Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-investigazzjonijiet li saru mill-pulizija fid-dawl tar-rapport li sar fl-għassa ta' tas-Sliema nhar il-31.05.2001 Ref 6/L/1819/2001/
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mill-investigazzjoni li għamlet il-Pulizija rriżulta li l-inċident msemmi mill-Onor. Interpellant, kien wieħed aċċidentali.
Jista' l-Ministru jgħid mil-elezzjoni ġenerali l-'hawn kemm ġew ingaġġati nies mal-WSC u mal-Enemalta? Kemm spiċċaw nies minn dawn il-korporazzjonijiet? Dawk il ġew ingaġġati f'liema gradi ġew ingaġġati?
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm iddaħħlu nies fis-servizz pubbliku mill-6.9.98 sal-lum? Kemm iddaħħlu nies fl-armata mill-elezzjoni ġenerali il-hawn? Meta iddaħħlu?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk fil-proċess li għaddej dwar il-privatizzazzjoni tal-lottu, saritx xi forma ta' konsultazzjoni mar-riċevituri tal-lottu?
Jista' wkoll jinforma lill-Kamra x'sejjer ikun l-effett tal-privatizzazzjoni fuq ħafna każini tal-banda tal-lottu, u jekk hux qed jittieħdu passi biex il-kummissjoni li jirċievu dawn il-każini tibqa bla mittiefsa fil-ġejjieni?
Saru xi forma ta' kuntratti bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Għaqda Każini tal-Banda dwar din il-materja ta' importanza vitali?
Jafx l-Onorevoli illi jekk tintilef il-kummissjoni minn dawn il-każini, din tista' tkun daqqa mortali għalihom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li saret konsultazzjoni mar-riċevituri tal-lottu.
Rigward l-effett tal-privatizzazzjoni fuq ħafna każini tal-banda tal-lottu, r-Request for Proposals for a National Lottery Licence jgħid dan li ġej: Applicants are encouraged to propose arrangements relating to the continued enjoyment by concessionaries of the benefit which they presently enjoy in terms of the relevant laws. Qegħdin nistennew il-proposti biex imbagħad fuqhom nieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa.
Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija l-effetti qegħdin jiġu meħudin inkunsiderazzjoni.
Jista' l-Ministru jinvestiga t-talba tal-familja Grech, 12, Vjal in Naspli, San Gwann, biex jixtru il-post li ilhom għexieren ta' snin bil-konvenju?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar hija nformata mid-Dipartiment ta' l-Artijiet li l-art li fuqha hemm mibni l-fond numru 12 Vjal in-Naspli San Gwann għadha fil-proċess li tiġi akkwistata.
Jista' l-Viċi Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li toħroġ xi skema ġdida tal-Housing Authority konnessa max-xiri ta' postijiet tal-Gvern? Jekk iva, tista' tagħti indikazzjoni tal-parametri li ser tkun msejsa fuqhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Awtorita' tad-Djar qiegħda fi proċess li tirrevedi l-iskema li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Għadu prematur li nagħtu aktar dettalji fuq din l-iskema ġdida.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-darba żewġ persuni jaħdmu jkunu joqgħodu f'fond u dil il-persuna li il-kera tinsab f'ismu jiġi qiegħed jikkwalifikax għar-relief assistance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jekk żewġ persuni jkunu qed jiffurmaw familja u jissodisfaw il-kriterji kemm tar-riżorsi kapitali/propjeta' kif ukoll il-kalkoli tal-mezzi għall-għoti ta' l-Għajnuna Soċjali għad-Diżimpjieg, din il-familja tkun intitolata għall-għajnuna. F'każ li tkun qed titħallas il-kera għall-post li tkun tabita, tingħata allowance tal-kera lill-kap tal-familja.
Jekk waħda minn dawn il-persuni tkun taħdem fuq bażi full-time, x'aktarx li jkun diffiċċli għal din il-familja biex tissodisfa t-test tal-meżżi għall-finijiet ta' l-Għajnuna Soċjali skond il-Parti VI tat-Tieni Skeda ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap 318).
