwaqt li l-ispiża budgeted għal din is-sena fuq recurrent expenditure item 28 - VAT kellha titla għall-Lm5.015M minn Lm 3.352 is-sena li għaddiet. Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena in-nefqa kienet ta' Lm 1.269M meta fl-istess perijodu tas-sena li għaddiet din kienet tlaħħaq Lm 2.484 M?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fl-ewwel tliet xhur tas-sena l-oħra, il-Vot 28 VAT fil-Fond Konsolidat kien irrikordja nefqa ta' żewġ miljun lira f'refunds tat-taxxi qodma CET/VAT. Matul l-istess sena, parti minn din in-nefqa ġiet magħmula tajjeb minn dħul ta' l-istess taxxi. Din is-sena, in-nefqa ta' natura simili tammonta għal nofs miljun.
Leg 9 PQ #26115 Sitting 548 2001-06-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żejt

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk inxtarax żejt mill-Libja f'dawn l-aħħar tliet xhur? Jekk iva, kemm inxtara? Dan kien bi prezz issussidjat jew bil-prezz tas-suq?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nikkonferma li matul dawn l-aħħar tlitt xhur inxtara żejt mill-Libja. Bejn il-25 ta' Frar u l-24 ta' Mejju 2001 inxtraw 128,348,803 tunnellati metriċi ta' żejt minn dan il-pajjiż. Il-prezz ta' dan iż-żejt kien dak tas-suq, imma hemm arranġament li jipprovdi prezz preferenzjali skond il-ftehim bejn l-Enemalta u n-National Oil Company.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jikkunsidra għall-xogħol mill-ETC l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-persuna ndikata bħal kull persuna oħra li tirreġistra għal xogħol, taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Employment Advisors. Dawn xogħolhom huwa li jirreferu lil dawk kollha reġistranti jew li qed ifittxu xogħol, għal intervisti dwar possibilta' ta' mpjieg skond il-preferenzi tagħhom. Ta' min jinnota, li fil-każ tal-persuna ndikata, dan diġa' ġie riferut tmintax-il darba għal intervista ma' diversi kumpaniji jew employers.

Kanna tal-Ilma Maqsuma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jsiru it-tiswijiet dwar il-kanna tal-ilma maqsuma li hemm qrib flat 2, block E5, Ta' Xbiex Hsg Estate mingħajr il-bżonn li joqgħodu jinqalgħu l-madum tal-ikwilini?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #25966 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Baggage Room

Question

Jista' l-Ministru jara jistgħux jittieħdu passi biex il-baggage room tad-dwana tibda tinżamm f'mod aħjar u aktar nadif?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għandi nifhem li l-Onorevoli Membru qed jirreferi għall-uffiċini tad-Dwana fl-ewwel sular tal-Baggage Room peress li s-sular t'isfel fejn jidħlu/joħorġu l-passiġieri huwa responsabbilta' tal-Awtorita' Marittima. Id-Dwana għandha mpjegat regolari apposta f'dan il-post biex jieħu ħsieb inaddaf skond il-ħtieġa. Barra minn hekk, id-Dipartiment iġib kuntrattur biex jagħmel tindif ieħor bħal ħasil ta' ħġieġ, ta' bibien u twieqi f'dawn l-uffiċini. Id-Dwana kellha ppjanat li tagħmel refurbishing f'dan il-post, iżda billi dan il-bini ser jitwaqqa' biex jagħmel wisgħa għall-proġett tal-Cruise Terminal, inħass li m'għandhomx isiru dawn l-ispejjeż f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #25967 Sitting 547 2001-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Refund

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħux jittieħdu passi biex jinħareġ lill-werrieta, it-tax refund tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li hi mejta li kienet toqgħod fi block E3, Fl. 5 ta' Xbiex Housing Estate billi din issa ilha mejta għadd ta' snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti informazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.