Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-provvista ta' l-ilma u dawl għal Triq May Butcher, l-Iklin qed jiġi pprovdut fuq arranġamenti temporanji?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li la l-provvista ta' l-elettriku u lanqas dik ta' l-ilma fit-triq imsemmija ma huma qed jiġu pprovduti fuq arranġamenti temporanji.
Jista' l-Ministru jgħid billi l-MFSC huwa mistenni li jassumi ir-rwol ta' Single Financial Regualator b'kemm huwa maħsub li jikber l-istaff compliment taċ-Ċentru kif ukoll jekk hemmx pjani li jitkabbru il-premises taċ-Ċentru?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC għandu l-ħsieb li jawmenta n-numru ta' mpjegati bħala effett tar-rwol futur tiegħu bħala single financial servcies regulator, u nfatti saru u qegħdin isiru taħditiet mal-Bank Ċentrali dwar trasferiment ta' staff mill-Bank Supervision Division għal ma l-MFSC li eventwalment ser issir il-Malta Financial Services Authority. In -numru ta' staff li ser jgħaddu mal-MFSA għadu mhux definit.
Fil-frattemp, l-MFSC daħal f'kuntratt ta' bejgħ, permez ta' att pubbliku notarili, għax-xiri tal-propjeta' adjacenti mal-uffiċju preżenti tagħha fl-iMrieħel, li fiha, fost oħrajn, ser jiġu akkomodati n-nies li eventwalment ikunu inkarigati mis-superviżjoni tal-banek.
Jista' l-Ministru jgħid id-Dipartiment tat-Taxxi Interni jinvestiga ir-refund pendenti ta' taxxa ta' madwar Lm261 f' isem il-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament u jistabbilixxi kuntratt dirett mat-taxpayer dwar dan?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista’ jmur sat-Taxpayer Service u jkun jista’ jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li it-trejqa li tagħti minn Triq Ġuże Borġ, taż-Żwejt għal b' Kara/Iklin titwessgħa jew issir one way minħabba l-inkonvenjent għat-traffiku li jeżisti bħalissa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt it-talba ta` l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x`jista` jsir.
Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament li jattendi il-Furtu Selvatico School tan-Naxxar jingħata servizz ta' facilitator kif kien ġie indikat li kien ser isir?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, tlabt li r-rapport mill-Istatementing Moderating Panel dwar l-istudent li jattendi l-iskola tan-Naxxar, Furtu Selvatico, jiġi komunikat lill-awtoritajiet edukattivi kompetenti biex jittieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid meta jiġu introdotti traffic lights jiġi studjat x'impatt dan jista' jkollu fuq n-negozji fl-inħawi? Dawn in-negozji fil-fatt jiġu ikkonsultati bil-quddiem?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li kull fejn jiġu ntrodotti Traffic Lights jogħla l-livell ta` safety mhux biss għas-sewwieq iżda wkoll għall-pedestrians, għaldaqstant l-impatt għan-negozji fl-inħawi jkun dejjem posittiv.
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi riduzzjoni ta` spazju għall-parkeġġ, din ir-riduzzjoni għandha tiġi kkunsidrata mall-vantaġġi li jinħolqu bl-introduzzjoni ta` Traffic Lights.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandha l-awtorita' tat-trasport pubbliku biex tintroduċi rotta ġdida għall-karozzi tal-linja li jgħaddu minn Pembroke, dan sabiex tiżdied il-frekwenza sabiex ir-residenti jkunu jistgħaw jinqdew aħjar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-servizz tat-Trasport Pubbliku li qed jingħata għall-lokalita` ta` Pembroke huwa skond rotta 671. Dan apparti rotot oħra li jaħdmu għal Baħar iċ-Cagħaq, St. Andrews u Swieqi (rotot 68,67,64 rispettivament).
L-Awtorita` qedgħa f`diskussjonijiet ma` l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku fejn qed jiġi diskuss titjieb u rotot ġodda in ġenerali nkluż il-lokalita` ta` Pembroke. Appena ikun hemm xi żviluppi, l-Aworita` tippubblika l-informazzjoni fuq il-media kif ukoll fuq il-website tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet it-talba tal-kunsill lokali ta' Pembroke biex il-Gvern ċentrali joħloq slipway għad-dilettanti tad-dgħajjes fl-akwati?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li qed jiġu studjati proposti mid-Dipartiment tal-Kostruzzjoni u Manutenzjoni fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent biex tkun sottomessa applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward din is-slipway.
Jista' l-Ministru jinformana jekk ix-xatt ta' quddiem l-istabiliment Mare D'Oro, fil-Bajja tal-Fekruna, Xemxija, hux propjeta' privata jew inkella art pubblika? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanti li juru eżattament liema żona hija propjeta tal-istabiliment imsemmi, u liema hija art pubblika? Jista' jinfurmana jekk l-aċċess għall-parti pubblika hux wieħed liberu? Jista' jinfurmana jekk il-Pulizija ta' San Pawl il-Baħar u tal-Qawra hux infurmati b'dan u jaraw li l-liġi qed tiġi osservata?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proċess minn naħa tal-Gvern għall-esproprjazzjoni għal skop pubbliku tal-art murija issingjata fuq il-pjanta li se inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ġie kontestat mis-sidien tal-istabbiliment Mare d`Oro.
