Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #26685 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26575?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn Settembru 1998 sa llum, ġew ingaġġati 67 persuna mal-Korporazzjoni Enemalta u 16 bdew l-impjieg mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. Fl-istess perjodu, 138 persuna temmew l-impjieg tagħhom minn mal-Korporazzjoni Enemalta u 81 minn mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma. It-83 persuna li ġew ingaġġati maż-żewġ Korporazzjonijiet, kienu ngaġġati fi gradi maniġerjali, tekniċi, klerikali u industrijali.
Leg 9 PQ #26689 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nies Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 26576?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qiegħda tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26690 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħati dettalji dwar in-nefqa totali u individwali li saret fuq l-istudji kollha li ġew ikkummissjonati dwar is-sħubija prospettiva ta' Malta fl-UE? Dan għandu japplika kemm għall dawk l-istudji li ġew ippubblikati kif wkoll għall-dawk li il-Gvern għażel li jżomm mistura għar-raġunijiet tiegħu?

Response (BORG, JOE)

L-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26693 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Sinking Funds

Question

Jista' l-Ministru jgħati dettalji dwar il-provvediment għall sinking funds (contribution to sinking funds) li hemm fil-public finance figures għall Jannar-Mejju li għadhom kif ġew ippublikati?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #26695 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'monitoring isir min-naħa tal-MDC biex jiġi żgurat li proġetti approvati jilħqu il-manpower levels li a bażi tagħhom tkun ħarġet l-approvazzjoni tal-proġett? Kemm hemm industriji tal-manufattura li bħalissa qed joperaw taħt il-manning levels li kienu ftehmu mal-MDC meta kien ġie approvat il-proġett tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jidher li l-mistoqsija saret fuq premessa żbaljata, cioe' li l-proġetti jkunu approvati a bażi ta' manpower levels. Tajjeb jingħad li meta l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta tapprova proġett, dan isir a bażi ta' diversi kriterji, fosthom l-investiment li jkun ser isir mill-kumpanija, swieq, teknoloġija u naturalment l-impjieg li jkun ser jiġi iġġenerat. Għaldaqstant il-Korporazzjoni ma tagħmilx monitoring tal-kumpanija għall-manpower levels biss, iżda għall-kriterji l-oħra kollha li fuqhom ikun approvat il-proġett. Minn dan il-monitoring li tagħmel il-Korporazzjoni, jirriżulta li hemm madwar għoxrin kumpanija li mhux qiegħdin jonoraw l-obbligazzjonijiet tagħhom taħt il-kriterji msemmija, u qed jittieħdu passi biex dawn, fejn hu possibbli, jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom jew inkella jinstabu soluzzjonijiet oħra.
Leg 9 PQ #26675 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

SVPR

Question

Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet it-talba ta' nurse li fl-SVPR (dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) biex tiġi trasferita għall-isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #26676 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dar il-Konferenzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huwa responsabbli bħalissa għat-tmexxija ta Dar il-Konferenzi għall-Mediterran? Jekk hemm bord tat-tmexxija minn min huwa kompost?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Bord tat-Tmexxija huwa kompost minn: · Dr Peter Fenech MA (Sussex) LL.D. - Chairman · Major Alfred Cassar Reynaud - Deputy Chairman · Mr Eugenio Privitelli MBA BA (Hons) ACCY MIA CPAA AIDPM - Board Secretary · Dr Conrad Thake BA (Hons (Econ) PhD - Member · Dr Joseph P. Farrugi B.A. Hons (Econ) PhD - Member
Leg 9 PQ #26678 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta Air Traffic Service Co Ltd

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta twaqqfet il-kumpanija Malta Air Traffic Service Co Ltd? Min huma l-ħaddiema li ser jiġu trasferiti fiha? Liema karigi jokkupaw bħalissa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26682 Sitting 563 2001-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Studji dwar Malta-EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid iħossx li for record purposes l-istudji li saru dwar is-sħubija propettiva ta' Malta fl-UE jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BORG, JOE)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' l-istudji li ġew ippubblikati in konnessjoni mas-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Ta' min jgħid, li dawn id-dokumenti jistgħu jinkisbu mill-website tal-MIC li hija mic.org.mt.
Leg 9 PQ #26614 Sitting 562 2001-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #26608 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (REFALO, MICHAEL)

