Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #28616 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma rapporti li l-Bank Ċentrali qed jagħmel studju sabiex jiddetermina jekk il-weights kurrenti tal-lira Maltija humiex xierqa, kif ukoll sabiex jiġi stabilit l-impatt fuq il-kompetittivita ta' pajjiżna fil-medium to long term jekk il-komponent tal-Euro 56.8% jiżdied?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li biex jilħaq l-għanijiet tal-politika monetarja, l-Bank, regolarment isegwi u jeżamina kull aspett li għandu x'jaqsam mar-rata tal-kambju tal-lira Maltija, b'mod speċjali l-livell tal-lira u l-kompożizzjoni tal-baskett li miegħu hija marbuta.
Leg 9 PQ #28617 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

National Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jiġi ippublikat in-national programme for the adoption of the acquis rivedut? Dan mistenni joħroġ qabel ir-rapport li jmiss tal-Kummissjoni Ewropeja dwar pajiżna? Huwa maħsub li jiġi ippubblikat qabel il-budget nazzjonali li jmiss jew ma hemm ebda rabta bejn it-tnejn?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li abbozz tal-Programm Nazzjonali għall-Adozzjoni tal-Acquis rivedut, huwa kważi ffinaliżżat. Wara li jsir proċess ta' konsultazzjoni fi ħdan il-MEUSAC, l-abbozz finali jiġi approvat mill-Kabinett u mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ma hemm l-ebda rabta bejn il-pubblikazzjoni tal-NPAA u d-dibattitu dwar il-budget nazzjonali.
Leg 9 PQ #28618 Sitting 618 2001-10-16 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Retail Trade

Question

Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tax-xejra li hemm minn xi promoturi maltin biex ikun hemm sehem barrani fir-retail trade lokali, il-gvern qed jagħti kunsiderazzjoni tal-fatt li dan jista jwassal biex ċertu sourcing jibda jiġi redirected lil suppliers barranin flok dawk lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li fil-preżent kwalunkwe kumpanija Maltija, kemm jekk għandha xi sehem barrani fiha kif ukoll jekk m'għandhiex, tista' tagħmel sourcing mingħand suppliers lokali u/jew barranin għall-ħtiġijiet kummerċjali tagħha. Għaldaqstant mhux mistenni li dan il-fatt iwassal biex ċertu sourcing jibda jiġi redirected lil suppliers barranin flok dawk lokali.
Leg 9 PQ #28607 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola — Pembroke

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni ta' meta mistenni li jitlesta x-xogħol fuq l-iskola Junior Lyceum ta' Pembroke u meta l-istudenti li qegħdin temporanjament jagħmlu il-form II f' tas-Sliema mistennija jintbagħtu lura f' din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hu ppjanat li x-xogħol fuq l-iskola tal-Junior Lyceum, Pembroke, jitlesta sa Settembru 2003. L-istudenti li qegħdin temporanjament jagħmlu l-Form II tas-Sliema mistennija jintbagħtu lura f'din l-iskola għal Form III f'Settembru 2002.

Childrens Allowance

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga ilment li wasalli li lill-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qalulhom li għalkemm l-investigazzjonijiet dwar l-intitolament tagħhom għaċ-childrens allowance ġew mitmuma mhumiex ser jitħallsu qabel Novembru għax allegatament ma hemmx flus?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-familja ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha, inkluż il-fatt li l-allegazzjoni li m'hemmx flus hija invenzjoni bla bażi ta' xejn.

Triq Alessju Xuereb — Taż-Żwejt

Question

Jista' l-gvern ċentrali jagħti l-għajnuna meħtieġa lill-kunsill lokali San Gwann biex tiġi rranġata Triq Alessju Xuereb Taż-Żwejt billi mill-mod li bih taqleb it-triq kull meta jkun hemm xita qalila jispiċċa jkun hemm flooding ta' ħafna garages li jinsabu taħt il-livell tat-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara din il-problema ta` flooding biex flimkien mal-Kunsill jara kif din il-problema ta` flooding tista` tiġi riżolta.

Bus Shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li jsir bus shelter għall-passiġġieri ta' bus 65 qrib taż-Żwejt, kif ukoll li jitwaħlu sinjali bil-ħinijiet meta jgħaddu l-buses minn dawk l-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-twaħħil ta` Bus Shelters issa għadda f`idejn il-Kunsill Lokali u għalhekk it-talba għandha ssir lill-Kunsill Lokali ta` San Ġwann. Fir-rigward ta` twaħħil ta` time tables għandi pjaċir ninforma lill-Onor. Interpellant li dan l-eżerċizzju qed isir fil-preżent u hemm il-ħsieb jitwaħħlu r-rotot kollha ta` Malta u Għawdex issa li bdiet topera l-iskeda tax-xitwa.

