Peress illi tibdil fit-tariffi jsiru permezz ta' Avviżi Legali l-informazzjoni mitluba hi diġa pubblika u l-Onorevoli Interpellant jista' jsibha fil-Gażżetta tal-Gvern.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li għandna jidher li ma kien hemm l-ebda kontijiet f'banek maltin li kienu ffriżati għax suspettużi wara l-attakk terroristiku fuq l-Istati Uniti fil-11 ta' Settembru 2001.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid filwaqt li ninsab infurmat li c-children allowance f'isem il-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament qed tiġi investigata minħabba xi underdeclaration ta' xi interessi bankarji, jistax jagħti indikazzjoni dwar jekk dawn l-investigazzjonijiet ġewx konklużi billi l-familja ilha li ġiet mgħarrfa mill-25.09.01 li l-każ tagħha kien għall-investigazzjoni u li kien mistenni jiġi konkluż fil-ġejjieni qarib?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ tal-familja li għamel referenza għaliha qed jiġi nvestigat u mistenni jkun konkluż fil-futur qarib. Il-familja kkonċernata ġiet infurmata b'ittra dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninform l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u r-risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min huwa kompost il-Public Private Partnership Unit? Kemm inħarġu call for expression of interest s'issa?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Il-“Public Private Partnership Unit” ser jiġi stabbilt skond il-ħtieġa u l-proposti li jsiru waqt id-diskussjonijiet kemm mal-“Unions” kif ukoll mas-settur privat.
Li hemm issa huwa “Steering Committee” li jitmexxa mis-Segretarju Permanenti fl-Uffiċċju tiegħi.
Sa issa ħarġet sejħa waħda għal dikjarazzjoni ta’ interess.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tat-taħdidiet mal-Gvern Tuneżin f 'Tuneż dwar il-free trade agreement? Meta mistenni jiġi konkluż? Inqatgħu xi intoppi tekniċi fil-proċess tat-taħdidiet? Hemm xi taħdidiet oħrajn għaddejjin dwar ftehim ieħor simili ma xi pajjiżi oħrajn bħalissa? Jekk iva, liema huma?
Response (BORG, JOE)
Id-diskussjonijiet mal-Gvern Tuneżin għall-konklużjoni ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles waslu fi stadju avvanzat ħafna. Ta' min wieħed ifakkar li f'dawn it-taħdidiet huma nvoluti numru ta' Ministeri, fosthom il-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi. Huwa dan il-Ministeru illi jidderieġi t-trattattivi, u għalhekk jkun jaf aħjar x'punti tqajmu ta' natura teknika miż-żewġ naħat.
Kemm l-Eġittu kif ukoll it-Turkija wrew interess fil-possibilita' li Malta tagħmel ukoll magħhom Ftehim ta' Kummerċ Ħieles. Sa issa, għadhom ma bdewx taħdidiet formali ma' dawn iż-żewġ pajjiżi.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti l-ġodda tal-Fellenberg Institute huma mistennija li jitħallsu l-istipendju gċalhiex sal-bidu ta' Novembru kienu gfħadhom ma tħallsux? Tistax' tinvestiga l-ilment li wasalli li fost l-istudenti il-ġodda għad hemm għalliem tal-Maths nieqes?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hija proċedura li l-istudenti l-ġodda jitħallsu l-ewwel stipendju fl-aħħar ta' Novembru.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija informat li qed isiru l-aħħar arranġamenti biex jiġi ingaġġat għalliem tal-Matematika wara li irtirat il-persuna li kienet assenjata s-suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid meta huma mistennija li jinħarġu xi promozzjonijiet fit-taqsima tal-banda tal-Armata?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li promozzjonijiet fit-taqsima tal-banda tal-Forzi Armati jinħarġu ma’ dawk ta’ l-Armata kollha kif sar f’Ġunju ta’ din is-sena u/jew meta jkun hemm xi ħtieġa partikolari. Din is-sena saru 21 promozzjoni fil-banda.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li jaħdem bil-minibus u li jgħid li fis-servizz li qed jipprovdi għall-għomja lejn u minn St Venera minkejja li żdiditlu ir-rotta, l-awtoritajiet naqqsulu r-rati kurrenti ta' Lm 6.62 kull jum għall dik ta' żmien is-sena 1993 ta' Lm 4.22?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-ilment dwar il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġie nvestigat. Minn din l-investigazzjoni rriżulta li, relatat mat-tul tar-rotta li qed tagħmel, l-ħlas ta' Lm4.22c għal kull vjaġġ hu korrett.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-uniċi tariffi li żdiedu f`xi dipartiment / entita` li jaqgħu taħt id-dekasteru ta` l-Intern huma r-rati ta` ħlasijiet għall-applikazzjonijiet lill-Awtorita` ta` l-Ippjanar. Dawn huma kif jidher fl-Avviż Legali 275 ta` l-2000, li b`effett mill-1 ta` Jannar 2001, amendaw ir-rati ta` ħlas dwar bini kif kuntemplati f`Avviż Legali 112 ta` l-1996.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li ma kien hemm ebda żieda f'xi tariffi tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li ma kien hemm lebda żieda fittariffi middipartimenti li jaqgħu taħt ilMinisteru għal Għawdex matul ilperijodu msemmi.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (BORG, JOE)
Id-drittijiet għall-awtentikazzjoni ta' ċertifikati li kienu ta' LM2 ġew riveduti bis-saħħa tal-Avviż Legali 237 ta' l-2001. Jien qiegħdt kopja ta' dan l-Avviż Legali fuq il-Mejda tal-Kamra fis-Seduta 612 tat-8 ta' Ottubru 2001.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Novembru 2000 sallum, ma kien hemm l-ebda żiediet fit-tariffi, kemm permezz ta' Avviżi Legali u kemm mhux, mid-Dipartimenti jew entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-unika żieda fit-tariffi li ġiet intordotta minn Novembru 2000 sal-lum fid-dekasteru tiegħi kienet mill-Universita` ta' Malta. Din iż-żieda saret bl-Avviż Legali Nru. 260 ta' l-2001 li jemenda r-Regolamenti dwar Ħlasijiet li għandhom jitħallsu għall-Matrikola u Ċertifikat ta' Edukazzjoni Sekondarja ta' l-Universita` ta' Malta. Ma dawn il-figuri hemm ukoll it-tariffi ta' qabel li bdew iseħħu fl-1993:
2001 1993
Lm Lm
Ħlas għar-Reġistrazzjoni 5.00 3.00
Eżami tal-Matrikola Livell Avvanzat* 9.00 8.00
Eżami Prattiku* 3.00 2.00
Eżami Livell Intermedjarju* 8.00 7.00
Eżami għal Ċertifikat ta' Edukazzjoni
Sekondarja 6.00 5.00
Ħlas addizzjonali għal reġistrazzjoni
tardiva 20.00 5.00*
* għal kull suġġett meħud.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?
Response (REFALO, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Avviż Legali numru 64 ta’ l-1984 u l-Avviż Legali numru 14 ta’ l-2001.