Jista' l-Ministru jara li meta l-ETC jikkunsidra lill persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu under separate cover għax-xogħol tieħu in konsiderazzjoni il-qagħda mediku tiegħu hekk kif inhi spjegata on file?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant marret tirreġistra għax-xogħol mal-Korporazzjoni għall-Impjieg u Taħriġ fl-20 ta' Frar 2002, wara li waqfet mill-impjieg waqt iż-żmien ta' prova. F'dik l-istess data l-persuna nfurmat lill-Employment Advisor tal-Korporazzjoni bil-problemi mediċi li kienet issofri minnhom.
L-Employment Advisor kien tal-parir li din il-persuna tiġi riferuta biex tirreġistra bħala special case u għalhekk ingħatalha appuntament għal vista mat-tabib tal-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jara x'passi qed tieħu l-pulizija kontra l-iskips li spiss ikunu parkjati f'zoni residenzjali tas-Swatar b'konsegwenza ta' danni għall-igene u il-ħolqien ta' problema ta' ġrieden?
Jista' l-Ministru jara li jieħu passi biex jinbena boundary wall madwar dawk iż-żewġ plots abbandunati li hemm fi Triq Indri Grima, Swatar minħabba il-perikli li qed jikkawżaw għat-tfal li jkunu jilgħabu fl-inħawi, aktar u aktar minħabba bir, nofsu mikxuf, li hemm f'wieħed minnhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31835 (Seduta 708).
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-persentaġġ ta' studenti fl-iskejjel ta' l-istat li għandhom aċċess għall-internet?
Kif kiber f'dawn l-aħħar tliet snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-27 ta' Novembru 2000 ġie ffirmat il-kuntratt 'Agreement for the provision of network connectivity, Internet and Web Hosting facility to State Schools'. Għaldaqstant bħalissa qegħdin fit-tieni fażi ta' implimentazzjoni ta' dan il-programm u sal-lum il-persentaġġ huwa kif se nsemmi:
Skejjel Primarji 53%
Skejjel Sekondarji 95%
Fiż-żewġ setturi flimkien hemm 68% ta' l-istudenti li għandhom aċċess ta' l-internet fl-iskejjel.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 31400?
Response (GATT, AUSTIN)
B`referenza għall-interpellanza parlamentari li għamel l-Onorevoli Leo Brincat dwar il-kawza li il-Gvern għamel kontra s-sidien tal-Mare D`Oro, nixtieq ninfurmah illi minkejja id-diversi tentattivi li saru mid-dipartiment tal-Qrati Civili biex tinstab tali sentenza din irrizultat fin-negattiv. Għandu jiġi apprezzat illi biex tinstab sentenza l-Qorti titlob li jkollha waħda minn dawn it-tlett prirekwiziti cioe:
l-ismijiet ezatti tal-partijiet fil-kawza jew;
id-data tas-sentenza jew;
l-isem tal-ġudikant quddiem min tkun istemgħet.
Id-dipartiment fittex dawk il-kawżi li l-Awtorita ta` l-Ippjanar għan-nom tal-Gvern għamel kontra Mare D`Oro jew kontra dawk li apparentament huma is-sidien tal-Mare D`Oro u ma nstab xejn. Saret tfitxija ukoll għal xi kawżi li kwalunkwe entita governattiva (indikata bhala * fil-computer) kellha kontra l-istess persuni indikati aktar il-fuq u xorta ma nstab xejn. Fiċ-ċirkustanzi l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jindika ezatt xi waħda mit-tlett kriterji li għaliha saret referenza aktar il-fuq.
Jista' l-Ministru jikkonferma li sal-lum il-liġi tal-fringe benefits tax kienet aktar vessatorja milli irrendiet revenue daqs kemm mistenni? X'kien id-dħul mistenni minn din it-taxxa? X'kien id-dħul attwalment miġbur?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma nafx kif l-Onorevoli Membru f'daqqa waħda bidel il-pożizzjoni tiegħu minn meta hu, bħala Ministru tal-Finanzi kien qed jikkunsidra l-miżuri dwar il-Fringe Benefits. Pero' donnu l-ossessjoni bil-voti ħa sopravent fuq is-serjeta fil-partit tiegħu.
Għall-informazzjoni tal-Onorevoli Membru, li ġara hu li mhux biss twaqqfet il-prattika li salarji jinqasmu f'biċċa taxxabbli u biċċa le, imma li ħafna arranġamenti li saru fil-passat mfuq ħabi ta' salarji bħala fringe benefits issa ġew riveduti u s-salarji qegħdin jiġu dikjarati kollha.
Għalhekk ma naqbel xejn mal-konklużjoni bla bażi ta' l-Onorevoli Membru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ir-roundabout li tagħti għas-Swatar mal-Py-Pass qegħda spiss tiġi magħluqa madwar l-8 AM mill-pulizija matul il-ġimgħa bil-konsegwenza li residenti tas-swatar ikollhom joqgħodu jirrikorru għar-roundabout l-oħra li hemm aktar il-fuq, b'inkonvenjent u ħela ta' ħin għalihom?
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-eżitu tal-investigazzjonijiet li kienu saru mid-dipartiment tas-saħħa dwar food poisoning estensiv f'tieġ li kien sar xi tliet snin ilu? X'passi ittieħdu kontra l-caterer responsabbli?
