Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29896 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet Privati — Charges

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi parametri stabbiliti li fihom ghandhom jiġu charged il-hospitalisation and professional fees tal-isptarijiet privati?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li ma hemm ebda parametri stabbiliti.
Leg 9 PQ #29900 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-post ta' Direttur Ġenerali tal-Vat jinsabx vakanti? Kemm mistenni jdum vakanti? Min qiegħed jimla dan il-post bħalissa? Meta ġiet biex issir l-għażla ttieħdu in kunsiderazzjoni riżervi li diversi amministrazzjonijiet seta kellhom dwar il-persuna/i eliġibbli għall dan il-post vakanti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nikkonferma li l-uffiċjal li kien jokkupa l-post Direttur Ġenerali tal-VAT irriżenja mis-Servizz Pubbliku b'effet mill-1 ta' Diċembru ta' din is-sena. Jien infurmat li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru dalwaqt se joħroġ sejħa sabiex din il-vakanza tkun tista' timtela'. Bħalissa qed jittieħdu l-passi meħtieġa biex, sakemm din il-vakanza timtela', isir acting appointment. Skond ir-regolamenti tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, meta jsir acting appointment ta' Kap ta' Dipartiment, il-persuna nominata normalment irid ikun l-aktar uffiċjal anzjan (senior) fid-Dipartiment.
Leg 9 PQ #29904 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Income Tax

Question

Jista' l-Ministru jikkonerma li l-Ministeru tal-Finanzi ta struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-taxxi interni biex jiġbor Lm16M addizzjonali f'income tax sa tmiem is-sena minn fuq kontijiet pendenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #29906 Sitting 647 2001-11-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm konsulenti mal-Bank Ċentrali? Min huma? Kemm ilhom iservu il-Bank? X'qegħdin jitħallsu tas-servizzi tagħhom u x'inhuwa is-servizz li qegħdin jipprovdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Bank Ċentrali għandu seba' konsulenti/advisors li jgħinu f'oqsma differenti bħal l-ekonomija, relazzjonijiet pubbliċi, legali, awditorjali u finanzi. Uħud minn dawn il-konsulenti ilhom mill-1989 u l-ħlas tagħhom din is-sena għandu jilħaq għal madwar Lm45,000.
Leg 9 PQ #29888 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatisation Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq ir-reburbishing tal-uffiċini tal-privatisation unit?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-somma globali li ntefqet fuq l-uffiċini u l-għamara tal-Privatisation Unit fit-Trade Centre, San Gwann, amontat għal Lm14,590 (VAT inkusa). Dan ix-xogħol kien sub-contracted lill-Kalaxlokk.

Sewwieq Impjegat ma Garage

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta sewwieq ikun impjegat ma garage b'kuntratt ta' ħinijiet fissi ta' xogħol is-sid ta l-azjenda li jaħdem magħha jista' jbiddilu il-ħinijiet tax-xogħol b'inqas minn 24 siegħa notice u ġieli jitolbu jieħu il-leave minn jum għall-ieħor?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Att dwar il-Kundizzjonijiet ta' l-Impjieg (Kap 135) ma jipprekludix lil imgħallem li jbiddel il-ħinijiet tax-xogħol skond l-esiġenzi ta' l-ażjenda. L-istess Att ma jipprovdix għall-ħtieġa li tingħata notice f'każijiet bħal dawn. Jien infurmat li madankollu d-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg dejjem jirrakkomanda lill-prinċipali li javżaw kemm jista' jkun minn qabel meta jkunu ser jinbidlu l-ħinijiet tax-xogħol. Avviż Legali 38 ta' l-1989 jipprovdi għan-numru ta' ġranet ta' leave li mpjegat għandu dritt għalih matul is-sena u li dan jista' jittieħed f'jiem miftehmin bejn il-prinċipal u l-impjegat.
Leg 9 PQ #29890 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jara li l-pulizija tinvestiga l-ilment ta' bosta residenti ta' Triq Pawlu Galea, San Ġwann dwar buses, trakkijiet, inġenji tal-ġarr ta' l-iskips u bowsers li spiss jiġu ipparkjati fil-viċin b'inkonvenjenza għal dawn il-familji?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija ma nstabux vetturi kif imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Minkejja dan, il-Pulizija ser tkompli tagħmel aktar spezzjonijiet sabiex ma jkunx hemm ksur ta` liġi.
Leg 9 PQ #29891 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

European Security and Defense Policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-interlocutors li ġew nominati minn Malta fuq il-political and security committe u il-military committeee kif wkoll il-point of contact mal-military staff fil-kuntest tal-european security & defence policy tal-UE?

