Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32776 u cioe jista' l-Ministru jgħid x'inhuma id-djun mid-dipartimenti kollha u korpi parastatali, primarjament:
1) mid-dipartiment tal-artijiet dwar kumpens fuq art rekwiżizzjonata?
2) mid-dipartiment tax-xogħlijiet dwar ħlas dovut lill-kuntratturi?
3) mid-dipartiment tas-saħħa dwar ħlas dovut lill-kuntratturi li jissuplixxu mediċini, tgħamir u provvisti oħra?
4) mil-Malta Drydocks, Marsa Shipbuilding Company, Enemalta, Sea Malta, Gozo Channel u kumpaniji parastatali oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qed nagħti hawn taħt it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant dwar ħlasijiet dovuti mill-Gvern fil-31 ta' Diċembru 2001 u magħhom qed inżid tagħrif bħalu għar-rigward tal-31 ta' Diċembru 1998 biex l-Onorevoli Interpellant jista' jagħraf li s-sitwazzjoni llum hi aħjar minn dak li ħalla warajħ hu.
31/12/2001 31/12/1998
Lm miljuni Lm miljuni
1. Ħlasijiet dovuti minn Dipartimenti tal-
Gvern 3.5 6.8
2. Ammont stmat li hu dovut mid-Dipartiment
tal-Artijiet b'kumpens fuq art 22.4 * 15.5
rekwiżizzjonata
* (li jinkludi rivalutazjoni tal-bilanċ antik
b'7.2 miljuni)
3. Ammont dovut mid-Dipartiment tas-Saħħa
lis-suppliers ta' mediċini, tagħmir u 4.8 4.9
provvisti oħra
Rigward ħlasijiet dovuti minn kumpaniji parastatali l-Onorevoli Interpellant jifhem li minħabba n-natura kummerċjali ta' dawn l-entijiet, dan it-tagħrif m'għandux ikun ippubblikat, apparti l-fatt li dawn l-entijiet jippubblikaw l-Accounts kull sena fejn teżisti l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jistax il-vat department jipprova jasal fi ftehim għal repayment programme fattibbli u raġjonevoli mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament in konnessjoni mas-somma ta' Lm1128.25 dovuta in konnessjoni ma vat reg. no. mibgħut under separate cover?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-Taxpayer allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista jmur id-Dipartiment u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux isiru arranġamenti biex Triq Sir Hildebrand Oakes, il-Gżira, tiġi one way bit-traffiku jinżel mill-parti ta' fuq flok jitla minn isfel għal fuq?
Jista' jikkunsidra wkoll li il-bus stop li hemm ħdejn Gasan Enterprises f'Rue D'Argens, il-Gżira jitmexxa qrib l-uffiċini ta' Laferla Insurance, aktar il-fuq fit-triq fejn illum hemm traffic island?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku għadda t-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali u s-suġġeriment ser jiġi diskuss fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill susegwentament jintbagħtu lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku għad-deċiżjoni finali.
Jista' l-Ministru jgħid jistax isir qari mill-ġdid tal-meter ta' l-elettriku tal-household li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fid-dawl tal-kontijiet li għandha pendenti ħalli jiġi stabbilit b'mod prċiż l-ammont dovut lill-korporazzjoni, bil-għan li jkun jista' jsir arranġament ekwu ta' ħlas għaż-żewġ naħat li jkun jista' jwassal biex jerġa' jiġi introdott is-servizz tad-dawl lil din il-familja?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta. Naturalment, f'każi bħal dan, il-Korporazzjoni timxi skond il-proċedura stabbilita.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar allegat tniġġis fis-servizz ta' l-ilma li qed jirċievu?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid jistax isir sleeping policeman fil-parti ta' fuq ta' Triq Madonna tal-Ġebla, il-Gżira, minħabba l-ispeed li bih jitla' t-traffiku f'din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku approva talba tal-Kunsill Lokali biex issir road hump kif ġie mitlub mill-Onor. Interpellant u x-xogħol relattiv ser isir fil-pjan ta' ħidma għas-sena finanzjarja (tal-Kunsill Lokali) li bdiet f'April 2002.
Jista' l-Ministru jgħid tistax tiġi kkunsidrata l-possibilita' li Triq Madonna tal-Ġebla, il-Gżira ssir one way, l-aktar fil-parti qrib l-iskola tal-gvern?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku għadda t-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Kunsill Lokali u s-suġġeriment ser jiġi diskuss fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill sussegwentament jintbagħtu lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku għad-deċiżjoni finali.
Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 32646 u cioe, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma id-djun mid-dipartimenti kollha u korpi parastatali, primarjament:
1) mid-dipartiment tal-artijiet dwar kumpens fuq art rekwiżizzjonata?
2) mid-dipartiment tax-xogħlijiet dwar ħlas dovut lill-kuntratturi?
3) mid-dipartiment tas-saħħa dwar ħlas dovut lill-kuntratturi li jissuplixxu mediċini, tgħamir u provvisti oħra?