Billi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hu sajjied reġistrat F167 qed jallega li il-boat house li hemm qrib ir-restaurants tal-bajja ta' San Ġiljan kienet allegatament ġiet allokata lilu fi żmien Ministru tax-xogħlijiet pubbliċi ta' din l-istess amministrazzjoni f'legislatura oħra, tistgħax tiġi regolarizzata il-kwistjoni tat-titlu tiegħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern għada ma rċeviet l-ebda talba mingħand il-persuna konċentrata dwar il-boathouse imsemmija. It-Taqsima qed tagħmel l-investigazzjonijiet neċessarji dwar il-każ biex tistabilixxi xi drittijiet legali hemm taħt l-Att dwar Trasferiment ta` Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 268) u mbagħad tkun tista` tipproċedi skond il-każ.
Billi l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħat separatament ilha toqgħod fil-fond indikat snin sħaħ, jistgħax jiġi mgħoddi lilu s-servizz tad-drenaġġ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li wara spezzjoni li saret fit-triq imsemmija, irriżulta li quddiem il-fond 153/155 jeżisti main tad-drenaġġ. L-individwu li ssemma jista jikkuntattja uffiċċjali nkarigati fid-Dipartiment tad-Drenaġġ għal iżjed informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm milli tiġi regolarizzata il-kirja tal-fond 153-155, Mensija Rd, San Ġwann li qabel kien iġib in-numri 21-22 f'isem il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament li ilu joqgħod fil-fond minn madwar is-sena 1992 meta kienet mietet oħtu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi dak li qiegħed jitlob l-Onor. Interpellant ma jistax isir. Fl-1994 il-persuna ndikata, li dak iż-żmien ma kienetx toqgħod fil-post, kienet ġiet allokata mid-Dipartiment Għall-Akkomodazzjoni Soċjali post il-Pieta' li għadu fuq isimha.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26120?
Response (GATT, AUSTIN)
L-ammonti ta` flus miġbura bħala 'court fees' fl-aħħar sentejn kienu kif indikat hawn taħt:
Sena Ammont
1999 LM 672,657
2000 LM 709,204
Waqt li hu diffiċli li wieħed jistma kemm se jkun id-dħul għal din is-sena fuq il-bażi tat-tariffi eżistenti peress li dan jiddependi mill-volum tax-xogħol, il-Gvern jistenna li jkun hemm żieda fuq is-sena l-oħra.
Jistgħa l-Ministru jieħu passi biex il-passaġġ żgħir li hemm fuq wara ta' A2, Triq il-Hawha, San Ġwann ma jibqax jintuża bħala rubbish dump b'inkonvenjenza għall-inkwilini indikati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25000 (Seduta 530).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm korpi kostitwiti, organizzazzjonijiet jew istituti professjonali li ħatru working groups biex jirrappreżentaw il-professjoni tagħhom bil-għan li jipprovdu input lit-tax compliance unit? Liema kienu?
Response (DALLI, JOHN)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 26378 f'seduta 551.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx ħsieb li tiġi asfaltata New Street, off Notabile Road, Mrieħel, minħabba l-inkonvenjenti maħluqa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq qiegħed iħejji l-pjanijiet neċessarji biex din it-triq tiġi asfaltata. Ix-xogħol fiha jsir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk meta ġiet imġedda l-ħatra tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali dan sarx bil-financial package li kellu fl-ewwel term tal-ħatra tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma kienx hemm tibdil fil-pakkett finanzjarju tal-Gvernatur tal-Bank Ċentrali meta kienet imġedda l-ħatra tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm baqgħalhom jiġu ngaġġati nies fit-tax compliance unit sabiex jintlaħaq il-full complement ta' l-organizzazzjoni? Liema huma l-karigi li għad iridu jimtlew?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fadal xi 18 l-impjegat x'jiġu ingaġġati mat-Tax Compliance Unit, fil-pożizzjonijiet kif jidhru hawn taħt :
Direttur Operations 1
Accountants Anzjani 4
Accountants 4
Junior/Trainee Accountants 1
Personnel tal-Informatika 3
Economics Officer 1
Legal Officer 1
Support Amministrattiv 2
Driver/messaġiera 1
Sejħa għal-applikazzjonijiet taħt ir-regolamenti tal-PSC għall-pożizzjonijiet Nru. 2,3, u 4 ħarġet fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta' Mejju, 2001. Din is-sejħa tagħlaq fit-22 ta' Ġunju.
