Jista' l-Ministru jikkonferma li skond l-eurostat mhuwiex aċċettabbli li l-figuri tat-treasury clearance fund ma jiġux miżjuda mad-deficit fiskali fil-fond konsolidat tal-pajjiż? X'se isir mill-Gvern Malti f'dan ir-rigward?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li taħt il-Fiscal Surveillance Procedure taħt Kapitlu 11 - Unjoni Ekonomika u Monetarja ta' l-Acquis Communitaire il-pajjiżi kandidati kollha, bħal ma jagħmlu il-pajjiżi membri kollha, iridu jippreżentaw kull sena notifika ta' d-deficit u d-dejn tagħhom. Dan jimplika estensjoni tal-gvern ċentrali għall-gvern ġenerali li allura jkun jinkludi extra-budgetary units li jaqgħu taħt kriterji speċifikati fil-metidoloġija tal-European Standards of Accounts (ESA) - Verżjoni 1995. Għaldaqstant, avvanzi li jsiru lill dawk l-extra-budgetary units mit-Treasury Clearance Fund jiġu nklużi taħt din in-Notifika.
Din in-notifika, li tkun ippubblikata, tkun reviewed mill-Eurostat u dawn jagħmlu ir-rakkomandazzjonijiet tagħhom lid-DG Ecofin għall-evalwazzjoni finali ta' dawn ta' l-aħħar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi il-market correctivity allowance li tħallset f'kull każ lid-Direttur tat-Tax ComplianceUnit, lid-Direttur u lill-Manager ta' Kordin u lic-Chief Information Management Officer (CIMO)
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat illi l-“market correctivity allowance” titħallas kif ser insemmi:-
Chief Information Management Officer LM3000 p.a.
Direttur, Faċilita Korrettiva, Kordin LM3000 p.a.
Direttur, Tax Compliance Unit LM2000 p.a
Manager, Faċilita Korrettiva, Kordin LM2000 p.a
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-rejazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta għad-defiċjenzi kbar fis-sigurta' ta' postijiet strateġiċi ta' pajjiżna li ġew żvelati fil-programm televisiv ta' TVM - Bondicini?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Jien infurmat li l-Forzi Armati qegħdin jinvestigaw il-każ bil-għan li jiġu stabbiliti l-fatti kollha sabiex, jekk ikun hemm il-bżonn, jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tad-dipartiment ta' l-informazzjoni għar-rapport li deher f'La Republica, il-ġurnal influwenti Taljan, li Malta hija waħda mill-'paradisi fiscali' li għandhom jiġu mgħarbla sew dwar il-possibilta' ta' ħasil ta' fondi konnessi mal-grupp terroristiku ta' Bin Laden?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant li jispeċifika d-data tal-ħarġa tal-ġurnal “la Repubblica” li fiha deher ir-rapport imsemmi fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid l-MFSC kemm nefaq flus fuq il-launch u ibbaġitja fondi għall-kumpanija konness mal-proġett dwar e-money mifrux fuq tliet snin? Liema kienu l-gurnalisti barranin li taw coverage lil dan il-launch? Dawn inġiebu Malta għall-okkazzjoni mill-MFSC? Il-Gvern iħoss li l-pajjiż joffri attrazjonijiet bizzejjed biex dan il-proġett jirnexxi meta skond ma wieġeb l-Ministru nnifsu lil membru ta' l-istampa barranija preżenti għal launch, m'huma qed jiġu kkunsidrati ebda inċentivi fiskali ġodda biex iħajru nies ġodda barranin biex jieħdu sehem f'dan il-proġett?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-launch promozzjonali tal-kampanja għall-investiment fil-qasam tal-e-money ġiet tiswa Lm6,305. Din l-ispiża kienet tkopri l-ispejjeż tal-ġurnalisti li nġabu Malta mill-MFSC għal dan il-launch. Il-ġurnalisti kienu jirrappresentaw lil International Financial Adviser, European Financial Advisor, Banking and Technology Magazine, Accountancy Age, The Banker u Salt Communications.
Il-Gvern iħoss li l-istruttura ta’ taxxa għal attivitajiet internazzjonali bħal ma’ huma l-immaniġjar ta’ flus u sistemi ta’ pagament elettroniċi flimkien mal-cost structures li toffri Malta huma adegwati biex iħajru investiment ta’ dan it-tip mingħajr inċentivi addizzjonali. Minbarra dan, din il-kampannja tibbaża fuq il-vantaġġi fil-leġislazzjoni presenti, l-investiment f’infrastruttura relatata li qed isir f’Malta kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat, l-esperjenza bankarja fil-pajjiż kif ukoll is-servizzi ta’ “support” li kumpanniji lokali qegħdin f’pożizzjoni li jipprovdu lil investimenti ta’ dan it-tip.