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu il-pulizija kontra l-iskips li spiss jkunu ipparkjati f'zoni residenzjali tas-Swatar b'konsegwenza ta' danni għall iġene u il-ħolqien ta' problema tal-ġrieden?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li l-Pulizija tad-Distrett kellhom rapporti dwar l-ilment imsemmi. Pero` jekk l-Onorevoli Interpellant jgħaddili aktar tagħrif inkun nista` nitlob lill-Pulizija sabiex jinvestigaw dan l-ilment.
Jista' l-Ministru jgħid tistgħax tieħu passi biex jinbena boundary wall madwar dawk iż-żewġ plots abbandunati li hemm fit-Triq Indri Grima, Swatar minħabba l-perikli li qed jikkawżaw għat-tfal li jkunu jilgħabu fl-inħawi, aktar u aktar minħabba bir, nofsu mikxuf li hemm ġo wieħed minnhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31692 (Seduta 702).
Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga il-każ ta' housing 63/1999 Ref. application 760/99 tal-persuna li tal-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-referenza ndikata mill-Onor. Interpellant tirrigwarda applikazzjoni lill-Awtorita' tad-Djar relatata ma' Avviż Legali Nru. 63 ta' l999.
Ninsab infurmat li fl-applikazzjoni tagħha l-applikanti ndikat il-preferenza għal tlett appartamenti. li tnejn minnhom ma kienux japplikaw għall-kategorija tagħha. Dawn l-appartamenti ġew allokati lil persuni li kellhom punti aktar mill-persuna ndikata.
Jista' l-Ministru jgħid jistawx jittieħdu passi biex tiġi rimedjata l-problema eċċessiva ta' flooding li jkun hemm f'Rue D'Argens, l-Msida minħabba ċerti culverts li saru dan l-aħħar?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31692 (Seduta 702).
Jista' l-Ministru jippublika l-istudji li saru mill-MFSC li permezz tagħhom qed jingħad barra il-pajjiż mic-chairman taċ-Ċentru għandu pjani biex il-kontribut tas-settur tas-servizzi finanzjarji jitla minn 12% tal-GDP għall bejn 20-22%? Matul liema medda ta' żmien mistenni jsir dan ? Billi ż-żewġ naħat tal-kamra huma marbutin mal-leġizlazzjoni tal-1994 li permess tagħha Malta kellha taqleb minn ċentru finanzjarju offshore għal wiehed onshore, x'wassal lic-chairman tal-istess ċentru biex jgħid fl-International Financial Advisor li t-trasformazzjoni minn ċentru finanzjarju offshore għall wieħed aktar regolat huwa riskjuż minħabba li il-poplu Malti għad irid jivvota f'referendum dwar sħubija prospettiva fl-Unjoni Ewropea? Ic-Chairman tal-MFSC fuq liema kalkoli/kriterji wasal għall-konklużjoni li jekk Malta ma tissieħbix fl-UE il-business levels ipproġettati ma tantx kellhom ċans jintlaħqu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-MFSC qed taspira li tilħaq il-mira ta' bejn 20% u 22% tal-GDP fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
Dawn it- targets huma bbażati fuq evalwazzjoni ta numru ta' fatturi li jinkludu:
1) żviluppi nternazzjonali li jindikaw li ċ-ċentri finanzjarji "offshore" ser ikollhom jadottaw sistemi ta amministrazzjoni ta' taxxa li huma trasparenti u għaldaqstant ser jitilfu ċerti vantaġġi li kellhom fil-passat;
2) fatturi bħal ma huma id-dritt ta' aċċess għas-suq finanzjarju (single passport) li kull ma jmur qed jilgħab parti iktar importanti fl-istrutturi tas-suq finanzjaru Ewropew, kif ukoll ir-rikonoxximent (reciproku u awtomatiku) bejn ir-Regolaturi tal-pajjiżi membri, liema fatturi huma essenzjali biex jassikuraw liberta' kompleta li biha kumpanniji Maltin ikunu jistgħu jisfruttaw is-suq għal prodotti u servizzi finanzjari tal-Unjoni Ewropea b'mod effiċjenti;
u, darba nsiru membri tal-Unjoni Ewropeja,
3) l-aċċess li Malta tkun tista' toffri għas-suq Ewropew lill-dawk il-kumpanniji li jkunu jridu jippenettraw dan is-suq.
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna finanzjarja ingħatat mill-Gvern lill-għaqda tal-konsumaturi fis-snin 1999, 2000 u 2001?
Il-Gvern għandu xi ħsieb jew pjani li jiffinanzja lil din l-għaqda bħala sostenn għall-ħidma tagħha?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul is-snin 1999, 2000 u 2001 ma ingħatat ebda għajnuna lill-Għaqda tal-Konsumaturi. Madanakollu fi Frar ta' din is-sena, il-Gvern ta b'self computer, printer u scanner lil din l-Għaqda biex tkun tista' ssostni l-ħidma tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li r-roundabout li tagħti għas-Swatar mal-by pass qegħda spiss tiġi magħluqa madwar 8am mill-pulizija matul il-ġimgħa, bil-konsegwenza li residenti tas-Swatar ikollhom joqgħodu jirrikorru għar-roundabout l-oħra li hemm aktar il fuq, b'inkonvenjent u ħela ta' ħin għalihom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi jkun hemm ħinijiet fejn ikun meħtieġ li t-traffiku ma jitħalliex idur mar-roundabout imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, sabiex tittafa il-konġestjoni tat-traffiku f'din l-arterja prinċipali.