Jien infurmat li din il-Mistoqsija Parlamentari waslet fil-Ministeru tiegħi dalgħodu. Għaldaqstant ma kienx possibbli li tinġabar l-informazzjoni mitluba. Inwieġeb din il-Mistoqsija f’seduta oħra.
Leg 9 PQ #26609 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Jçna nfurmata li fil-preżent hemm tlçt avukati li għandhom retaining mal-Ministeru għal Għawdex. Dawn huma Dr Chris Said, Dr Georgina Scicluna u Dr Joseph Ellis. Dawn l-avukati aċċettaw li jippatroċinjaw lill-Gvern f’dawk il-każijçt quddçm it-Tribunal għall-Investigazzjoni ta’ l-Inġustizzji li jkunu riferiti lilhom mill-Ministeru jew mill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali. Il-ħlas għal dawn is-servizzi professjonali huma wçħed kumplessiv ta’ Lm35 għal kull każ li jkun deċiż, ammess jew transatt wara l-1 ta’ Settembru 1999 (inkluż ix-xogħol konness ma’ l-atti kollha formanti parti mill-proċess relattiv, inklużi noti ta’ osservazzjonijçt u l-laqgħat u x-xogħol preparatorju).
Leg 9 PQ #26610 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Ministeru għall-Ambjent m'għandu l-ebda avukat jew ditti ta' avukati li huma retainers magħha.
Leg 9 PQ #26611 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26612 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma hemm ebda avukat jew ditta ta' avukati li għandhom xi forma ta' kuntrat ta' retaining mal-Ministeru ta' l-Agrikoltura u Sajd. Dan il-Ministeru m'għandu ebda korporazzjoni jew ażjenda parastatli miegħu.
Leg 9 PQ #26613 Sitting 561 2001-06-25 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-avukati jew ditti ta' avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tiegħek u/jew ma' xi korporazzjonijiet u ażjendi parastatali li jaqgħaw taħt id-dikasteru tiegħek? X'inhuma ir-retainers u/jew it-terms tal-kuntratt f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm ditta waħda ta` avukati li għandhom retaining mal-Ministeru tas-Saħħa. Dawn huma Godwin Muscat Azzopardi & Associates li għandhom retainer fee ma` l-FMS ta` LM900 fix-xahar, inkluż il-VAT. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra it-termini tal-kuntratt.
Leg 9 PQ #26566 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Computations

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-computations li fuqhom inħadmu t-tax rebates għal ġenituri tat-tfal li jmorru skejjel privati? Minn min inħadmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Uffiċċjali għolja tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni flimkien ma' uffiċċjal għoli tal-Ministeru tal-Finanzi ħadmu bħala Working Group fuq il-kriterji meħtieġa. Il-Working Group qies in-numru ta' studenti li hemm fl-Iskejjel Indipendenti fil-livell primarju u f'dak sekondarju; ħa inkonsiderazzjoni d-differenza li teżisti bejn il-miżati mħallsa fil-livell primarju u f'dak sekondarju; qies ukoll il-fatt li student fil-livell sekondarju jiswa 'l ġenituri tiegħu aktar minn student fil-livell primarju. It-tqassim sar fil-kwadru tas-somma vvutata fl-Estimi tas-Sena 2001.
Leg 9 PQ #26567 Sitting 559 2001-06-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret VAT mis-settur edukattiv s'issa? Jista' jagħti breakdown skola skola kemm inġabret?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li sal-1 ta’ Jannar 2001, il-provvista ta’ edukazzjoni minn skejjel taħt l-Att ta’ l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud kienet eżenti bi kreditu. Mill-1 ta’ Jannar 2001, din il-provvista saret eżenti mingħajr kreditu permezz ta’ l-Avviż Legali 274 ta’ l-2000.