Response (BORG, JOE)

Il-persuni nominati minn Malta huma kif ġej: 1. L-Interlocutor fuq il-political and security committee huwa l-Ambaxxatur Victor Camilleri, u bħala sostitut, hemm Ms Michelle Micallef, First Secretary. 2. L-Interlocutor fuq il-military committee huwa l-Kurunell Carmel Vassallo, Deputy Commander AFM. 3. Il-Point of contact għall-military staff huwa l-Maġġur Martin Xuereb, CFSP Attache fl-Ambaxxata ta' Malta fi Brussell.
Leg 9 PQ #29892 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġu ivverifikati l-kontijiet tad-dawl u ilma li qed jintbgħat lil anzjana li d-dettalji tagħha qed jidhru separatament? Jista' jiġi żgurat li kull meta il-meter readers iżuru membri tal-pubbliku - b 'mod partikolari persuni anzjani li jgħixu waħedhom - ikollhom fuqhom xi forma ta' identifikazzjoni uffiċjali?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba u s-suġġerimenti magħmula mill-Onorevoli Interpellant ġew riferuti lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex jiġu kkunsidrati u eventwalment tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #29893 Sitting 646 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir sleeping policeman fin-naħa t'isfel ta' Taż-Żwejt Road, San Ġwann?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #29882 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Appellate Board

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi ħsieb li jwaqqaf appellate board għad-dipartiment tal-kuntratti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern qiegħed fil-proċess li jwaqqaf Public Contracts Appeals Board awtonomu u indipendenti li jkun awtorizzat jiddeċiedi appelli magħmula minn offerenti fit-termini tar-Regolamenti dwar ix-xiri pubbliku.
Leg 9 PQ #29883 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

State Aid Inventory

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-Gvern Malti mistenni li jgħaddi l-istate aid inventory formalment lill-kummissjoni ewropeja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-iState Aid Board ser jibgħat formalment l-inventarju fil-jiem li ġejjin.
Leg 9 PQ #29884 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

National R & D Audit

Question

Jista' l-Ministru jippublika il-konklużjonijiet u il-findings tal-workshop li ġie organizzat mil-Malta Council for Science and Technology dwar National R&D Audit and Foresight Exercise in Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija qiegħed jorganizza numru ta' workshops bħala preparazzjoni għal National R&D Audit u Technology Foresight Exercise. Fil-workshops qed jiġu diskussi l-metodoloġija u l-programm ta' ħidma li għandhom jiġu segwiti. L-eżerċizzju ta' Audit diġa` ingħata bidu u jibqa' għaddej matul is-sena 2002 filwaqt li l-eżerċizzju ta' Technology Foresight għandu jingħata bidu fi Frar 2002 u jibqa' għaddej sa' Diċembru 2003. Konklużjonijiet m'humiex mistennija qabel dawn id-dati.
Leg 9 PQ #29885 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Konvenzjonijiet kontra l-Korruzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta Malta mistennija li tiffirma il-Council of Europe Civil Law Convention on Corruption? Meta mistennija taċċedi għall-OECD Convention on Combating Bribery of Foreign Public Officials in International Business Transactions kif wkoll meta mistennija tingħaqad mal-UN anti-corruption programme for Drug Control and Crime Prevention? Malta għandha xi ħsieb li tal-lineja ruħa mal-konvenzjoni għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-kommunita ewropeja u il-protokolli tagħha?