Sejħiet għall-pożizzjonijiet vakanti l-oħra se joħorġu fil-futur qarib.
Wieħed irid jgħid li l-ħtiġijiet tal-Unit jinbiddlu min żmien għal żmien skond il-bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux il-ħsieb tat-tax compliance unit li jiġu ffissati benchmarks għal diversi setturi sa Settembru 2001? Jekk iva, liema huma dawk is-setturi identifikati mit-TCU s'issa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-Tax Compliance Unit qed taħdem fuq benchmarking ta' setturi prinċipalment fis-settur tas-servizzi.
Billi fil-ġurnal The Accountant intqal li fil-bidu ta' April 2000 il-Ministru talab lil Malta Institute of Accountants biex jiddiskutu l-benchmarking exercise li kien qed jinħadem mit-tax compliance unit, jista' l-Ministru jagħti lista komprensiva ta' dawk l-istituti professjonali, korpi kostitwiti u organizzazzjonijiet li ġew avviċinati mill-ministeru tal-finanzi għall-istess għan? Kemm u liema kienu dawk l-organizzazzjonijiet li aċċettaw li jagħtu l-input tagħhom fit-tfassil ta' dawn il-benchmarks?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-benchmarks tat-TCU humiex se jintużaw fl-għażla ta' taxpayers li ser jiġu investigati u li ebda assessments m'uma ser ikunu bbażati fuq benchmarks per se? Jista' jikkonferma jekk il-benchmarks humiex ser jiġu stabiliti biex jiġi stabilit id-dħul ta' ċerti taxpayers jew jekk dan huwiex ser isir purament għal finijiet ta' l-għażla hekk kif imsemmi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif jiġu stabbiliti l-benchmarks, dawn ikunu jistgħu jintużaw fis-sistema komputerizata tat-TCU bħala linji-gwida, flimkien ma' nformazzjoni oħra li tinġabar mit-TCU, biex wieħed ikun jista' jgħarbel is-setturi ekonomiċi. B'hekk ikunu jistgħu jiġu prijoritizzati operaturi għall-investigazzjoni dettaljata.
Il-benchmarks mhux se jkunu bażi ta' assessement.
Assessements, fejn ikun il-każ, joħorġu biss wara investigazzjoni u verifika tat-taxpayer konċernat.
B'referenza għal-mistoqsija parlamentari nru. 25796 fejn staqsejt jekk hux minnu li hemm ħsieb li s-servizz tat-trasport ta' xi ministeru/i partikulari ser jibda jitħaddem mill-privat, jistgħax l-Ministru jgħid fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditur dwar it-trasport tal-Gvern, hux minnu li hemm ħsieb li jsir electronic tracking tat-trasport ta' xi ministeru/i partikulari, mill-privat u jekk dan hu l-każ, jekk dan is-servizz huwiex ser jinkludi wkoll fleet management biex itejjeb l-internal controls u l-fleet efficiency? Jekk fl-affermattiv liema huma l-Ministeri partikulari li l-Gvern iħoss li għandhom jingħataw prijorita?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi, flimkien ma' l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, qed jaħdem biex jitwaqqaf Working Group li jkun mitlub jeżamina s-servizz tat-trasport tal-Gvern u jagħmel rakkomandazzjonijiet li jwasslu biex titjieb is-sitwazzjoni ġenerali f'dan ir-rigward.
Ninsab infurmat li bħalissa għadhom qed jitħejjew it-terms of reference li mistennija jingħataw lill-Working Group. Għalhekk għadu kmieni biex wieħed jikkummenta fid-dettal liema huma dawk l-oqsma tar-regolamenti jew operazzjonijiet li se jiġu ndirizzati bħala prijorita'.