Jista' l-Ministru jgħid fid-dawl tal-kritika tal-kummissjoni ewropeja dwar il-poteri u l-impatt dgħajjef tal-kummissjoni ta' kontra il-korruzzjoni, il-gvern Malti għandu xi ħsieb li jirrendi lil din il-kummissjoni aktar effettiva u trasparenti fis-set up u fil-ħidma tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-Kummissjoni ma tistax tkun iktar trasparenti milli hi għaliex KuLL rapport magħmul minnha ġie ppublikat mill-Gvern, minkejja li fil-liġi m`hemmx obbligu li dan isir.
Jista' l-Ministru jippublika l-ewwel maltese pre-accession economic programme li il-ministeru tiegħek ħejja u ippreżenta lill-kummissjoni ewropeja flimkien mal-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 29259 f'seduta 629.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-istudju li saret referenza għalih fir-rapport ta' ħidma tal-Ministeru dwar tisħiħ dwar is-settur pubbliku u dak privat? Jekk dan għadu mhux lest, meta mistenni jitlesta?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-referenza li saret fir-rapport ta' ħidma tal-Ministeru, reigward tisħiħ bejn is-settur pubbliku u dak privat, kienet intiża biex temfasizza l-isforzi tal-Gvern biex tonqos in-nefqa pubblika. Dan jista jseħħ billi ħaddiema tal-Gvern jitpoġġew jaħdmu fuq proġetti ta' fejda bil-parteġipazzjoni tas-settur privat permezz tal-proġett tal-Public Private Partnership.
Jista' l-Ministru jgħid x'qiegħed iżomm lill-gvern milli jintroduċi l-iskema ta' ripatrijazzjoni ta' investimenti tal-maltin minn barra l-pajjiż meta l-iskema kellha tiġi fis-seħħ jew fl-ewwel ta' Ottubru jew f'dik id-data li fiha tkun għaddiet mill-parlament il-leġiżlazzjoni meħtieġa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-leġislazzjoni u regolamenti relatati li jirregolaw ir-ripatrijazzjoni ta' nvestimenti tal-Maltin minn barra l-pajjiż qegħdin jiġu ppreparati u dalwaqt għandhom jiġu ppreżentati fil-Parlament.
Jista' l-Ministru jinvestiga it-talba ta' single mother li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover għall-isussidju fil-każ ta' housing li għandha ref. HAY94/20001 taħt skema Y?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata fil-Mistoqsija applikat taħt Skema Y - Sussidju ta' Imgħax Fuq Self għad-Djar Settur Privat - fis-19 ta' Ottubru 2001. L-Awtorita' tad-Djar qegħda tistenna li tirċievi d-dokumenti mill-banek biex tivverifika l-assi ta' l-applikanta.
Hekk kif l-Awtorita' tirċievi dawn id-dokumenti tkun f'pożizzjoni li tinforma lill-applikanti bir-rata sussidjata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni għan-naturalisation bħala ċittadina ta' Malta sottomessa mill-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover ġie irrifjutata fil-25 ta' Settembru 2001 wara li kienet ilha pendenti minn Diċembru tas-sena l-oħra iżjed u iżjed billi dil-persuna ilha Malta għal snin sħaħ wara l-inċidenti mdemma li nqalgħu f'pajjiżha? Jekk dak kien on grounds of policy x'kienu il-fatturi li wasslu għal din d-deċiżjoni?
Response (BORG, TONIO)
It-talba li kienet għamlet il-persuna ndikata mill-Onor. Membru ma ntlaqgħatx għax mhix il-policy li talbiet bħal dawn jiġu kkunsidrati favorevolment u ma tinkwadra ruħha fl-ebda waħda mill-kategoriji ta` persuni li għalihom tingħata konsiderazzjoni favorevoli.
Kif diġa` kont infurmajt lill-Onor. Membru permezz tat-tweġiba li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 18766, talba simili li kienet għamlet qabel l-istess persuna f`Settembru 1998 ġiet miċħuda f`Ġunju 1999.
Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta ser jitħallsu l-arretrati tal-ftehim kollettiv riċenti tas-servizz pubbliku lil dawk il-pensjonanti li għalkemm ħaddiema tal-Gvern l-aħħar li servew qabel ħarġu bil-pensjoni kienu f'korporazzjonjiet parastatali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien nfurmat mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li r-reviżjonijiet dovuti fil-pensjonijiet tas-Sigurta' Soċjali bis-saħħa tal-Ftehim Kollettiv tas-Servizz Pubbliku saru kważi kollha. Infatti minn madwar 19,000 reviżjoni jidher li pendenti baqa' madwar 120 każ. Dawn huma fil-proċess ta' reviżjoni u meta jkunu lesti l-pensjonanti ikkonċernati jiġu nfurmati bir-riżultat u, fejn dovut, jitħallsu l-arretrati.
