Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #32645 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed titħaddem l-iskema ta' l-incentiv fid-dipartiment tat-taxxi interni? Huwa minn li qed jitħallsu rati differenti għall-istess xogħol skond id-diskrezzjoni tal-kunjissarju tat-taxxi interni? Liema huma r-regolamenti finanzjarji li jagħti lid-direttur is-setgħa li jħallas dan l-inċentiv, li jiddeterminna l-ammont ta' l-inċentiv kif ukoll li jiffissa ammonti differenti għall-istess tip ta' xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema ta’ inċentiv jew aħjar “production bonus” li addotta d-Dipartiment tat-Taxxi Interni f’diversi setturi tad-Dipartiment huma maħsuba li jżidu l-efficjenza billi jinkuraggixxu sforz aktar mill-impjegati biex tikber il-produttivita’. Dan jorbot anke mal-ħsieb tal-Gvern li eventwalment jiġu stabbiliti ‘benchmarks’ ta’ effiċjenza maċ-Ċivil kif imħabbar fid-diskors tal-Budget tas-sena 2001. Bħal kull ‘production bonus’ ieħor, qed jitħallsu rati ta’ remunerazzjoni differenti għal xogħol ta’ tip differenti. Dawn ir-rati huma msejsa fuq il-pagi u l-produzzjoni eżistenti. Fis-settur fejn qed jitħaddmu, dawn is-sistemi ħadu post l-overtime normali. Mill-esperjenza qasira li d-Dipartiment għandu s’issa, dawn l-iskemi qed jaghtu riżultat posittiv ħafna. Hija prattika normali li tintalab l-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi biex jitħaddmu dawn l-iskemi.
Leg 9 PQ #32646 Sitting 721 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Djun

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma id-djun mid-dipartimenti kollha u korpi parastatali, primarjament: 1) mid-dipartiment tal-artijiet dwar kumpens fuq art rekwiżizzjonata? 2) mid-dipartiment tax-xogħlijiet dwar ħlas dovut lill-kuntratturi? 3) mid-dipartiment tas-saħħa dwar ħlas dovut lill-kuntratturi li jissuplixxu mediċini, tgħamir u provvisti oħra? 4) mil-Malta Drydocks, Marsa Shipbuilding Company, Enemalta, Sea Malta, Gozo Channel u kumpaniji parastatali oħrajn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #32608 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru fid-dawl tat-tħassib ġustifikat li wera pubblikamanet dan l-aħħar il-gvernatur tal-Bank Ċentrali dwar non-performing loans mill-banek kummerċjali tista tagħti indikazzjoni tal-medja ta' dawn in non-performing loans sena b'sena, matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-medja ta' non-performing loans tvarja minn żmien għal żmien u hija effettwata minn numru ta' fatturi fosthom dawk regolatorji li jiġu stabbiliti biex tinżamm is-sanezza tas-settur bankarju. Għaldaqstant, minħabba is-sensittivita' tas-settur finanzjarju, l-awtorijtajiet regolatorji kienu u għadhom ta' l-opinjoni li l-figuri mitluba ma għandhomx jiġu ppubblikati.
Leg 9 PQ #32609 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Berġa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li anzjani minn San Ġwann li kienu jinqdew għall-mediċini kollha mill-Berġa tal-lokal issa f'ċerti każi qed ikollhom joqgħodu jmorru ċ-ċentru tas-saħħar tal-Gżira bi strapazz kbir għalihom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li l-uniku tibdil li sar riċenti rigward ġbir ta` mediċini mill-bereġ kollha huwa dak li jikkonċerna mediċini li jaqgħu taħt il-kategorija ta` psikotropiċi/narkotiċi. Peress li fil-bereġ m'hemmx servizzi ta` spiżjar, it-tqassim ta` mediċini li jaqgħu taħt il-kategorija ta` psikotropiċi/narkotiċi fil-bereġ ma huwiex konformi mal-liġi u għaldaqstant il-pazjenti kienu mitluba biex jibdew jieħdu dawn il-mediċini mill-poliklinika tad-distrett tagħhom. Ċirkulari dwar dawn l-arranġamenti ġodda kienet inħarġet mid-Diviżjoni tas-Saħħa u tqassmet lin-nies kollha li jinqdew mill-bereġ.
Leg 9 PQ #32610 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Għajn Tuffieħa — Huts

