Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda żidiet fit-tariffi.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li ma kienx hemm żidiet fit-tariffi ħlief għaż-żieda ta' tariffa għat-trasferimenti ta' bastimenti żgħar kif ippubblikat b'avviż legali Nru. 129 ta' l-2001.
Jista' l-Ministru jgħid billi l-applikanta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għall-head dressing school minkejja li ma intgħażlitx ma dawk magħżula irriżulta li kellha għadd tal-punti żbaljati kif ġie ikkonfermat meta uffiċjal tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għamel recounting tal-punti li hija ġabet, tistgħax tinvestiga l-ilment tagħha li hi ġiet maqbuża mil-lista finali ingustament? Meta issir din l-investigazzjoni ta' dan l-ilment jistgħax jittieħed nota tal-fatt li il-prospectus applikabbli ma kienx dak ta' academic school iżda ta skola oħra ta' taħriġ? Billi il-każ kellu jiġi riferut lill-ombudsman ma taħsibx li il-Ministeru għandu jinvestiga dan il-każ mill-ġdid minn issa ħalli l-applikanta ma titlifx it-turn xieraq tagħha?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-uffiċjal responsabbli fid-Dipartiment konċernat, mhux fil-Ministru, ċaħad kategorikament li qatt ikkonferma li kien sar xi żball. L-istess uffiċjal spjega lill-applikanta li l-marki li kienet ingħatat kienu dawk korretti. L-investigazzjoni mitluba mill-Onor. Membru diġa` saret mill-Office of Review tal-Ministeru u rriżulta li l-mod kif inħadmu l-marki kien skond il-kriterji u prattika stabbilita għal numru ta' snin, kif ukoll li l-għadd tal-marki li ingħatat kien korrett. Il-complainant ġiet spjegata dan b'mod l-aktar ċar u ġiet mgħarrfa li hi ma ġietx maqbuża mil-lista finali.
Naturalment ma kienx ikun ġust għall-kumplament ta' l-applikanti kieku kellhom jinbidlu l-kriterji issa biex jakkomodaw lill-complainant. Diġa` ttieħdet nota biex fil-prospektus jiġu spjegati b'mod aktar ċar il-kriterji diġa` eżistenti u adottati għall-kors in kwistjoni.
Sadattant id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha għaddejja bil-każ quddiem l-Ombudsman.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga mill-ġdid il-każ ta' housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li diġa ġie riferut lilek minħabba l-urġenza tal-każ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi l-każ qed ikun ikkunsidrat flimkien ma oħrajn simili.
Jista' l-Ministru jgħid billi dan l-aħħar ġie irrapurtat li qal li t-twamp system tal-Borża ta' Malta tinsab taħt skrutinju, dan ifisser li s-sistema tista tiġi riveduta jekk tinstab alternattiva aħjar minnha?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li meta bdiet topera il-Borża, il-prezz ta' l-ishma kkwotat bħala l-iktar indikattiv tas-suq kien ikun il-closing price. Matul iż-żmien, dan il-prezz tbiddel l-ewwel fit-TWAMP, biex dejjem jibqa jirrefletti dan li jkun qiegħed jiġri fis-suq. Għalhekk, bħalissa, kif ġara fil-passat, it-TWAMP qiegħed jiġi rrevedut u dan jista jitbiddel jekk tinstab alternattiva li aktar tirrefletti dan li jkun qiegħed isir fis-suq.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm xi flus fil-banek maltin li ġew iffriżati bħala accounts suspettużi wara l-attakk terroristiku fuq l-Istati Uniti fil-11 ta' Settembru, 2001?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid ġiex ppubblikat ir-rapport dwar il-Pre-Accession Economic Programme li kellu jiġbor fih il-Macroeconomic Stability and Fiscal Position tal-Gvern Malti inkonnessjoni ma' l-alignment ta' pajjiżna ma' l-acquis ta' l-UE?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport dwar il-Pre-Accession Economic Programme ntbgħat lill-Kummissarju Ewropeja fl-1 ta' Ottubru. Dan il-Programm qed jiġi evalwat mill-Kumitat tal-Ekonomija u Finanzi tal-ECOFIN Council biex wara jkun diskuss ma dak ta' pajjiżi oħra f'laqgħa li se issir fi Brussels fis-27 ta' Novembru li ġej. Wara dan kollu l-kummissjoni tippublika l-PEP's ta' dawn is-7 pajjiżi kandidati billi tqegħdilna fuq il-Website tal-Preidenza Belġjana.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-pjani tal-Ministeru li jsaħħaħ l-Economic Forecasting Capacities tiegħu sabiex ikun jista' jieħu sehem fil-Mutual Economic Surveillance Programmes tal-UE, kif ukoll sabiex ikun jista eventwalment jaderixxi ruħu mar-Reporting Procedures tant l-Excessive Deficit Procedure u l-iStabilityand Growth Pact?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħal issa din il-funzjoni qed tinqeda b'riżorsi tal-Economic Planning Division fi ħdan il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Iżda hemm il-ħsieb li l-Ministeru tal-Finanzi jibni dawn il-kapaċitajiet fi ħdanu stess.