Karozzi tal-Linja — L-Iklin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħawx jiġu milqugħa l-ilmenti ta' diversi residenti ta' l-Iklin biex ikun hemm servizz ta' karozza tal-linja li tgħaddi minn Triq il-Wied kollha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li għalissa ma hemm l-ebda ħsieb li tiġi ntrodotta rotta ġdida fil-lokalita` imsemmija.
Leg 9 PQ #28612 Sitting 617 2001-10-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Refunds — Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jilqa' t-talba tal-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex id-dipartiment tat-taxxi interni jagħmel settlement dwar refunds li ilhom pendenti mis-sena 1991 u li suppost li ġew finalizzati xi sentejn ilu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni kunfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista' jmur sat-taxpayer Service u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #28423 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finbank

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' kien il-valur tat-transazzjoni li il-Finbank għamlet mal-bank Sudaniż li kien fl-aħbarijiet dan l-aħħar? X' kien l-isem tal-kumpanija Sudaniża involuta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Fimbank stess żvela lill-pubbliku l-informazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant. L-Onorevoli Interpellant jaf ukoll li kwalunkwe nformazzjoni li bank ikollu fuq il-klijenti tiegħu hi ta' natura kunfidenzjali u għalhekk dettalji bħalma hu qed jitlob ma jistgħux jingħataw lil pubbliku.

Driving Licence

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex l-applikazzjoni għal driver's licence tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament għadha ma waslitlux minkejja li ħallasha f' Marzu li għadda? Sal-lum huwa ingħata biss liċenzja proviżorja?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li mill-1 ta' Jannar ta' din is-sena l-liċenzja tas-sewqan saret tikonsisti minn żewġ dokumenti, jiġifieri mill-liċenzja photocard u mill-kontroparti tal-liċenzja. Peress li kien hemm xi diffikultajiet waqt il-proċess tat-tender għall-provista tal-photocard id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet kien qiegħed joħroġ biss il-kontroparti tal-liċenzji, li din waħeda hija valida bħala liċenzja tas-sewqan. Fil-fatt mis-27 ta' Settembru 2001 bdew jintbagħtu l-ewwwl liċenzji photocard lill-persuni li ġeddew l-liċenzja tas-sewqan tagħhom mill-1 ta' Jannar. Il-Liċenzja photocard qegħda tintbagħat skond id-data tat-tiġdid tagħha lill-persuni li diġa' rċevew il-kontroparti tal-liċenzja. Dawk il-persuni li qegħdin iġeddu l-liċenzja tagħhom mit-18 ta' Settembru l-quddiem ser jibdew jirċievu l-liċenzja photocard u l-kontroparti flimkien. Dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, din inħarġitilha l-kontroparti tal-liċenzja fit-23 ta' April 2001, valida sal-2007, u l-liċenzja photocard tagħha tintbagħtilha skond il-proċess imsemmi hawn fuq.
Leg 9 PQ #28431 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Investments Registration Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hu kompost il-kumitat ta' tħejjija tal-pjani tal-Gvern in konnessjoni mal-Investments Registration Scheme?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tal-Finanzi hu direttament responsabbli mill-Investments Registration Scheme. F'dan l-eżerċizzju taw sehemhom il-Bank Ċentrali, ċ-Ċentru tas-Servizzi Finanzjarji, l-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali u raprezentanti mgħażula mill-practitioners fis-settur konċernat.
Leg 9 PQ #28490 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

IMF

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija nru. 28380?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ġa ngħatat fil-mistoqsija parlamentari nru. 28380 f'seduta 607.
Leg 9 PQ #28492 Sitting 612 2001-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Żjara f' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li Mexxeja Ewropej li kienu ser iżuru Malta, ħassru iż-żjara tagħhom minkejja li komplew biż-żjarat tagħhom f'pajjiżi oħrajn Ewropej?

Response (BORG, JOE)