Fil-każ tal-korporazzjonijiet parastatali, il-pensjonijiet tas-sigurta' soċjali marbuta mas-salarji f'dawn l-organiżżazzjonijiet ukoll ġew iffinaliżżati kollha.
Għalhekk kemm il-darba l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal reviżjoni fil-pensjoni tas-Sigurta' Soċjali u għandu xi każ partikolari nitolbu jgħaddi l-informazzjoni lid-Direttur tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid l-ispecial unit li kellha titwaqqaf biex tiġbor u tgħaddi lill-kummissjoni ewropeja riżorsi finanzjarji bħala kontribut ta' Malta meta tidħol fl-Unjoni Ewropeja twaqqfet?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iSpecial Unit dwar il-ħdim u l-ġbir tal-kontribut ta' Malta lejn il-Budget tal-Unjoni Ewropeja skond il-position paper taħt Kapitlu 29 tal-Acquis Communitaire twaqqfet fl ħdan il-Ministeru tal-Finanzi. Din il-Unit hi ppreseduta mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru u koordinata mid-Direttur Ġenerali responsabbli mill-Amministrazzjoni Finanzjaraja.
Jista' l-Ministru jgħid il-public finance management bill meta mistenni li jiġi ppublikat?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-drafting ta' dan l-Abbozz ġdid ta' Public Finance Management qiegħed fi stadju avvanzat u mistenni li jkun ippublikat fl-ewwel tlett xhur tas-sena d-dieħla.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija titwaqqaf il-common agricultural policy unit fid-Dipartiment tad-Dwana?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-'CAP Unit' taħdem formalment mas-sħubija fl-Unjoni Ewropeja. Iżda rrid ngħid illi diġa hemm nukliju ta' uffiċjali fid-Dwana li segwew u qed isegwu taħriġ fil-materja mogħti f'Malta minn esperti li jiġu min pajjiżi Membri kif ukoll isiru żjarat f'dawn il-pajjiżi biex tittieħed esperjenza diretta f'dal-qasam.
Dan it-taħriġ, fid-diversi aspetti li jolqtu d-Dwana, huwa l-bażi ta' dal-'Unit' u huwa il-ħsieb li l-uffiċjali konċernati jkomplu jingħataw taħriġ iktar prattiku u sostenut fl-aħħar xhur ta' qabel is-sħubija biex il-liġijiet u l-proċeduri jkunu segwiti sewwa.
Jista' l-Ministru jgħid ir-regolamenti ġodda dwar xiri pubbliku biex jarmonizzaw ir-regolamenti preżenti mad-direttivi tal-UE meta mistennija li jiġu ppublikati bħala abbozz ta' liġi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, safejn għandu x’jaqsam id-Direttur Ġenerali tal-Kuntratti, ix-xogħol fuq l-armonizazzjoni tal-Public Service (Procurement) Regulations preżenti mar-regoli ta’ l-Unjoni Ewropeja, jinsab fi stadju avvanzat ħafna u għandu jkunu lest sa’ l-aħħar ta’ din is-sena. Meta r-regolamenti emendati jiġu approvati minn kull aspett dawn jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra skond il-proċedura stabbilita.