Jista' l-Ministru jgħid billi l-IMF wera x-xewqa li t-twaqqif tas-singli regulato fil-qasam finanzjarju ma jiġix fis-seħħ qabel ma isseħħ il-privatizzazzjoni tal-BOV tistax tagħti indikazzjoni tat-time scales li fihom mistennija ssir il-move għat-twaqqif tar-regolatur waħdieni, kif wkoll tal-privatizzazzjoni tat-tieni bank ewlieni fil-gzejjer Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni tingħata meta jkun il-waqt.
Jista' l-Ministru jgħid x'metodoloġija tintuża għall-kumpilazzjoni tal-figuri tal-GDP? Kien hemm xi tibdil dan l-aħħar? Kif tispjega il-fatt li jirriżultaw xejriet differenti bejn il-GDP balances tal-goods and services u il- 1st quarter balance of payments accounts?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-metodoloġija tal-Prodott Gross Domestiku hija deskritta kemm fil-pubblikazzjoni tan-National Accounts kif ukoll fil-pubblikazzjoni "Sources and Methods" dwar l-istess sett ta' statistika.
Il-Prodott Gross Domestiku jiġi ffissat mill-"income side" u wara li l- "expenditure side" tinħadem b'mod indipendenti, din tiġi rikonċiljata ma' l-"income side". Il-bilanċi msemmija fil-bilanċ tal-pagamenti u l-Prodott Gross Domestiku qiegħdin jinħadmu skond metodoloġija differenti u huma t-tnejn negattivi. Dawn jinħadmu skond it-tagħrif fl-idejn fiż-żmien tal-kumpilazzjoni tagħhom u huma ndikati bħala proviżorji u suġġetti għal tibdil. Fil-fatt, il-bilanċi msemmija nħadmu u ġew ippubblikati fi żmien differenti minn xulxin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu sussidji lill-kumpaniji parastatali tal-Gvern s'issa f'din is-sena finanzjarja? Tista' tagħti breakdown ta' dan kollu?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta li ta' l-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi fil-mistoqsija parlamentari nru. 28093 f'seduta 602.
Jista' l-Ministru jara li il-Bank Ċentrali jiġi notifikat mit-teżor biċ-ċaqlieq li jkun hemm fit-Treasury Clearance Fund? Jista' jagħti rendikont dettaljat tal-użu li sar mit-treasury clearance fund mill-bidu tas-sena finanzjarja s'issa bl-isem tal-ażjendi parastatali li lilhom ġew avvanzati fondi? Hemm xi uħud minn dawn il-fond li il-Gvern jikkunsidra li ser jkun diffiċli biex jiġu rikoverati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li rapporti ta' l-Awditur jiġu ppublikati min żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jagħtu breakdown dettaljat tal-capital expenditure li ġiet minfuq din is-sena s'issa? Jikkonferma li fost dawn l-ammonti kien hemm items li ma kienux ta' natura purament kapitali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji li fuqhom jimxi l-Ministeru tal-Finanzi huma l-istess bħas-snin l-imgħoddija.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi biex titneħħa l-iskip li hemm wara Scotch Pine street, San Ġwann ħdejn ir-roundabout billi din qed tkun ta' inkonvenjent kbir għar-residenti tal-inħawi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Kunsill Lokali konċernat.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament billi din għollewlha il-kera minn Lm 60 fis-sena għal Lm 180 fis-sena għas-sena 2000 taħt il-kategorija 'E' meta hi kienet qed taħdem biss part time u għalkemm kellha lil bintha taħdem?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-kera tal-persuna ndikata ġiet riveduta korrettement skond id-dħul li ddikkjarat hija stess.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali tal-gvern fid-diversi ministeri li qed jieħdu l-market correctivity allowance? X'inhuma l-kriterji biex wieħed jikkwalifika għal din l-allowance? Minn meta ġiet approvata mill-gvern? Taħt liema kundizzjonijiet tingħata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li l-“market correctivity allowance” titħallas biss f’każijiet fejn il-Gvern isibha ħafna diffiċli biex jimla postijiet ta’ ċerta sfida fis-Servizz Pubbliku minħabba l-iskarsezza fis-suq u fis-Servizz Pubbliku ta’ persuni bil-kwalitajiet u l-esperjenza meħtieġa.
Din l-allowance kienet approvata li tingħata lid-Direttur u lill-“Manager” tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’Marzu 2001 u f’Lulju 2001 rispettivament, lid-Direttur tat-“Tax Complaince Unit” fi Frar 2001 u l-“Chief Information Management Officer” (CIMO) f’Awissu 2001.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 28013?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li l-policy tal-MIMCOL dwar użu ta' aġenti ta' l-assikurazzjoni minn dejjem kienet bħal użu ta' servizzi oħra, jiġifieri li l-kumpaniji sussidjarji tagħha jitolbu kwotazzjonijiet għal kwalunkwe servizz mingħand tnejn jew aktar ditti li jipprovdu s-servizz. Dik id-ditta li toffri l-aħjar kundizzjonijiet u prezzijiet tkun mitluba tipprovdi s-servizz lill-kumpanija.
