Jista' l-Ministru jinvestiga t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għal xogħol relattivament light duty minħabba fir-raġunijiet mediċi li hemm spjegati on file?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni ser tieħu passi neċessarji bħal ma tagħmel ma' klijenti oħra. F'dan il-każ se tinvestiga t-talba tal-persuna billi tirreferi lill-klijent indikat għand it-tabib tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija tintlaqa t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għall-home help li ġiet ipproċessata mit-tabib tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija għad trid tasal fid-Dipartiment. Kull ma wasal hu r-rapport mediku li biex jiġi validat, irid ikun iffirmat mit-tabib konċernat.
Jista' l-Ministru jagħti l-ismijiet tal-konsulenti indikati f'PQ 31026 u cioe Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Konsulent part-time mal-Ministeru huwa s-Sur Richard Muscat, filwaqt li l-konsulenti mas-Segretarjat Parlamentari huma s-Sur Paul Buhagiar - full time, u s-Sur Frans Catania - part-time.
Jista' l-Ministru jgwieġeb PQ 31028 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-konsulenti mhux legali fil-Ministeru għall-Ambjent huma dawn:
DIPARTIMENT NUMRU TA' ĦLAS
KONSULENTI
Adviser fil-Ministeru
għall-Ambjent 1 Lm5,424. fis-sena
Dipt. għall-Ħarsien 2 Minn Lm3,300. sa
ta' l-Ambjent Lm8,440. fis-sena
Taqsima tax-Xogħlijiet 2 Minn Lm8,440. sa
Lm10,080. fis-sena
Kavallier ta' San Ġakbu 4 Minn 3% sa 7.5% fuq
l-ammont tax-xogħol li jsir.
Minn Stg. 60 sa Stg. 100.
Proġetti 7 Minn Lm1,748. fis-sena sa
Lm607,600. somma globali.
Jista' l-Ministru tagħti l-ismijiet u l-lokalita' li minnhom ġejjin il-konsulenti msemmijja f'PQ 31030 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Irrid nippreċiża li hemm 14-il konsulent/advisor fil-Ministeru għal Għawdex li kollha huma fil-Qasam tas-Saħħa/Sptar Ġenerali ta' Għawdex.
It-tagħrif mitlub dwarhom huwa kif jidher hawn taħt:
Mr Andrew Armatis Konsulent Ġinekoloġija Polonja
Mr John Mamo Konsulent Ġinekoloġija Malta
Dr Julius Kwas Konsulent Kirurġija Slovakkja
Dr Antonin Pechar Konsulent Kirurġija Repubblika Ċeka
Dr Goran Milosavljevic Konsulent Anestesija Jugoslavja
Dr Miodrag Stoianovic Konsulent Anestesija Jugoslavja
Dr Rodovan Nemecek Konsulent Patoloġija Repubblika Ċeka
Dr Vaclav Svejda Konsulent Mediċina Repubblika Ċeka
Dr Frank Farrugia Konsulent Mediċina Malta
Dr Robert Sciberras Konsulent Mediċina Malta
Mr Ray Aquilina Konsulent Ortopedija Malta
Mr Ivan Vella Konsulent Oftalmoloġija Malta
Dr Victor Mercieca Konsulent Pedjatrija Malta
Prof Maurice Cauchi Advisor Public Health Malta
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 31120 u cioe jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 30996 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (REFALO, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda ma’ l-ismijiet li jissemmew fit-tweġibiet għall-PQ 11162 u 18800, il-Ministeru ngaġġa bħala konsulent lis-Sur Jean Micallef Grimaud, waqt li l-Awtorita’ tat-Turiżmu ngaġġat lis-Sur Alfred Mallia Milanes. Niforma wkoll li s-Sur Leslie Agius temm is-servizzi ta’ konsulenza mal-Ministeru.
B'referenza għall-dak li ntqal mis-segretarju parlamentari responsabbli mill-kummerċ li f'dawn l-aħħar tliet snin inkiseb rekord ta' liċenzji, kemm kien hemm liċenzji dwar negozji li għalqu li gew irtirati?
Kemm minn dawn il-liċenzji ġodda kienu jikkonċernaw negozji għal kollox ġodda jew inkella negozji diġa eżistenti li għalqu u reġgħu fetħu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta` liċenzji tal-Pulizija dwar kull tip ta` negozju, inkluż ħwienet, li ġew kanċellati matul dawn l-aħħar tlett snin huwa kif ġej:
1999
2000
2001
263
262
205
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi l-Pulizija ma żżommx it-tagħrif hekk kif mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31121 u cioe jista' l-Ministru jgħid liema huma l-konsulenti mhux legali mal-Ministeru tiegħek?
