Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #27262 Sitting 576 2001-07-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Maltacom

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li hemm xi diskrepanza li tolqot ex-ħaddiema tal-Maltacom li irtiraw minn mal-korportazzjoni wara l-1996 li kellhom xi dritt għal numru ta' units li jissarrfu f'ishma tal-kumpanija? Għad hemm fond għall dan il-għan? Kemm baqa flus f'dan il-fond?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi din il-mistoqdsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #27232 Sitting 574 2001-07-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

San Ġwann — Dawl fit-toroq

Question

Tista' titwaħħal bozza qrib 34 u 24, R. Caruana Dingli Street, San Gwann billi ma hemm ebda street lighting fuq dik in-naħa tat-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #27027 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Defaulter Notices

Question

Jista' l-Ministru jgħid din is-sena kemm inħarġu defaulter notices tal-end of year forms FS3/FS7 li ma ġewx sottomessi fil-ħin? Normalment meta jinbgħatu dawn il-notices?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f'Marzu ta' din is-sena, d-Dipartiment ħareġ 4530 avviż bil-posta lill-employers li kienu għadhom ma bagħtux id-dokumenti FS3/FS7 sa dakinhar.

Barriera

Question

B'referenza għall-barriera li hija ippjanata li ssir fi Triq il-Wied, l-Iklin, jistgħux jittieħdu passi biex ma tiġix imblukkata l-entratura għad-dar li d-dettalji qed jintbagħtu separatament?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa ttieħdu passi biex issir laqgħa mar-residenti tad-djar li jiġu wara din il-crash barrier u mal-Kunsill Lokali ta` l-Iklin biex ix-xogħol li se jsir ma jkunx ta` tfixkil għal dawn ir-residenti.
Leg 9 PQ #27029 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax tiġi mwieġba il-mistoqsija pendenti dwar nefqa fuq l-istudji kollha li saru in konnessjoni mal-applikazzjoni Maltija għall-sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropeja?

Response (BORG, JOE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, kif diġa kelli okkażjoni ngħid fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18411, l-EU Directorate fil-Ministeru tiegħi ma 'kkummissjona ebda consultancy għal studji u economic impact assessments fuq materji li huma parti mill-acquis communautaire fiż-żmien speċifikat mill-Mistoqsija, u ma sar l-ebda tibdil minn dak iż-żmien l'hawn. Dan japplika mhux biss għall-EU Directorate iżda għall-Ministeru tiegħi kollu. Kif għedt fir-risposta għall-Mistoqsija 18411 fuq imsemmija, l-EU Directorate pero` għamel użu minn dawn il-flus biex iffinanzja ċerti consultancies li ġew ikkummissjonati minn Ministeri oħra. L-EU Directorate ma kienx involut la fil-formazzjoni tal-kriterji tal-għażla għal dawn il-consultancies u l-anqas fl-għażla 'nnifisha tal-consultants. Lista tal-consultancies li ġew iffinanzjati mill-EU Directorate minn dawn il-fondi tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 355 li fiha 'ngħatat ir-risposta għall-Mistoqsija 18411 imsemmija. L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar studji oħra li ġew ikkommissjonati u mħallsa minn Ministeri oħra għadha qegħda tinġabar mill-Ministeru tiegħi biex inkun nista nipprovdi lill-Onorevoli Interpellant bl-informazzjoni mitluba u għalhekk, risposta bid-dettalji kollha tingħata f'xi seduta oħra, sakemm l-Onorevoli Interpellant ma jridx jagħmel Mistoqsija individwali lil kull Ministeru konċernat.
Leg 9 PQ #27030 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Bajjiet Mniggsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każi ta' infezzjonijiet minħabba bajjiet mniggsa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat illi t-Taqsima Tħaris tal-Mard, fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, sa llum ma rċieva ebda notifika dwar infezzjonijiet ikkaġunati minn bajjiet mniġġsa.
Leg 9 PQ #27076 Sitting 571 2001-07-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari nru. 26683, jista' l-Ministru jagħti tweġiba kollettiva dwar l-iskejjel kollha, fl-interess pubbliku?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalma spjegajt fir-risposta għall Minstoqsija Parlamentari nru. 26567, taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa fuq il-Valur Miżjud, il-provvista ta' edukazzjoni hija eżenti.
Leg 9 PQ #26950 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26604?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lil Onorevoli Interpellant li gighed impoggi fuq il-mejda tal-kamra twegiba ghal-mistoqsija parlamentari numru 26950.

Retainers

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26603?

Response (GONZI, LAWRENCE)