Jista' l-Ministru jikkonferma dak li hemm fl-Overview of Alignment with the Acquis -Vat Capter 10 Taxation fit-trattativi tagħna mal-UE fejn jintqal li l-Parlament Malti ser jadotta emendi għall-liġi tal-Vat sat tieni quarter tas-sena 2002 sabiex jiżgura compliance sħiħa mal-acquis tal-UE?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant illi fl-Overview of Alignment with the Acquis tal-Position Paper fuq Chapter 10 - Taxation, hemm imniżżel illi l-Parlament Malti ser jadotta emendi għall-liġi tal-VAT sat-tieni quarter tas-sena 2002 sabiex jiżgura compliance sħiħa mal-acquis tal-UE ħlief għat-talbiet li qed isiru f'Sezzjoni C ta' l-istess dokument.
Bħalissa qegħdin isiru negozjati bejn Malta u l-UE fuq għadd ta' arranġamenti speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-VAT. Għalkemm il-Gvern se jipprova jagħmel l-emendi neċessarji għal-liġi tal-VAT sa nofs is-sena d-dieħla, dan jiddependi ħafna mill-progress tan-negozjati.
Jista' l-Ministru jaġġorna lil din il-Kamra dwar fhiex wasal il-Business Change Management Plan li kien tfassal a bażi ta' proġett ta' għajnuna teknika wiesgħa mill-Kummissjoni Ewropeja fil-qafas ta' dak li jissejjaħ Fiscal Blueprints Exercise?
Billi fil-Position Paper dwar l-Acquis jintqal li dan il-pjan kellu jiġi implimentat gradwalment u mistenni jitlesta sa tmiem is-sena 2002, jista' jgħid jekk il-pjan huweix miexi on track u fiex wasal?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li t-twettiq tal-Business Change Management Plan miexi kif ippjanat. Twaqqfu Pre-accession Units fid-Dipartimenti tad-Dwana u tal-VAT waqt li nħattru żewġ Project Managers barranin biex jorgannizzaw ix-xogħol meħtieġ.
Ix-xogħol mwettaq s'issa jinkludi:
- aġġornament ta' għadd ta' regolamenti biex jiġu kompatibli ma' dawk ta' l-UE
- titjieb fil-faċilitajiet għal klijenti tad-Dipartimenti bħal ftuħ ta' l-One-Stop Shop fid-Dipartiment tal-VAT.
- issaħħu l-istrutturi amministrattivi tad-Dipartimenti biex ix-xogħol ikun aktar effettiv
- ingħata taħriġ lil ħaddiema fuq diversi oqsma bħal customer care service, programmi ta' l-informatika, infurzar ta' taxxa u management
- għadd ta' ħaddiema intbagħtu jipparteċipaw f'seminars u laqgħat organizzati minn FISCALIS, TAIEX u IOTA
- ġew introdotti proċeduri ġodda
- għadd ta' ħaddiema intbagħtu f'pajjiżi membri biex jaraw aktar mil-viċin il-prattiċi ta' xogħol
Is-sena d-dieħla se tkompli l-attivita fl-oqsma li semmejt waqt li se jsir ukoll xogħol fuq l-interkonnettivita bejn id-Dipartimenti tad-Dwana u l-VAT ma' l-Kummissjoni ta' l-UE.
Jista' l-Ministru jgħid billi kien ġie irrapurtat li Malta kienet qed tieħu sehem fil-Fiscalis Programme wara li ġiet aċċettata fuq bażi proviżorja - liema seham kien maħsub biex ittejjeb is-sistemi ta' taxxi indiretti fit-tħaddim tas-suq intern, jista' jgħid jekk twaqqfitx il-bażi legali li tippermetti sehem sħiħ f' dan il-programm?
Tista' taġġorna lill-Kamra dwar din il-ħidma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-misotqsija tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li l-iStreet Naming Committee jagħti isem lill-parti tal-Qasam tal-Bini tal-Gvern Ta' Xbiex li tagħmel ma' Church Street Msida?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skond l-Avviż Legali 176 ta` l-1995, kull tismija ta` triq trid toriġina mill-Kunsill Lokali tal-lokalita`.
Jista' l-Ministru jgħati d-dettalji li taħthom fil-preżent ħaddiema nisa fis-settur pubbliku jistgħaw jaħdmu reduced hours?