Kemm qed jitħallsu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-`Konsulenti mhux legali` mal-Ministeru tiegħi huma:
Dipartiment Numru ta` Konsulenti Ħlas/Remunerazzjoni Benefiċċji oħra
Kunsilli Lokali l LM5000 fis-sena uzu ta` karozza
Qrati l LM1200 fis-sena -
Jista' l-Ministru jara li tiġi asfaltata t-tarf tat-triq il-ġdida kantuniera ma' Triq Mons. D.Andria, Msida, u ssir ukoll bankina biex l-inkwilini ta' Marimina Court ikollhom aċċess xieraq għal djarhom bl-anqas inkonvenjenza?
Peress li korrispondenza f'dan ir-rigward mar-Roads Department tmur lura sa Ottubru tas-sena 1995 fejn fl-1.12.95 ref RD 487/95 u d-direttur għat-toroq fil-Ministeru għat-Trasport kien għarraf lil dawn ir-residenti li d-dipartiment ħa nota tat-talba tagħhom u nkludiha fil-lista ta' toroq oħra fl-Imsida li jeħtieġu dan ix-xogħol, tista tingħata prijorita' lil din it-talba li ilha pendenti sebgħa snin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dawn l-aħħar ġimgħat is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' l-Imsida ressaq il-każ għall-attenzjoni tad-Dipartiment tat-Toroq u qed jittieħdu passi biex ix-xogħol meħtieġ ikun jista' jitwettaq.
Jista' l-Ministru jgħid billi kien hemm pjani li jmorru lura xi ħames snin għat-twaqqigħ prospettiv ta' bini li hemm bejn Triq il-Ġdida u Sqaq Vasolani, Msida, faċċata ta' Marimina Court fi New Street innifisha, tista' tgħarraf lill-Kamra x'sar f' dan ir-rigward, aktar u aktar billi għal xi żmien kien qed jinbena bini illegali fl-istess area, liema każ kienet ġiet infurmata dwaru l-Planning Authority tant li l-Enforcement Unit kienet ħarġet acknowledgement bid-data 24.09.96 dwar dan il-każ?
Peress li din l-art li qed nitkellem dwarha li hi ta' 30 metru kwadru, qed twassal għal sitwazzjoni biex meta tkun ix-xita r-residenti tal-court ta' quddiemhom jimtlew kollha tajn fil-waqt li fis-sajf dejjem ikollhom problema tat-trabijiet, jistgħu jittieħdu l-passi neċessarji sabiex is-sitwazzjoni tiġi rimedjata?
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex ikollu liċenzja ta' security guard min-naħa tal-pulizija?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għamlet l-applikazzjoni mal-Pulizija għal liċenzja ta` gwardjan privat fis-16 ta` Jannar 2002. Infurmat ukoll illi din l-istess applikazzjoni qed tiġi proċessata skond kif rikjest bl-Att ta` l-1996 dwar Gwardjani Privati u Lokali (Kap. 389).
Jista' l-Ministru jgħid minħabba fl-emendi għal-liġi tal-fringe benefits, tista' tgħid kif u jekk hux ser jiġi affettwat pożittivament, u jekk iva, kif, ħaddiem tal-Gvern, li jkun 24 hours on call li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħħu modified pick up commercial vehicle tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta' Jannar, 2002 l-użu ta' van kif deskritt fir-regola 8 tar-Regoli ta' l-2001 dwar Benefiċċji minn Impjieg jew Kariga m'għadux jikkostitwixxi fringe benefit.
Għaldaqstant kull min, skond il-provedimenti tar-Regola 16 tar-Regoli tal-2001 dwar Benefiċċji minn Impjieg jew Kariga, kien jiġi meqjus li kellu fringe benefit ta' Lm200 fis-sena li fuqu kellu jħallas it-taxxa, minn issa 'l quddiem mhux se jkun mitqies li qed igawdi minn fringe benefit għalkemm jibqa jagħmel l-istess użu mill-vann.
Jista' l-Ministru jinforma direttament lill-persuna indikata under separate cover, dwar it-talba tagħha biex issirilha operazzjoni ta' l-artrite li ipproġettata għax xahar ta' Mejju, bil-għan li din, jekk hu possibbli, issirilha qabel?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li cheques tar-refunds ta' l-income tax li waslu għand it-tax payers illlum kienu datati 25/9/01?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li d-Dipartiment matul Jannar ħareġ xi cheques tar-refunds bid-data tal-25 ta' Settembru, 2001. Madankollu m'hix eskluża l-possibilita' li seta' kien hemm xi każi ta' ittri rritornati lura mill-posta u mpostati mill-ġdid mid-Dipartiment.
