Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #31558 Sitting 701 2002-02-20 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Avjazzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi fis-seħħ bħala fully functional il-kumpanija MATS tal-Avjazzjoni Ċivili? Kemm ser jkun hemm nies jaħdmu magħha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-kumpanija MATS, li għandha 210 impjegati, bdiet topera fl-1 ta' Jannar 2002.
Leg 9 PQ #31472 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

San Lawrenz Resort Complex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati barranin mas-San Lawrenz Resort Complex f'Għawdex li għandhom work permit? Liema huma? Jista' jikkonferma jekk dawn l-impjegati li isimhom qed jintbagħatu separatament ma l-istess lukanda għandhomx permess tax-xogħol? Jekk iva meta inħarġilhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li hemm impjegata waħda barranija bil-permess li qed taħdem mas-San Lawrenz Resort Complex u li isimha jidher fil-lista uffiċjali ta` barranin li għandhom permess jaħdmu Malta. Ninsab infurmat ukoll li bħalissa d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta` l-Expatriates qed jipproċessa 4 talbiet sabiex barranin ikunu jistgħu jaħdmu ma` dan il-kumpless. Jidher li dawn il-persuni huma erbgħa minn dawk indikati mill-Onor. Membru. Id-Dipartiment m`għandu ebda informazzjoni dwar il-barranin l-oħra indikati mill-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #31473 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Kottonera — Casino di Venezia

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ittieħdu mill-awtoritajiet maltin wara rapport li ixxandar fuq Rai Due nhar il-Ħadd 10.02.2002 filgħodu fejn ġie allegat li fil-Casino di Venezia tal-Kottonera qed jiġu riċiklati flus maħmuġin konnessi mal-kriminalita taljana?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31476.
Leg 9 PQ #31474 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ċumnija

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu l-pjani li kien hemm biex tittieħed azzjoni konkreta ħalli tittaffa l-problema kkawżata miċ-ċumnija ta' l-Isptar San Luqa, li qed tkun ta' inkonvenjent għar-residenti tal-Msida u ta' Xbiex iżda b'mod partikulari għal dawk li joqgħod fix-xatt ta' Ta' Xbiex kif ukoll għal diversi sidien tal-yachts li għandhom l-opri tagħhom sorguti fil-Marina ta' Ta' Xbiex?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif intqal pubblikament diversi drabi, d-Dipartiment tas-Saħħa qiegħed fi proċess finali li jikkonkludi tender għax-xiri ta` sistema moderna sabiex l-iskart kliniku ta` l-isptarijiet jiġi pproċessat minflok jinħaraq kif jiġri s'issa. It-tender għax-xiri ta` l-impjant għadha taħt il-kunsiderazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 9 PQ #31475 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Casino Di Venezia

Question

Jista' l-Ministru jgħid in vista tar-rapporti li dehru fuq l-instazzjonijiet tar-RAI dwar pressjoni li seta kien hemm biex iwettqu irregolaritajiet fl-operat tal-Casino Di Venezia, x'passi ha il-Gvern biex dawn l-affarijiet kif allegati ma jsirux?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li min-naħa tal-Kumpanija ttieħdu l-passi mmedjati biex kull pressjoni jew att irregolari ġie rrappurtat lill-awtoritajiet kompetenti f'pajjiżhom. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li l-Gaming Act tipprovdi salvagwardi biżżejjed f'każ ta' trasferiment tal-liċenzja maħruġa lill-kumpanija biex topera każino' f'Malta kif ukoll f'każi ta' tibdil f'shareholding, management jew fil-Bord tad-Diretturi ta' l-istess kumpanija. Tibdil bħal dan jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Gaming Bord qabel jitħalla jseħħ. Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għal Taqsima IV. - Għoti ta' liċenzja ta' Każino', partikolarment Artikolu 15 fl-istess taqsima tal-Gaming Act.
Leg 9 PQ #31476 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Casino Di Venezia