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-huts u kmamar li kienu tas-servizzi ingliżi f'Għajn Tuffieħa u li sa ftit ilu kienu mifthuħin tant li kienu jintużaw temporanjament għar-rikrejazzjoni minn familji li kienu jmorru fl-inħawi? Billi huwa allegat li dawn ġew magħluqin dan l-aħħar tista' tindika jekk dawn ġewx magħluqin mill-gvern innifsu jew minn membri tal-pubbliku illegalment?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi f`Għajn Tuffieħa hemm diversi huts u kmamar li kienu tas-servizzi Ingliżi u dawk kollha jaqgħu f`waħda jew oħra minn tlett areas li huma separatament mogħtija mill-Gvern b`ċens temporanju lil Ħal Ferħ Holidays Co. Ltd., lill-Assoċjazzjoni tal-Iscouts u lill-Partit Laburista Malti.

San Ġwann — Tomna Lane

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi minkejja d-djuq tagħha, Tomna Lane f'San Ġwann hija waħda mill ftit triqat fir-raħal li tintuża two way għat-traffiku, issa li twessgħet parti minnha li qatt ma ġiet asfaltata tistax' t-triq titwessa' kollha kemm hi u tiġi asfaltata għall-konvenjenza tar-residenti?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li s-sidien ta' l-art li għadha ma ġietx żviluppata għandhom applikazzjoni quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex is-sit tagħhom ikun żviluppat. Għalhekk d-Direttorat għat-Toroq ser ikompli jsegwi l-każ.
Leg 9 PQ #32612 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

San Ġwann — Sqaq Tomna

Question

Jista' l-Ministru jkompli jinvestiga l-problema akuta ta' ġrieden li hemm fi Sqaq Tomna, San Ġwann għaliex għalkemm ġieli marru xi uffiċjali tas-sanita' biex jirrimedjaw il-problema, il-problema għadha akuta aktar minn qatt qabel?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Infurmat li fit-23 ta` Marzu 2002 ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control kienu diġa` għamlu trattament intensiv ta` tqegħid ta` velenu fil-lokalita` ndikata fil-Mistoqsija wara rapporti li saru lit-Taqsima tas-Saħħa Ambjentali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Trattament simili reġa` twettaq fit-28 ta` Marzu 2002. Il-problema ser tibqa` tiġi segwita sakemm l-infestazzjoni ta` ġrieden tiġi taħt kontroll.
Leg 9 PQ #32613 Sitting 720 2002-04-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Lukandi — Beach Concessions

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'kollox kemm hemm lukandi li allegatament ħadu beach concessions akbar milli suppost kienu intitilati għalihom? X'passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet dwar dan?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment ta` l-Artijiet ma jirriżultalux illi xi lukanda ħadet 'beach concession' akbar milli hi intitolata għaliha.

Housing Case

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga housing case HA 13770 li jikkonċerna persuna separata li qed tgħix bir-relief u li qed iżżomm lil binha ta' sitt snin f'appartament b'Lm60 kera fix-xahar?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna li għamlet referenza għall-każ tagħha l-Onor. Interpellanti naqset li taġġorna l-applikazzjoni tagħha kif ġiet mitluba tagħmel mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex dan ikun jista' jkompli jikkunsidra din l-applikazzjoni.
Leg 9 PQ #32593 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Water Services -