Ingħatat sentenza mill-Qorti tal-Prim Awla favur l-istess sidien. Pero` din is-sentenza ġiet appellata minn naħa tal-Gvern. Dan l-appell għadu ma nqagħtax.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jiġi finalizzat in-north harbour plan?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pjan Lokali għall-Portijiet tat-Tramuntana, kif amendat wara li saret konsultazzjoni pubblika, huwa ippjanat li jiġi ppreżentat lil Bord ta` l-Awtorita` ta` l-Ippjanar f`Diċembru ta` din is-sena. Imbagħad dan jgħaddi għand il-Gvern għall-konsiderazzjoni qabel ma jiġi formalment adottat.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal ix-xogħol ta' restawr fuq il-batterija ta' Pembroke? Meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta' restawr fuq il-batterija ta' Pembroke huwa fi stat avvanzat. Ix-xogħol ta' landscaping, l-installar ta' ilma, dawl u drenaġġ, xogħol ieħor li jinkludi ħadid u playing field equipment qegħdin fil-proċess li jitlestew. Madankollu jinħtieġ li jinħareġ joint conservation u expropriation order sabiex ix-xogħol ikun jista' jiġi terminat.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex wasal ix-xogħol fuq Misraħ il-Fortizza, Pembroke? X'ko-ordinazzjoni qed issir mal-entitajiet u korporazzjonijiet governattivi biex jiġi żgurat li dan ix-xogħol ma jintefgħax lura?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid liema triqat f'Pembroke huma proġettati li ser jingħataw it-tarmak?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fil-preżent id-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għall-offerti għal xogħol f`toroq Mitrovich, Misraħ il-paċi u N Tagliaferro. Qed isir xogħol ukoll fuq l-ippjanar mill-ġdid għad-daħliet ta` Pembroke.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex waslet il-kwistjoni dwar Block V fil-qasam tad-djar ta' San Ġorġ li dwaru saru konsultazzjonijiet anki mal-kunsill lokali ta' Pembroke?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li wara laqgħa li saret aktar kmieni dan ix-xahar bejn l-Awtorita' tad-Djar, is-Sindku ta' Pembroke u r-residenti tal-post indikat, saru xi proposti ġodda minn dawn ir-residenti. L-Awtorita' qiegħda tikkunsidra dawn il-proposti.
Jista' l-Ministru jikkonferma t-time scale li fiha għanha tiġi solvuta l-problema tal-Magħtab?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Dik li l-Onorevoli Interpellant jirreferi għaliha bħala "l-problema tal-Magħtab" hi problema komplessa ħafna li għandha l-għeruq tagħha kif s'issa ħarisna lejn l-iskart.
L-istrateġija għall-immaniġġjar ta' l-iskart li għadha kemm kienet approvata mill-Kabinett telenka bit-timeframes il-miżuri li għandhom jittieħdu biex isseħħ bidla radikali fil-kamp ta' l-immaniġġjar ta' l-iskart f'pajjiżna.
Din l-istrateġija ssemmi fost ħwejjeġ oħra, li trid tinbena engineered landfill sa l-aħħar tas-sena 2003. Ikun biss wara din id-data meta l-miżbla eżistenti fil-Magħtab tkun tista' tingħalaq u jkun jista' jinbeda l-proċess ta' riabilitazzjoni tal-miżbla eżistenti.
Jista' l-Ministru jgħid b' referenza għat-tweġiba li ngħatat lill PQ 28383 dwar il-persuna lid-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament aċċettabli li l-awtorita nazzjonali tax-xogħol tibgħatlu tweġiba fejn tgħidlu li t-talba tiegħu ma tistax tiġi milqugħa għax kull appellant hu f' sitwazzjoni simili u fil-bżonn bħalek?
Jikkonferma li il-każ ġie spjegat b' mod aktar prudenti?
Kemm jgħaddi żmien sakemm din il-persuna tkun intitulata mill-ġdid għall-għajnuna soċjali kif ukoll biex tibda tirreġistra fuq parti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-Tweġiba mill-Awtorita' Nazzjonali tax-Xogħol li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija kienet risposta dwar it-talba tal-persuna ndikata biex l-appell jistema' b'urġenza u mhux dwar l-appell innifsu.
Fir-rigward ta' l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onor. Interpellant li normalment persuna li tkun reġistrata għax-xogħol fuq it-Tieni Parti tar-Reġistru, miżmum mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ, tiġi reġistrata fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru wara sitt xhur. Kif tiġi reġistrata fuq l-Ewwel Parti tar-Reġistru tkun tista' tapplika għall-Għajnuna Soċjali f'isimha mmedjatament.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-investigazzjonijiet u l-ħruġ ta' childrens allowance f'isem il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lil-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-każ tagħha.