Question

Jista' l-Ministru jgħid in vista tar-rapporti li dehru fuq l-instazzjonijiet tar-RAI dwar pressjoni li seta kien hemm biex iwettqu irregolaritajiet fl-operat tal-Casino Di Venezia, x'passi ha il-Gvern biex dawn l-affarijiet kif allegati ma jsirux?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi waħda mill-funzjonijiet tal-Bord maħtur mill-Ministru skond l-Att ta` l-1998 dwar il-Logħob (Kap. 400) huwa li jissorvelja l-operat ta` kull casino. Għaldaqstant nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat u nirreferi għat-tweġiba li ta l-Onor. Ministru tal-Finanzi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 31475. L-uniku rapport li rċeviet il-Pulizija Maltija ma kienx dwar pressjoni allegata fil-Mistoqsija Parlamentari.
Leg 9 PQ #31541 Sitting 700 2002-02-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Privatisation Unit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm negozjati diretti mat-Transend dwar Malta Post li ma sarux mill-Privatisation Unit? Jekk iva, minn min, meta u fejn saru?

Response (BONNICI, JOSEF)

Sa fejn jiena nfurmat, in-negozjati dwar il-privatizazzjoni parzjali tal-Maltapost saru dejjem mal-Privatisation Unit.

Sussidji — Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi skema eżiztenti bħalissa għall-sussidju fuq kera ta' residenzi privati, u dan minħabba t-tallba ta' persuna separata li tgħix f'post b'kera għoli flimkien mat-tifel tagħha li għandu problema serja tal-kliewi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Skema 'R' ta' l-Awtorita' tad-Djar tipprovdi għal sussidju ta' kera ta' residenzi privati. Suġġett li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet relattivi, jista' jingħata sussidju fuq tali kera sa massimu ta' Lm300 fis-sena.

Sptar Paul Boffa

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-benefiċċju soċjali mnaqqas li qed tirċievi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħatu under separate cover li tinsab rikoverata fit-tul fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha.
Leg 9 PQ #31470 Sitting 698 2002-02-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

San Gwann — Triq il-Kapuċċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga l-problema kronika ta' għarghar li jkun hemm fi Triq il-Kapuċċini San Gwann kull meta tagħmel xita qliel?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant huwa diġa' nkluż fil-programm tax-xogħol.

Housing

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ ta' housing tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament li tikkonċerna familja ta' erbgħa min nies li tinkludi xebba ta' 15 il-sena u guvni ta' 7 snin f'appartament b'spare bedroom wieħed?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-familja ndikata m'għandha l-ebda applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Leg 9 PQ #31367 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tat-Turiżmu

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallsu il-konsulenti indikati fil-mistoqsija parlamentari nru. 31260?

Response (REFALO, MICHAEL)

Il-konsulenti msemmija fit-twe;iba tieg[i g[all-mistoqsija 31260 qed jit[allsu kif ;ej:- Is-Sur Jean Micallef Grimaud Lm 2000 fis-sena Is-Sur Alfred Mallia Milanes Lm 1000 fis-sena
Leg 9 PQ #31368 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li inti irreferejt għalihom fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 31204?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31387 (Seduta 695).
Leg 9 PQ #31369 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti li inti irreferejt għalihom fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari nru. 31272?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li ż-żewġ konsulenti msemmiija fil-Mistoqsija Parlamentari huma: dak fil-Kunsill Lokali - Is-Sur Maurice Caruana u dak fil-Qrati - Is-Sur Joseph Muscat (Enginier).
Leg 9 PQ #31400 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali

Mare D'Oro

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari nru. 28693, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza mogħtija mill-qorti dwar il-każ tal-Gvern kontra s-sidien tal-Mare d'Oro rigward l-aċċess għall-parti pubblika tax-xatt ta' quddiem l-istabbiliment Mare D'Oro fil-bajja tal-Fekruna, Xemxija San Pawl il-Baħar?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi risposta tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #31401 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Ambjent