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed nibgħathom separatament għalxiex għalkemm l-uffiċju tal-Water Services qalulha biex tħallas il-parti tal-kont outstanding ta' Lm172.77c għadha kif irċeviet kont ġdid fejn reġgħet ġiet billed b'dan l-ammont outstanding?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma diġa' nfurmat lill-konsumatur imsemmi li l-kont ġie rivedut. Jidher li l-kont li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant kien laħaq ħareġ qabel ma' r-reviżjoni msemmija kienet iddaħħlet fl-account tal-konsumatur.
Leg 9 PQ #32595 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jitwaħħal street lighting fit-truf ta' Agostino Matrenza u George Preca streets, San Gwann kantuniera ma' Triq Ġużeppi Grech, għaliex hemm bżonn ta' aktar dawl f'dawn it-toroq minħabba bosta każi ta' serq mill-karozzi li kien hemm dan l-aħħar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li t-talba biex jiżdied id-dawl fit-toroq imsemmija qed tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #32607 Sitting 719 2002-04-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Investment Registration Scheme

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi kien wiegħed lil din il-kamra li jagħti rendikont dwar l-investment registration scheme wara tmiem Marzu 2002, jista' jgħid: - kemm ġew reġistrati flus taħt din l-iskema s'issa mindu ġiet introdotta? - kemm minn dawn il-fondi ġew reġistrati iżda ser jitħallew dpożitati barra l-pajjiż? - kemm minnhom inġiebu lura pajjiżna? - b'kollox kemm kien hemm persuni li kkonkorrew għal din l-iskema? - kemm minn dawn il-fondi ġew ipproċessati mill-banek kummerċjali? - kemm minnhom ġew ipproċessati minn stockbrockers - mhux bankarji - u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dalwaqt inkun f'pożizzjoni li ngħati nformazzjoni fuq din.
Leg 9 PQ #32429 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

UE

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Pre-Accession Economic Programme li hejjejt għall-Kummissjoni Ewropeja flimkien mal-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi f'Settembru li għadda?

Response (DALLI, JOHN)

Npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Pre-Accession Economic Programme li l-Ministeru tal-Finanzi ssottomettaq f'Settembru li għadda lill-Kummissjoni Ewropeja bħala parti mill-Fiscal Surveillance Procedure taħt il-Kapitlu 11 - Unjoni Ekonomika u Monetarja ta' l-Acquis Communitaire. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li dan id-dokument hu aċċessibbli fuq il-Website tal-Unjoni Ewropeja fuq dan l-indirizz : http://www.europa.eu.int/comm/economy_finance/publications/external_relations/2002/pep_mt_en.pdf
Leg 9 PQ #32430 Sitting 716 2002-03-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Income Tax — Customer Care

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-kirja tal-premises ta' block 8 customer care ta' l-income tax għalqet? Jekk iva, ġiet imġedda? Kemm kienet il-kirja qabel? Kemm hija illum?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-kirja msemmija fl-Interpellanza għadha m'għalqitx. Jekk id-Dipartiment jiddeċiedi li jġedded il-kirja għal xi żmien, ikun jridu jsiru diskussjonijiet mas-sidien dwar il-kundizzjonijiet tal-kirja.

San Gwann — Sleeping Policemen

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jsir sleeping policemen fis-service road li hemm quddiem il-highway butcher fil-parti ta' fuq ta' Naxxar road, San Gwann billi meta d-dwal jkunu ħomor qed isir użu spiss minn din is-service road minn ħafna vetturi kultant b'velocita' qawwija biex jegħlbu t-traffic lights?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Leg 9 PQ #32301 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk tistax l-ETC tinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li allegatament ilha tirreġistra għax-xogħol 'il fuq minn tliet snin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nissuġġerixxi li l-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #32312 Sitting 714 2002-03-13 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga permezz tal-Enemalta l-kont tad-dawl li rċeviet il-familja Cachia, 60, Helen's, Fuxa Str, San Ġwann billi qed jikkunsidrawh eċċessiv ħdejn kontijiet oħrajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta’ l-Onorevoli Iterpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma sabiex issir il-verifika relattiva u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni relattiva.

San Ġwann — Naxxar Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax tiġi asfaltata il-parti li tagħti għall-Naxxar Road ta' Fuxa Str, San Ġwann, li qatt ma kienet ġiet asfaltata sal-lum minħabba l-bini ġdid li kien qed jinbena fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq qiegħed jieħu passi biex il-propjeta li qiegħda barra mit-triq tinxtara biex it-triq tkun tista' tinfetaħ.