Għalkemm l-Onorevoli Interpellant ma speċifikax għal liema żjarat ta' mexxejja Ewropej qed jirreferi, qed nippreżumi li qed jitkellem fuq il-posponiment taż-żjarat li kelhom jagħmlu f'pajjiżna l-Prim Ministru Spanjol Aznar, u l-President tar-Repubblika Ċeka Vaclav Havel, li kienu l-uniċi żewġ żjarat li ma seħħewx. Il-Prim Ministru Aznar kien wera x-xewqa illi jżur Malta qabel ma Spanja tassumi l-Presidenza Ewropea. Iż-żjara ġiet posposta - u mhux kanċellata, skond kif infurmawna l-istess awtoritajiet Spanjoli - sakemm jiġu evalwati sew l-iżviluppi fis-sitwazzjoni internazzjonali wara l-attakki terroristiċi fuq l-Istati Uniti tal-11 ta' Settembru 2001. Irrid infakkar lill-Onorevoli Membru li oltre Malta l-Prim Ministru Aznar, ippospona wkoll iż-żjara tiegħu għal Ċipru, l-Latvja u l-Litwanja li kellhom isiru maż-żjara ta' Malta. Rigward il-President Havel, l-ewwel indikazzjonijiet kienu li ż-żjara kienet se tiġi mqassra minħabba l-istess raġuni tas-sitwazzjoni internazzjonali inċerta. Sussegwentement ingħata tagħrif li ż-żjara ġiet mħassra għalissa. Ta' min jgħid li fl-istess perijodu li l-President Havel suppost kellu jkun Malta huwa ħassu ħażin u kellu jiġi rikoverat l-isptar.
Leg 9 PQ #28417 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'żidiet kien hemm bejn l-1999 u l-2001 fir-rigward tas-salarji u allowances oħrajn tal-impjegati tal-Bank Ċentrali li m'humiex koperti minn ftehim kollettiv, primarjament dawk il-persuni li jokkupaw l-għola postijiet fl-istruttura tal-Bank?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1999 u l-2001 il-gradi anzjani tal-Bank Ċentrali ingħataw żidiet fis-salarji u allowances bir-rata ta’ 9% maqsuma fuq tliet snin bl-istess mod kif ingħataw żidiet taħt il-ftehim kollettiv. F’Marzu li għadda ingħatat żieda ta’ Lm717 bejn salarju u allowance lill-ogħla grad b’riżultat tar-ristrutturar tal-Bank.
Leg 9 PQ #28419 Sitting 609 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Ekonomija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kien hemm xi riżenji riċenti fid-Dipartiment tal-Ekonomija tal-Bank Ċentrali? Jekk iva, x'notice period għandhom il-persuni ikkonċernati? Jekk fl-affermattiv, huwa minnu li xi persuna li setgħet tefgħet ir-riżenja tagħha minn dan id-Dipartiment ġiet offruta diġa konsulenza mal-istess Bank jew ineklla ġiet impjegata fuq bażi part-time mal-Bank? F'dan il-każ, saru xi sejħiet pubbliċi għall-mili ta' dawn il-postijiet?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm riżenja ta' persuna fid-Dipartiment ta' l-Ekonomija. In-notice period huwa skond kif tipprovdi c-CERA. Ma hemm l-ebda kuntratt ta' konsulenza jew impjieg part-time.
Leg 9 PQ #28381 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Dħul ta' Vat, Kontribuzzjonijiet u Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru VAT, kontribuzzjonijiet għas-sigurta soċjali u income tax minn Għawdex tul is-sena finanzjarja li intemmet kif wkoll fis-sentejn ta' qabel?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' VAT miġbura taħt l-Att ta' l-1998 dwar Taxxa Fuq il-Valur Miżjud minn persuni reġistrati Għawdex matul is-snin 1999 u 2000 kin kif ġej: Sena Ammont (LM) 1999 1,680,970 2000 1,728,141 Total 3,409,111 It-totali ta’ Income Tax u l-Kontribuzzjonijiet ta’ Sigurta’ Soċjali miġbura mingħand taxpayers li għandhom l-ID Card G matul is-snin 1998 - 2000 huma kif gej: 1998 1999 2000 LM LM LM Income Tax 1,329,274.45 1,872,558.91 2,093,796.66 Kontr. Sigurta’ Socjali 1,703,007.54 2,036,794.49 2,218,778.82

Reġistrar

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna indikata under separate cover li ilu jirreġistra fuq part 2 mill-bidu ta' Ġunju ta' din is-sena minħabba fid-diffikultajiet finanzjarji li jinsab fihom, jista' jagħti indikazzjoni dwar meta l-qagħda tiegħu tista' tiġi regolarizzata aktar u aktar billi mid-dipartiment tawh x'jifhem li għad baqagħlu xi xahrejn oħra x'jistenna qabel jibda jirċievi l-assistenza finanzjarja mitluba?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata appellat quddiem l-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol wara li ġiet maqtugħa mill-Ewwel Parti tar-Reġistru għax irrifjutat offerta ta' xogħol. Infurmat ukoll li l-mara ta' din il-persuna applikat għall-Għajnuna Soċjali f'isimha. Din l-applikazzjoni ġiet eżaminata mill-Bord għall-Għajnuna Soċjali fit-23 t'Awissu 2001, li ddeċieda li jirrevedi l-każ wara d-deċiżjoni ta' l-appell mill-Awtorita' tax-Xogħol.
Leg 9 PQ #28384 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Żjara f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li mexxeja ewropej li kienu ser iżuru Malta, ħassru iż-żjara tagħhom minkejja li komplew biż-żjarat tagħhom f'pajjiżi oħrajn ewropej?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #28385 Sitting 608 2001-10-02 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Vapuri tal-Gwerra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żjarat minn vapuri tal-gwerra skedati għax-xhur li ġejjin?

Response (BORG, JOE)

S'issa saru u ntlaqgħu talbiet għal żjarat informali f'Malta fix-xhur li ġejjin minn disa' vapuri navali.