Jista' l-Ministru jgħid jistax tiġi irranġata d-daħla għal Swatar, block A1, Msida fejn ir-residenti lanqas biss għandhom tarġa biex jidħlu għal block?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jinkrew il-ħwienet li hemm proġettati għal block B1, tas-Swatar H.E. billi minħabba f'dan hemm xogħol fuq rampi li ma sarx, u entratura li fil-maltemp tkun qisha swimming pool għad-dannu tar-residenti tal-block?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-art li hemm fis-Swatar Housing Estate hija ta` l-Awtorita` tad-Djar u għalhekk l-Onor. Interpellant huwa mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jara li jsiru xi rampi u stair lifts minħabba l-isplit levels li hemm fl-iskola Sir Luigi Preziosi, St Andrews għall-benefiċċju ta' ċerti studenti bi bżonnijiet speċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada qegħda tfassal inizjattiva ġdida biex tirrisolvi l-problemi rigward l-Aċċessibilita` fl-iskejjel ta' l-Istat.
L-iskejjel kollha ser jiġu mistiedna biex jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom fil-ġejjieni qrib.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jittejjeb l-upkeep, tal-block B2, tas-Swatar, Msida billi l-partijiet komuni ma ġewx imbajda u l-ħadid għandu żewġ kuluri u huwa mġannat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għal azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li ilha tirreġistra għax-xogħol ma' l-ETC għal żmien twil?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-placement officer tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ inkarigat mill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ser tagħmel kuntatt ma din il-persuna f'qasir żmien.
Liema huma il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fil-preżent hemm sitt persuni li qed jagħtu konsulenza mhux legali fil-Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi u fid-dipartimenti li jiffurmaw parti minnu. Dawn huma
DIPARTIMENT KONSULENT REMUNERAZZJONI
ANNWALI
Ministeru Prof. Joseph Falzon Lm2,000
Mariio Farrugia Lm5,063
Joseph Galea Musu' Lm2,110 (sitt xhur)
Adrian Muscat Inglott Lm8,438
Victor Scicluna Lm4,219
Uffiċċju Nazzjonali Joseph D'Amico Lm2,500
ta' l-Istatistika
Liema huma il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?
Response (ZAMMIT, NINU)
Mal-Ministeru ta’ l-Agrikoltura u Sajd u mad-Dipartimenti li jaqgħu taħtu hemm b’kollox tmien konsulenti. Dawn huma:
Is-Sur M Camilleri, is-Sur S Deguara, is-Sur Z Peric, is-Sur R Vassallo Agius, is-Sur E Attard, is-Sur D Dandria, is-Sur A Grech u s-Sur J Pirotta. Il-kuntratti tas-Sur Z Peric u s-Sur A Grech għalqu ftit ilu u se tintalab estensjoni.
Erbgħa minn dawn il-konsulenti jitħallsu bir-rata ta' Lm 8,516 fis-sena u allowance ta' Lm 80 fix-xahar għall-fuel u mobile phone. Konsulent çħor jitħallas bir-rata ta' Lm 9,621 fis-sena kif ukoll użu ta' karrozza u faċilitajiet b'xejn ta' telefon. It-tliet konsulenti l-oħra jaħdmu part-time u b'kollox jitħallsu bejniethom Lm 11,920 fis-sena.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li tinsab irreġistrata għall-operazzjoni ta' l-artrite billi tgħarrafha jekk din l-operazzjoni tistax tinġieb 'il quddiem?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm ġew reġistrati fondi taħt l-iskema tal-Investment Registration Scheme?
Kemm minnhom tħallew barra?
Kemm minnhom ġew ripatrijati f'Malta?
Kemm kien hemm individwi kkonċernati?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għadu kmieni wisq biex wieħed jibda' jgħati statistika fuq din l-iskema. L-aħjar hu li din tingħata wara l-31 ta' Marzu 2002.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (BORG, JOE)
Il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru u l-ħlas annwali tagħhom huwa kif ser jingħad:
Alfred Zarb
LM4,800
Henry de Gabriele
LM6,328 u
Car Allowance
ta' LM 1,250
Saviour Falzon
LM13,208
George N Busuttil
LM2,400
Saviour J Stellini
LM6,570
Antoinette Cutajar
LM7,416 iżda effettivament peress li qegħda sservi fl-Ambaxxata Maltija fi Brussell tirċievi
Global
Emoluments
li jammontaw għal EURO54,454