Response (BORG, JOE)

Ninsab infurmat li l-Gvern Malti qiegħed jagħmel l-istudji meħtieġa sabiex ikun jista' jikkunsidra l-implikazzjonijiet tal-iffirmar minn Malta tal-Council of Europe Civil Law Convention on Corruption u dawk biex Malta taċċedi għall-OECD Convention on Combating Bribery of Foreign Public Officials in International Business Transactions (avolja Malta għadha mhiex membru ta' l-OECD). Dwar il-UN Anti-Corruption Programme for Drug Control and Crime Prevention, nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru li Malta, bħala stat membru tal-UN, diġa tattendi laqgħat ta' dan il-programm. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nixtieq ngħid li Malta qegħda tagħmel l-preparamenti neċessarji biex tallineja ruħha ma din il-Konvenzjoni u l-Protokolli tagħha. Din il-Konvenzjoni u l-Protokolli huma miftuħa biss għall membri ta' l-Unjoni Ewropea, u għalhekk Malta tkun f'pożizzjoni li taċċedi għal din il-pożizzjoni meta tissieħeb fl-Unjoni.
Leg 9 PQ #29886 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Offerti fuq Art

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li tinħareġ għall-offerti il-biċċa art li hemm tmiss mal-ex-fabbrika tal-ST Microelectronics f'San Ġwann?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant taqa` taħt ir-responsabbilita` tal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp u għalhekk nitolbu biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #29887 Sitting 645 2001-11-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Ġrieden

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment serju li hemm dwar ġrieden ta' kull daqs fi Triq PP Bezzina, San Ġwann?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li ħaddiema mis-Sezzjoni tal-'Pest Control' ta` l-istess Dipartiment, għamlu trattament intensiv fit-triq indikata, illum l-20 ta` Novembru 2001. Infurmat ukoll illi matul din is-sena ma` ġie rrappurtat l-ebda ilment ieħor minn din l-istess triq. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita` regolarment sakemm l-infestazzjoni tal-ġrieden tiġi kkontrollata.
Leg 9 PQ #29765 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Kumpaniji Parastatali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 29682, kemm ġew ingaġġati nies full-time jew part-time u/jew b'kuntratt ma' l-Air Malta, Maltacom, WSC u l-MOBC mill-11/9/2001 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista' jispeċifika dawn il-każi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn il-11 ta' Settembru u d-9 ta' Novembru ta' din is-sena, ma ġewx ingaġġati persuni mal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, inkluża l-kumpanija Malta Desalination Services, u l-Mediterranean Offshore Bunkering Company Limited. Dwar iż-żewġ azjendi l-oħra, l-informazzjoni mitluba hija kif ġej: AZJENDA GRAD NUMRU Air Malta Technician 16 Kumpaniji Sussidjarji Technical Officer 2 tal-Maltacom Administrative Officer 19 TAS Student (Year 1) 1 Customer Care 7 Telephone Operator 13 Clerk 1 Technician 1 IT Designate Manager 2 General Manager Designate 1 IT Student 18
Leg 9 PQ #29878 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

National Programme for the Adoption of the Acquis

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jitlesta n-national programme for the adoption of the acquis aġġornat? Meta mistenni jiġi ippreżentat lill-kummissjoni ewroppeja?

Response (BORG, JOE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-National Programme for the Adoption of the Acquis għall-2001 qiegħed jiġi ffinaliżżat. Huwa mistenni li jitlesta u jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni Ewropea sal-aħħar ta' dan ix-xahar. Malli dan isir titqieghed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29879 Sitting 644 2001-11-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

European Social Charter

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li jiġi iffirmat il-european social charter rivedut? Malta meta mistennija tiffirma il-protokolli 4 u 7 tal-Konvenzjoni Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem?

Response (BORG, JOE)

Il-European Social Charter rivedut bħalissa qiegħed jigi studjat minn Kumitat imwaqqaf għal dan il-għan fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Socjali. Wara dan l-istadju tittieħed id-deċiżjoni dwar l-iffirmar u r-ratifika. Il-protokolli 4 u 7 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qegħdin jigu kkunsidrati mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sabiex jiġi determinat jekk emendi fil-liġi ikunux meħtieġa qabel ir-ratifika.