Rigward il-kumpanija ta' l-insurance broker sussidjarja tas-Sea Malta, din qed tikkompeti fis-suq ma' l-insurance brokers l-oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li skond l-eurostat mhuwiex aċċettabbli li l-figuri tat-treasury clearance fund ma jiġux miżjuda mad-deficit fiskali fil-fond konsolidat tal-pajjiż? X'se isir mill-Gvern Malti f'dan ir-rigward?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru tal-Finanzi.
Jista' l-Ministru jikkonferma li f'pajjiżi oħrajn ir-rata tal-RPI tiġi mqabbla on a year to year basis aktar mill on a 12 month moving average basis?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li f'ħafna pajjiżi, ir-rata ta' l-inflazzjoni tinħadem permezz tat-"twelve month moving average" għax b'hekk ikun qed jitneħħa kwalunkwe effett ta' staġjonalita'. Madanakollu f'numru ta' pajjiżi oħra ir-rata ta' l-inflazzjoni tinħadem ukoll fuq bażi ta' "year to year" li għandha ferm aktar validita' għax tiddependi minn żewġ "observations" biss u mhux fuq tnax.
Tajjeb jingħad ukoll li l-Uffiċċju Nazzjonali ta' l-Istatistika ħadem u ppubblika l-inflazzjoni biż-żewġ metodi fin-News Releases numri 51 u 79 ta' din is-sena.
Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li uffiċjali tat-Tax Compliance Unit qed jingħataw aċċess għall-files tal-Inland Revenue Dept, mingħajr l-awtorizazzjoni meħtieġa, sempliċiment billi jirriproduċu kopja tal-ittra uffiċjali li tkun inħarġet mit-TCU lit-tax payer/s li jkunu qed jiġu investigati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-files li għalihom qed jingħata aċċess mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni għal uffiċċjali tat-Tax Compliance Unit huma biss dawk il-files fejn tkun qed issir investigazzjoni bl-awtorita' tal-Kummissarju tat-Taxxi Interni.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ ta' housing ta' familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fejn l-aħħar housing inspection saret fid-29.03.01, aktar u aktar billi b'kollox hemm disa persuni joqogħdu fl-istess dar bħalissa?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm tax payers li għad għandhom kontijiet pendenti x'jirċievu ta' qabel is-sena 1997?
Kemm minnhom huma ta' ħaddiema bil-paga, pensjonanti, self-employed u kumpaniji?
Kemm intbgħatu minn dawn il-kontijiet f'dawn l-aħħar jiem? X'inhu it-total li qed jittarġetja li jiġbor id-dipartiment minn dawn il-kontijiet ta' qabel l-1997?
Kemm hemm minn dawn il-kontijiet tal-1997 u/jew qabel li huma ikkontestati?
Ir-Repayment programme ta' dawn il-bilanci invarja u jekk iva kif u fuq liema kriterji u skond liema skala ta' ħlas lura?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ taxpayers li għad baqagħlhom kontijiet x’jirċievu rigward snin qabel is-sena 1997, jiġifieri sas-sena bażi 1996 huwa 60,557.
Dawn huma maqsumin hekk:
Ħaddiema bil-paga
42,211
Pensjonanti
4,727
Self-employed
7,172
Kumpaniji
6,447
Ta’ min wieħed jinnota li l-ewwel tliet figuri qatt ma jistgħu jkunu eżatti minħabba li f’każ ta’ koppja miżżewġa jista’ jkollok konjuġi li jkunu f’kategoriji differenti (per eżempju r-raġel impjegat u l-mara bil-business) jew inkella jagħmlu xi żmien f’kategorija umbagħad jaqilbu għal kategorija oħra (per eżempju l-ewwel ikunu ħaddiema umbagħad isiru pensjonanti jew jibdew jaħdmu għal rashom).
Rigward is-snin imsemmija, matul ix-xahar ta’ Awissu ntbagħtu 1,661 assessments sa sena bażi 1996. It-total ta’ taxxa mistenni minn dawn il-kontijiet huwa Lm412,114.
Mhux possibbli li wieħed jgħid kemm minn dawn il-kontijiet huma kkontestati minħabba li (1) dawk li ssemmew fl-ewwel parti tal-mistoqsija għadhom ma ħarġux u (2) dawk li jirreferu għall-kontijiet li ħarġu f’dawn l-aħħar jiem għadu ma għalqilhomx iż-żmien li fih jistgħu jikkontestaw il-kont.
Fil-ġranet li għaddew, taxpayers li għandhom bilanc ta’ aktar minn Lm50 sas-sena bażi 1997 (sena ta’ stima 1998) u li fuqu għadhom ma għamlux ftehim mad-dipartiment dwar kif jitħallas il-bilanċ u lanqas għandhom xi oġġezzjoni kontra xi kont għal xi sena sas-sena bazi 1997, qed tintbagħtilhom ittra. Fejn l-ammont huwa zgħir il-persuna qed tintalab tħallas fi żmien 15-il ġurnata. F’każi oħra qed jingħataw minn 6 xhur sa sena żmien biex jitħallas il-bilanċ.