Kavallier ta' San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fuq xogħol ta' konsulenza fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001? Min kienu dawn il-konsulenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-konsulenti u n-nefqa ta' flus fuq xogħol ta' konsulenza fuq il-Kavallier ta' San Ġakbu fis-snin 2000 u 2001 kien kif jidher hawn taħt: Konsulenti Tip ta' Konsulenza 2000 2001 Lm Lm England & England Architectural Consultancy 37677.59 24147.71 Paul Meilaq Mechanical Engineering Consultancy 1313.50 1837.61 Camilleri & Cuschieri Electrical Engineering Consultancy 1077.89 5622.10 Theatre Projects Theatre Consultancy 41078.69 8722.61 BD Atherson Fire Protection & Security Consultancy 1541.00 NIL KPMG Advice and Assistance 7130.00 NIL Michael Ellul Restoration Consultancy 1875.00 NIL ------------ ----------- TOTAL 91693.67 40330.03 ------------ -----------
Leg 9 PQ #31437 Sitting 697 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Staff fis-Segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-staff fis-segretarjat privat tiegħek? Min huma? X'karigi jokkupaw? Kemm minnhom huma ħaddiema tal-Gvern? Kemm minnhom ġew mislufa minn kumpaniji u azjendi parastatali? Kemm hemm minnhom ta' kuntratt definit?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Nterpellant li fil-preżent hemm ħmistax-il membru fis-Segretarjat Privat tiegħi. L-informazzjoni dwarhom hija mogħtija fil-lista annessa. Erbatax minnhom huma ħaddiema tal-Gvern u mhemm ħadd minnhom li huwa misluf minn kumpaniji u azjendi parastatali. Lkoll kemm huma għandhom kuntratt definit. Uffiċċjali li huma membri tas­Segretarjat Privat tal­Ministru għal Għawdex ISEM POSIZZJONI Anthony Borg Personal Assistant Claire P. Camilleri Private Secretary Marion Zammit Assistant Private Secretary Emanuel Grech Office Co-ordinator Anthony Zammit Secretariat Officer Joe Mifsud Secretariat Officer Anthony Buttigieg Secretariat Officer Darlene Inguanez Officer in the Secretariat Pool Joseph Grima Officer in the Secretariat Pool Mario Camilleri Officer in the Secretariat Pool Charles Portelli Officer in the Secretariat Pool Alfred Grech Secretariat Messenger Anthony Grima Secretariat Messenger Louis Cassar Personal Driver / Security Officer Michael Camilleri Personal Driver / Security Officer
Leg 9 PQ #31321 Sitting 696 2002-02-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Maria Reġina

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax tinvestiga l-ilment ta' studenti li jattendu l-Junior Lyceum Maria Reġina form one, li minħabba xi inċident li kellha l-għalliema tal-Ingliż qed ikollhom imorru fi klassi oħra mingħajr taraġ, fejn it-tfal jew ikollhom jiktbu n-noti f'ħoġorhom jew inkella jkollhom jaqsmu mejda bejn ħames studenti minħabba li il-klassi alternattiva li qed tiġi użata mhiex adegwata għal dan it-tagħlim?

Response (GALEA, LOUIS)

Peress li l-għalliema ta' l-Ingliż weġġgħet u ma tistax titla` t-taraġ, l-iskola għamlet arranġamenti biex il-lezzjonijiet ta' din l-għalliema jsiru fi klassijiet fejn m'hemmx taraġ. Dawn il-klassijiet huma wżati regolarment minn studenti oħra u jkun possibli li jintużaw mill-klassi ta' din l-għalliema, għaliex l-istudenti li soltu jkunu f'din il-klassi ma jkunux qed jużawha f'dak il-ħin għax ikollhom xi lezzjonijiet barra mill-klassi. Jirriżulta li waqt li kien possibbli li jsir dan l-arranġament għall-parti l-kbira tal-lezzjonijiet, f'żewġ każi kellu jsir użu minn kamra li tintuża għall-Personal and Social Education PSE, tali kamra hi iżgħar minn klassi normali.

Avjazzjoni Ċivili

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser tiġi fis-seħħ bħala fully functional il-kumpanija MATS tal-Avjazzjoni Ċivili? Kemm ser jkun hemm nies jaħdmu magħha?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Housing

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' housing tal-familja li d-dettalji dwarha qed nibgħatu under separate cover. Billi il-fond preżenti għandha ħafna taraġ wieqaf, jistgħu jiġu ikkunsidrati għal xi fond terran minħabba li r-raġel ibati b'mard kroniku ta' angina u diabete

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat illi l-każ qed jiġi kkunsidrat.