Jekk l-Onorevoli Interpellant jagħtini d-dettalji tal-każ inkun nista' nitlob lid-Dipartiment biex jagħti iżjed informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga b'ċertu urġenza l-każ ta' Housing tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li qed tfittex akkomodazzjoni alternattiva għaliha u għaż-żewġ uliedha tifel u tifla għar-raġunijiet soċjali li ġew elenkati on file mis-social workers tal-Ministeru?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat illi l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien ma numru ieħor ta' applikazzjonijiet simili.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga t-talba għall-xogħol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament permezz tas-servizzi ta' l-ETC?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni ser tieħu l-passi neċessarji bħal ma tagħmel mal-klijenti l-oħrajn. Il-Case Officer tal-individwu msemmi mill-Onor. Interpellant ser tagħmel kuntatt miegħu biex tkun tista' tkellmu fl-iqsar żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm, meta u mingħand min inxtrat l-art li hemm qrib l-MFSC mċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji nnifsu?
Kemm kienet tiswa din l-art meta l-MFSC oriġinarjament daħlu f'dan il-post?
Kemm kienet inxtrat l-art li l-MFSC operat fuqha f'dawn l-aħħar snin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba minnu tinsab regolarment rekordjata fir-Reġistru Pubbliku, kif trid il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikanti għall-postijiet vakanti ta' tradesmen u senior tradesmen mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura li ġew irriklamati permess taċ-ċirkulari MPO/ 35/2001? Kemm kien hemm postijiet vakanti? Dawn il-karigi imtlew u jekk iva, meta? L-applikazzjonijiet kienu kollha eliġibbli għall-dawn il-postijiet? X'inhi ir-raġuni li ċerti applikanti lanqas biss ġew mgħarrfa il-postijiet imtlewx jew le?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
L-Applikanti għall-kariga ta’ “Tradesman (Mason)” u “Senior Tradesman (Mason)” fid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura li ġiet irriklamata permezz taċ-Ċirkulari MPO/35/2001 kienu sittax (16). Kien hemm vakanza waħda.
Mir-rapport li ġie sottomess lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku jirriżulta li ħadd mis-sittax-il applikant ma kien jissodisfa l-eliġibilita` mitluba f’paragrafu 5 tas-sejħa għal applikazzjonijiet.
Għaldaqstant ħadd mill-applikanti ma ġie maħtur għal din il-kariga, li għalhekk baqgħet vakanti.
Jien infurmat li l-kandidati ser jiġu nfurmati bir-raġuni li għaliha ma nstabux eliġibbli.
Wara li l-familja li d-dettlaji dwarha qed jintbagħtu separatament xtraw il-fond ta' missier il-mara indikat under separate cover wkoll. Dawn jkunu eliġibbli biex jiġu ikkunsidrati għal garage tal-missier indikat under separte cover wkoll jekk jiġi nieqes? Huma interessati li jekk hemm bżonn jixtru dan il-garage?
Response (BORG, TONIO)
Garaxx, bħal kull proprjeta` oħra ta` Gvern li m`hiex residenzjali, jista` jinbiegħ biss skond id-disposizzjonijiet ta` l-Att li jirregola it-Trasferiment ta` Artijiet tal-Gvern (Kapitolu 268).
M`hemm l-ebda regola fissa dwar il-bejgħ ta` garaxxijiet jew xi proprjeta` oħra, imma kull każ jiġi ikkunsidrat fuq il-merti tiegħu. F`każ ta` garaxx, il-policy approvata mill-Gvern preżenti tgħid li l-kirja tista` ddur fuq il-werrieta wara l-mewt ta` l-inkwilin. Dan b`żieda fil-kera ta` għaxra (10%) fil-mija għal kull għaxar snin (jew parti minnhom) minn meta ġiet stabbilita il-kirja oriġinali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-istaff complement tal-MFSC bħalissa?
Kemm ġew impjegati mill-Bank Ċentrali?
F'liema gradi huma?
Kemm għad baqa' postijiet vakanti x'jimtlew minħabba r-rwol il-ġdid li assuma ċ-ċentru?
F'liema karigi huma?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' ħaddiema mpjegati ġewwa l-MFSC (fil-21 ta Jannar 2002) huwa ta' 93 li huma full time, waqt li 4 huma part time.
Sbatax il-impjegat "full time" minnhom ġew mill-Bank Ċentrali reċentement wara r-rwol ġdid li assumiet l-MFSC mill-1 ta'Jannar 2002. Dawn l-impjegati jokkupaw gradi diversi skond ir-responsabbiltajiet mogħtija lilhom kif jokkupaw impjegati fil-Units Regolatorji oħrajn li għandha l-MFSC.
Bħal ma tagħmel dejjem, ukoll issa li assumiet rwol ġdid, l-MFSC, minn żmien għal żmien tevalwa l-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta' postijiet vakanti li jista' jkun hemm. Jekk jinħass il-bżonn, dawn jimtlew skond il-provvedimenti stabbiliti mill-liġijiet relevanti u l-proċeduri relatati magħhom.
Infatti, fil-preżent, iċ-Ċentru qiegħed fil-proċess li jkompli jsaħħah dan il-Unit ġdid permezz ta' sejħa għal numru ta' managers, kif jidher anke minn sejħa pubblika għal applikazzjoniniet li saret dan l-aħħar jiem fil-gazzetti lokali.