Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31192 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Program Xarabank

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-valur ta' l-isponsorship tal-program Xarabank mill-Air Malta u minn ażjendi parastatali oħrajn? Dan it-tagħrif qed jintalab f'ġieh it-trasparenza ta' l-operat ta' dawn il-kumpaniji iffinanzjati minn fondi publiċi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li tajt għall-mistoqsija numru 31004 waqt is-Seduta numru 682 u għall-mistoqsija numru 31149 waqt is-Seduta numru 686.
Leg 9 PQ #31193 Sitting 688 2002-01-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

MTA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'arranġament kummerċjali hemm bejn il-Malta Tourism Authority u Where's Everybody?

Response (REFALO, MICHAEL)

Infurmat li f’Jannar 2001 il-kumpanija Where’s Everybody rebħet “tender” għall-produzzjoni ta’ erba’ “slots” publicitarji in konnessjoni mal-kampanja ta’ għarfien li l-Awtorita’ tagħmel fil-media lokali.
Leg 9 PQ #31150 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Konsulenti Mħux Legali — Ħlas

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 30995, min huma l-konsulenti involuti?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31151 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 31003, min huma l-konsulenti involuti?

Response (DALLI, JOHN)

Nqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 9 PQ #31161 Sitting 687 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Liċenzji

Question

B'referenza għall-dak li ntqal mis-segretarju parlamentari responsabbli mill-kummerċ li f'dawn l-aħħar tliet snin inkiseb rekord ta' liċenzji, kemm kien hemm liċenzji dwar negozji li għalqu li gew irtirati? Kemm minn dawn il-liċenzji ġodda kienu jikkonċernaw negozji għal kollox ġodda jew inkella negozji diġa eżistenti li għalqu u reġgħu fetħu

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif jaf tajjeb l-Onorevoli Interpellant, il-ħruġ jew irtirar ta' liċenzji tan-negozju għadu, f'dan l-istadju, fil-kompitu tal-pulizija u għaldaqstant nissuġġerixxi li l-informazzjoni mitluba f'din il-mistoqsija tintalab lill-Ministru kkonċernat.

Complimentaru Copies

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri parlamentari ma ingħatawx complimentary copies tal-white paper dwar ir-relazzjonijiet industrijali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Uffiċċju ta' l-Iskrivan tal-Kamra għamel talba għal sitt kopji tal-White Paper dwar l-abbozz tal-liġi dwar ir-Relazzjonijiet ta' l-Impjieg u l-emendi għall-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali. Din it-talba ġiet milqugħa minnufiħ. Minn dak inhar 'l hawn il-kopji tal-White Paper, li tqassmu kollha b'xejn, ġew eżawriti. Irrid ngħid li għal konvenjenza ta' dawk interessati l-White Paper tinsab fuq il-website tal-Ministeru għall-Politika Soċjali minn fejn ġiet aċċessata 5,537 darba minn mindu ġiet imnedija.

Kummissjoni tar-Riforma Dwar il-Welfare

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-korrispondenza kollha li għaddiet ma jew bejn il-Gvern u is-Sur Anthony Galdes, fil-kapaċita tiegħu bħala chairman tal-kummissjoni tar-riforma dwar il-welfare? Tistgħax tikkonferma li d-deċiżjoni tiegħu dwar riżenja minn din il-kariga issa hija waħda finali? Jekk iva, x'qed jistenna l-Gvern biex jaħtar persuna oħra f'din il-kariga?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti mitluba mill-Onor. Interpellant.

Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31007, cioe' jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li jinkrew il-ħwienet li hemm proġettati għal block B1, tas-Swatar H.E. billi minħabba f'dan hemm xogħol fuq rampi li ma sarx, u entratura li fil-maltemp tkun qisha swimming pool għad-dannu tar-residenti tal-block?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-ħwienet li hemm fi Blokk B1, tas-Swatar, l-Imsida mistennija li jinħarġu għall-bejgħ bl-offerti. Fil-fatt, is-sejħa għall-offerti dwar il-ħanut numru B1 mistennija toħroġ fil-ġranet li ġejjin.
Leg 9 PQ #31030 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30993 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Fil-Ministeru għal Għawdex, hemm erbatax­il konsulent li kollha jaħdmu mad­Dipartiment tal­Customer Services u s­salarju bażiku tagħhom huwa ta' Lm9621 fis­sena. Hemm ukoll advisor fl­istess Dipartiment li s­salarju tiegħu hu ta' Lm7612 fis­sena.
Leg 9 PQ #31120 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Konsulenti Mhux Legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30996 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (REFALO, MICHAEL)

Ir-risposta tinghata f’xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #31121 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Konsulenti Mhux Legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30997 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni qed tinġabar u risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #31123 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti Mhux Legali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30998 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Il-Konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħi huma kif ġej: Dipartiment Numru ta’ Ħlas Konsulenti “Advisers” fl-Uffiċċju 3 Minn Lm4,219 sa Lm5,274 tal- Prim Ministru fis-sena Forzi Armati ta’ Malta 2 Minn Lm1,980 sa Lm4,200 fis-sena “Management Efficiency Unit” 19 Minn Lm5,580 fis-sena għal Konsulent “part-time” sa Lm27,000 fis-sena għal Konsulent barrani
Leg 9 PQ #31149 Sitting 686 2002-01-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Gozo Channel

Question

Billi l-Kumpanija Gozo Channel hija kumpanija parastatali, ma taħsibx li huwa fl-interess pubbliku li wieħed ikun jaf b'kemm qed jiġi sponsored kull programm tal-PBS 'Bondi Plus' ta' Where's Everybody?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' għidt, il-pubblikazzjoni ta' l-informazzjoni mitluba hija ta' natura kummerċjali. Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 31004 waqt is-Seduta numru 682.

Relief

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li minkejja li qegħda fuq ir-relief, għandha tifla bi bżonnijiet speċjali u tifel ta' 12-il sena, qegħda tħallas kera ta' madwar Lm 400 għall-appartament li toqgħod fih?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.

Relief

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li minkejja li tgħix fuq ir-relief u għandha żewġ itfal żgħar, għandha kera ta' madwar Lm 310?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post. Infurmat ukoll li l-impjegati tad-Dipartiment għall-aktar minn darba waħda spejgaw lill-persuna b'dan. U li l-kera tagħha ma tistax tonqos aktar minn hekk.
Leg 9 PQ #31013 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Swatar — Street Lighting

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jsir street lighting quddiem il-garages li hemm fuq in-naħa ta' wara ta' l-appartamenti tal-gvern, f'tas-Swatar, Msida?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Leg 9 PQ #31015 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Artijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq liema premessa nħarġu permessi għall-flats bi tliet sular ogħla mill-bini eżistenti, f'area fi Triq Giuseppe Callejja, tas-Swatar, qrib residenzi oħrajn li huma kollha terraced houses?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-area in kwestjoni huwa permess bini b`għoli ta` tlett sulari minkejja l-fatt li l-għoli predominanti ta` bini eżistenti fl-akwati jista` jkun ta` żewġ sulari.
Leg 9 PQ #31026 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li konsulenti mal-Ministeru u s-Segretarjat Parlamentari huma kif se nsemmi: Ministeru Konsulent part-time Lm3,500 p.a. Segretarjat Parlamentari Konsulent full-time Lm6,504 p.a. Konsulent part-time Lm3,978 p.a.
Leg 9 PQ #31028 Sitting 685 2002-01-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenti Mhux Legali — Ħlas

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 30992 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek? Kemm qed jitħallsu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ir-risposta tinghata f’xi seduta ohra.