Hemm xi ħsieb li dawn il-konċessjonijiet jiġu estiżi fil-ġejjieni qarib?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Skond Appendiċi A taċ-Ċirkolari Nru OPM/25/99 dwar is-siegħat imnaqqsa, uffiċjali fis-settur pubbliku li ilhom jaħdmu “full time” għal sena (kemm irġiel u nisa) minbarra:
(a) dawk li huma fuq “Performance Agreement”/qegħdin fuq kuntratt b’kundizzjonijiet determinati minn qabel,
(b) suldati fl-Armata ta’ Malta, jew
(c) uffiċjali fi klassi Edukattiva
jistgħu jaħdmu fuq ”reduced hours” jekk:
i) huma f’perjodu ta’ “Parental Leave” jew huma intitolati għall- “Parental Leave” jekk japplikaw. Il-“Parental Leave” hu “leave” bla ħlas li jingħata lill-ġenituri sa massimu ta’ erba snin biex jieħdu ħsieb it-tifel/tifla tagħhom. F’dawn il-każi is-siegħat imnaqqsa jistgħu jittieħdu sakemm it-tifel/tifla tilħaq l-eta’ ta’ tmien snin; jew
ii) huma f’perjodu ta’ “Responsibility Leave” jew huma intitolati għar-“Responsibility Leave” jekk japplikaw. Ir-“Responsibility Leave” hu “leave” bla ħlas li jingħata sa massimu ta’ sena li jista jiġi mġedded biex l-uffiċjal jieħu ħsieb xi ġenituri anzjani, tfal jew raġel/mara li jkunu b’diżabilita’ u jkunu dipendenti fuqhom; jew
iii) għandhom il fuq minn ħamsin (50) sena u jipproduċu ċertificat mediku mingħand speċjalista li għal raġunijiet mediċi jew raġunijiet umanitarji u familjari serji, ma jistgħux jattendu għax-xogħol fuq bażi “full time”.
Impjegati nisa/rġiel li huma eliġibli jistgħu jitolbu li jaħdmu siegħat imnaqqsa għal raġunijiet oħra. F’dan il-każ huwa l-kap tad-Dipartiment li jiddeċiedi jekk hemmx ġustifikazzjoni li dawn l-uffiċjali jaħdmu fuq siegħat imnaqqsa.
Nisab infurmat li għalissa m’hemmx il-ħsieb li dawn il-konċessjonijiet jiġu estiżi fil-ġejjieni qarib
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hux minnu li l-HCEB ta struzzjonijiet lill-Institute of English Language Studies biex ma jħallsux flus dovuti lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għaż-żamma ta' strudenti kif inhija liċenzjata li tagħmel?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li hu minnu li l-H.C.E.B. tat l-istruzzjonijiet li jsemmi l-Onor. Interpellant. Ġejt infurmat ukoll li mir-records tal-H.C.E.B. ma jirriżultax li r-residenza in kwistjoni hi liċenzjata.
Jista' l-Ministru jgħid x' inhu id-daqs tad-debt/GDP ratio mbassar għal din is-sena?
X' kien fis-snin 2000, 1999 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-daqs tad-dejn net tal-Gvern mal-Prodott Gross Domestiku fis-snin imsemmija fl-interpellanza kien dan li ġej:
1996 : 37.97%
1997 : 46%
1998 : 50.27%
1999 : 49.34%
2000 : 51.81%
2001 : 54.88% (imbassar)
Wieħed jista jara li fis-sentejn ta' Gvern Soċjalista id-dejn żdied b'12.3% waqt li fl-aħħar tlett snin tal-Gvern ġdid Nazzjonalistaq d-dejn żdied b'4.6%.
Dan għaliex waqt li fis-sentejn ta' Gvern Soċjalista, d-deficit lebbet qisu żiemel maħrub, f'dawn l-aħħar tlett snin, id-deficit qed jiġi kkontrollat.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tas-sinjura peress li qalulha li persuni fuq il-35 sena ma jkunux intitolati għal free sticks tad-diabete kif jkunu dawk ta' taħt il-35 sena?
Tikkonferma li r-regolamenti hekk qegħdin u jekk iva ma taħsibx li dawn għandhom jiġu reviewed biex ma ssirx diskriminazzjoni kontra persuni diabetiċi ta' kull eta' li qed ikollhom joħorġu dawn l-ispejjeż minn buthom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Rigward ir-regolamenti, l-pożizzjoni ma tbiddletx minn dik mogħtija fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 26392 f'seduta 554.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi pjani li tiġi żviluppata l-għalqa tal-gvern li hemm quddiem il-flats tal-Gvern ta' Taż-Żwejt kantuniera ma Sir Luigi Camilleri Str, Taż-Żwejt?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika s-sit li qed jirreferi għalih, possibilment fuq site plan, sabiex tingħata risposta xierqa.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-problema ta' nuqqas ta' pressa tal-ilma li għandhom ir-residenti ta' 62, Marija, Sir Luigi Camilleri Str, Taż-Żwejt?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.