It-tagħrif li talab l-Onor. Interpellant hu dan li ġej: Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' Il-Kummissjoni għandha ftehim għal retaining mal-Avukata Dr Doreen Clarke b'dawn il-kundizzjonijiet: a) toffri s-servizzi legali tagħha inkluż li tirrappreżenta lill-KNPD quddiem il-qrati media ta' 4 siegħat fil-ġimgħa. b) Il-Kummissjoni tħallas retainer fee ta' Lm200 fix-xahar (VAT eskluż). c) Dan il-ftehim jgħodd għal sena u beda jgħodd mill-1 ta' Jannar 2001. d) Dan il-ftehim jista' jiġġedded jekk ikun hemm qbil bejn iż-żewġ partijiet. e) Il-Kummissjoni tista' ttemm dan il-ftehim qabel tagħlaq is-sena jekk ma tkunx sodisfatta bis-servizzi li tkun qed tirċievi. Awtorita' tad-Djar L-Avukat Dr Ray Zammit huwa impjegat bħala konsulent legali part-time, kif ukoll bħala segretarju tal-Bord. Is-salarju li jirċievi huwa ta' Lm3,200 fis-sena. Aġenzija Appoġġ L-Aġenzija Appoġġ għandha lil Sapiano and Associates bħala ditta ta' Avukati. L-Aġenzija Appoġġ tħallas retainership ta' Lm3000 fis-sena għal xogħol konness ma' pariri u rappreżentazzjonijiet fil-qorti għal social workers u professjonisti oħra mpjegata ma' l-Aġenzija u pariri u rappreżentatazzjonijiet fil-qorti ta' ħwejjeġ marbuta mal-bżonnijiet ta' l-Aġenzija. Appoġġ tħallas ukoll Lm3000 retaining fis-sena għal pariri u rappreżentazzjonijiet fil-qorti favur tfal abbużati kif ukoll servizz ta' pariri u rappreżentazzjonijiet fil-qorti għal nisa abbużati. ETC L-ETC għandha lil Dr Andrew Borg Cardona bħala Legal Advisor u tħallsu retainership ta' Lm125 fix-xahar. SEDQA L-Aġenzija Sedqa għandha retainership mad-ditta ta' l-avukati Sapiano and Associates. Il-ħlas huwa ta' Lm215 fix-xahar li jkopri konsulenza ta' 20 siegħa fix-xahar. Din tinkludi assistenza u pariri legali skond il-bżonn. Bord tal-Koperattivi Dr George Abela jaħdem fuq bażi ta' retainership u jitħallas skond ix-xogħol li huwa jagħmel għal Bord.
Leg 9 PQ #26953 Sitting 567 2001-07-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Retainers

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26602?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li turi l-informazzjoni mitluba.

SVPR — Impjegata

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26675 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u cioe': Jista'jgħid fiex waslet it-talba ta' nurse li fl-SVPR (dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) biex tiġi trasferita għall-isptar San Luqa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26938 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 26614?

Response (GATT, AUSTIN)

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26938 ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Dr Anthony Cutajar huwa l-uniku avukat fil-Ministeru tiegħi li għandu `retaining agreement`. Kopja tal-ftehim qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #26943 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Complaince — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tax compliance unit għamlitx u/jew qiegħda tagħmel użu mis-servizzi ta' xi konsulenzi? Jekk iva, min huma l-konsulenti? X'inhuma l-assignments tagħhom u kemm qed jitħallsu tas-servizzi tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lill-Onor. Membru li bhal issa it-Tax Compliance Unit qed taghmel uzu minn-Servizz ta’ konsulenza mill- Malta University Services bhala assistenza fl-ezercizzju tal-benchmarks. L-ispiza mistennija li tilhaq is-somma ta’ Lm943.
Leg 9 PQ #26944 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

TCU

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija li jitħabbru l-benchmarks tat-TCU? Jista' jgħid kemm hi twila l-lista ta' setturi ta' operaturi ekonomiċi li hemm involuti f'dan l-eżerċizzju?

Response (DALLI, JOHN)

Kif ghidt qabel, l-informazjoni mitluba tinghata meta jkun il-waqt
Leg 9 PQ #26946 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Compliance Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid is-selection board attwali għall-għażla ta' l-ingaġġ ta' nies ġodda fit-tax compliance unit minn min huwa kompost? Il-membri ta' dan il-bord ġew nominati mit-TCU innifsu jew mill-ministeru tiegħu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngharraf lil-Onor. Membru li is-selection Board attwali ghall-ghazla ta’ l-ingagg ta’ nies godda fit-Tax Compliance Unit huwa kompost minn ufficcjali pubblici li gew nominati mill-Public Service Commission. Il-membri tas-selection Board huma: Chairman - Paul J Barbara Kap tat-TCU Membri Oliver Vassallo Direttur Operations VAT Anthony Vella Direttur Operations Inland Revenue Dept. Joseph Church Direttur Corporate Services, Health Ministry
Leg 9 PQ #26949 Sitting 566 2001-07-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Retainers

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 26606?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba hi kif se nsemmi: Dipartiment/ Avukati/Ditti ta' Retainers/terms tal- Entita` Avukati Kuntratt Fondazzjoni għall- Dr Hugh Peralta LL.D. Lm300 fis-sena Istudji Internazzjonali Public Broadcasting Dr Joseph Refalo Lm 1000 fis-sena Services Mediterranean Dr Tonio Grech Lm 2,500 fis-sena - kuntratt Conference Centre ta' 5 snin.
Leg 9 PQ #26697 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Departiment Heads

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm irriżultaw li kien hemm każi fejn department heads irrifjutaw li jużaw is-servizz ta' l-email bħala parti mix-xogħol tagħhom? Jistgħaw jiġu identifikati id-dipartimenti/ministeri ikkonċernati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ebda `department head` fid-dekasteru tiegħi ma rrifjuta li juża s-servizz ta` l-e-mail bħala parti mix-xogħol tiegħu jew tagħha.
Leg 9 PQ #26734 Sitting 565 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Re-Instatement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi il-policy attwali dwar ir-re-instatement fil-Korp tal-Pulizija? Kemm ilha fis-seħħ?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 25986.
Leg 9 PQ #26683 Sitting 564 2001-06-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 26567 tistgħax tgħid kemm-il VAT affetwat kull skola?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onorevoli Interpellant missu jaf li ma nistax ngħati nformazzjoni fuq taxpayers partikulari.