Jista' l-Ministru kemm ġew investigati kumpaniji u/jew individwi mit-Tax Compliance Unit s'issa? Kemm minnhom huma bbażati fuq listi li thejjew mill-Vat Department u minn dipartimenti oħrajn? Kemm hemm każi li għandhom x'jaqsmu mad-dipartiment tat-taxxi interni F'kemm il-każ minnhom ġew applikati l-benchmarks? Meta effettivament ġew fis-seħħ il-benchmarks?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lil-Onorevoli interpellant li s'issa 36 każ ġew referuti lit-TCU għal-investigazzjoni fuq evażżjoni tat-taxxa. Dawn jiġu nvestigati kemm għall xi evażżjoni tat-taxxa tal-VAT jew tal-Income Tax kif ukoll għal evażżjoni ta' Dazju, jekk ikun il-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies fil-kumpaniji u korporazzjonijiet parastatali u jew b'shareholding maggoritarju tal-Gvern mill-11 ta' Settembru 2001 'il quddiem? Jista' jispeċifika dawn il-każi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn il-11 ta' Settembru u d-9 ta' Novembru ta' din is-sena, in-numru ta' persuni li ġew ingaġġati fil-kumpaniji u korporazzjonijiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tal-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi huwa kif ġej:
AZJENDA GRAD NUMRU
Enemalta Professional Executive
(Accountant) Trainee 1
Malta Development Technician 1
Corporation
Malta Drydocks Chief Executive (Commercial) 1
Chief Executive (Production) 1
Malta Freeport Administration 1
Terminals Ltd. Management Information System 1
Gozo Channel Co. Ltd. First Officer 1
Customer Service Executive 1
Maltapost plc Postal Operator 7
IPSE Ltd. Manager 1
Malta Standards Technical 4
Authority
Fil-każ ta' l-Air Malta, Maltacom, Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma u l-M.O.B.C. l-informazzjoni għadha qed tinġabar, filwaqt li fl-azjendi l-oħra ma kienx hemm ingaġġ ta' persuni matul il-perjodu indikat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ex ħaddiema impressed ġew miżjuda ma dawk irreġistrati bħala self-employed jew mal-ħaddiema tas-settur pubbliku? Jekk iva, kif ġew klassifikati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant li l-ex-ħaddiema impressed bidlu n-natura tax-xogħol tagħhom, u dawn minn self employed fis-settur privat ġew klassifikati labourers mas-settur pubbliku (gvern).
Jista' l-Ministru jara li tingħata kunsiderazzjoni xierqa mill-ETC lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament bħala security guard?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant mhux qed tirreġistra bħala security guard imma bħala handyman u watchman. Ninforma lill-Onor. Interpellant illi biex wieħed jaħdem ta' security irid ikun fil-pussess ta' warrant maħruġ mill-Kummissarju tal-Pulizija, u din il-persuna m'għandhiex dan il-warrant.
B'danakollu l-Employment Advisor tal-persuna ser tibgħat għaliha biex tiddiskuti magħha xi diffikultajiet li jista' jkollha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma id-diffikultaijiet li hemm pendenti dwar l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza tal-persuna li d-dettalji qed jitbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma hemmx diffikultajiet dwar il-każ li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant. Fil-fatt din il-persuna ser tirċievi ittra mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza li tikkonfermalha li għandha ċittadinanza doppja.
Fid-dekasteru tieghi, kien hemm xi caqliq f’tariffi fid-Dwana u l-Bor¿a ta’ Malta:
BOR¯A TA’ MALTA
1. Accredited Representative Admission Fee:
Minn Lm 200 ghal Lm 250 (i¿-¿ieda tkopri 8 sieghat tahrig)
2. Stockbroking Firm Fees:
Mal-liberizazzjoni tal-‘commission fees’, din issa qed tithallas bir-rata fissa ta’ 0.03% fuq it-‘turnover’ ta’ kull ditta; qabel kienet tigi kkalkulata fuq il-Gross Turnover ta’ kull ditta. S’issa irri¿ulta li kien hemm tnaqqis fil-gbir minn dawn il-mi¿ati
3. Central Securities Fees:
Initial Registration Fees:
Minn Lm 2.50 per ‘holder’ ghal Lm 2.25 per ‘holder’ sa 1000 ‘holder’
Maintenance of Registers:
Minn Lm 2 ghal Lm 1 ghall-amendi li jirri¿ultaw mill-bought/sold ‘movement’
Donations:
Minn Lm 2 ghal Lm 3 kull ‘movement’
Transaction Charge:
Minn Lm 1 ghal Lm 2 per contract note
4. Remote Trading Fees (servizz gdid li ddahhal f’Settembru 2001):
· Initial Fees:
Connection fee Lm 110
Installation Lm 50
Gallery Lm 50
· Annual Fees:
Licence fee Lm 1,000
Connection fee Lm 150
Use of firewall Lm 170
Gallery connection fee Lm 50
DWANA
· Permezz ta’ l-Avviz Legali 236/2001 l-‘additional charge’ fuq xoghol maghmul fuq talba ta’ l-agent jew nogozjant bejn it-tmienja ta’ bil-lejl u t-tmienja ta’ filghodu ta’ l-ghada minn Lm 2 issir Lm3
· Fil-ka¿ tat-‘Travelling Expenses’ ir-rata telghet minn “9c3 kull kilometru” ghal “10c2 kull kilometru” waqt li l-‘additional charge’ ghat-trasport meta x-xoghol isir kollu barra l-hin normali tax-xoghol telghet minn ‘Lm1’ ghal ‘Lm1.50’ u minn ‘50c’ ghal ‘75c’ jekk ix-xoghol jibda’ jew jispicca fil-hin normali tax-xoghol.