4) mil-Malta Drydocks, Marsa Shipbuilding Company, Enemalta, Sea Malta, Gozo Channel u kumpaniji parastatali oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid iċ-ċirkulari dwar purchase and use of official cars (MFC 5/98) MF 346/97/3 għadha fis-seħħ?
Jekk iva, billi l-max retail price u max cc capacity ta' karozza ta' permanent secretary kellha tkun ta' Lm10,000 (1800 cc) kif jista' wieħed jispjega li s-segretarju permanenti fil-ministeru tal-biedja u sajd akkwista karozza Honda Accord 2.01 Vtec Se Executive 4 door ta' Lm14,900?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm sar ħlas lill-avukati u lill-awdituri privati għas-servizzi li tgħaw lid-dipartiment tat-taxxi interni f'dawn l-aħħar 10 snin (sena b'sena)?
B'referenza għall-kummenti tas-Sur Anthony Galdes fil-media Lokali:
1) tista' tippubblika s-
situation report
li s-Sur Galdes ġie rrapurtat li għaddielek nhar it-28.03.2002?
2) Tista' tgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet lis-Sur Galdes biex jikkonkludi li r-rappreżentanti tal-gvern fuq il-kummissjoni tal-Welfare ma għenu xejn fid-dibattitu u li dawn ma taw ebda kontibuzzjoni għar-riforma fil-Welfare? Dan għamluh fuq struzzjonijiet ministerjali jew minn rajhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
F'dan l-istadju ma jidhirlix li jien għandi nippubblika d-dokument imsemmi. Lanqas ma jidhirli li jien għandi nwieġeb għad-dikjarazzjonijiet imsemmija fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm bżonn isir minn persuni self-employed biex ma jitilfux mill-benfiċċji sħaħ tagħhom għall-persuni wara li dawn kienu waqfu mill-ħidma tagħhom għal sentejn (bejn is-snin 1991-92) minħabba li l-garage li kienu joperaw fih kien ġie mwaqqa mill-gvern minħabba proġett ta' żvilupp? Kemm iridu jkunu għamlu snin ta' servizz biex ma jitilfux mid-dritt tagħhom għall-pensjoni sħiħa? Hemm bżonn li jħallsu il-bolol għas-sentejn li kienu wieqfa biex jirregolarizzaw il-pożizzjoni tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għalkemm fil-Mistoqsija qed jingħataw ċerti dettalji dwar il-persuni li qed jagħmel referenza għalihom l-Onor. Interpellant, dawn m'humiex biżżejjed biex wieħed jirrispondi fid-dettal u bi preċiżjoni għad-diversi punti partikolari mqajjma.
Għall-aħjar interess tal-persuni konċernati, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lil dawn il-persuni javviċinaw id-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex jingħataw tweġiba u jiġu ggwidati personalment dwar il-każ tagħhom.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex fis-17 ta' Jannar 2002, jiġifieri sena wara mid-data effettiva tal-promotions, il-kap ta' l-armata ħass il-bżonn li jbiddel il-promotion assessment report tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li mhux minnu dak li qed jallega l-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għall-PQ 32498, jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-persuna indikata baqa ma instabilhiex xogħol mill-ETC fi 3 snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant ġiet riferuta diversi drabi għax-xogħol mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ skond il-preferenzi li qed tirreġistra għalihom. Il-Korporazzjoni ma tindaħalx fid-deċiżjoni dwar lil min jagħżel l-employer prospettiv.
Sadattant, l-employment advisor ta' din il-persuna ser jerġa jibgħat għaliha biex jara kif jista' jgħinha aktar fl-isfond li din il-persuna għandha aktar minn 40 sena, u għalhekk tista' tibbenefika minn skemi li għandha l-Korporazzjoni biex tgħin persuni f'din il-kategorija.
Jista' l-Ministru jirrispondi PQ 32607 u cioe, jista' jgħid billi kien wiegħed lil din il-Kamra li jagħti rendikont dwar l-investment registration scheme wara tmiem Marzu 2002, jista' jgħid:
- kemm ġew reġistrati flus taħt din l-iskema s'issa mindu ġiet introdotta?
- kemm minn dawn il-fondi ġew reġistrati iżda ser jitħallew dpożitati barra l-pajjiż?
- kemm minnhom inġiebu lura pajjiżna?
- b'kollox kemm kien hemm persuni li kkonkorrew għal din l-iskema?
- kemm minn dawn il-fondi ġew ipproċessati mill-banek kummerċjali?
- kemm minnhom ġew ipproċessati minn stockbrockers - mhux bankarji - u minn istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn?
Response (DALLI, JOHN)
M'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt fil-misotqsija par5lamentari nru. 32607 f'seduta 719.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 32079 fejn intqal li skond ir-records ta' l-Enemalta, ma tirriżulta ebda relazzjoni ma' l-ammont imsemmi, jista' l-Ministru ġentilment jinvestiga dan il-każ mill-ġdid, b'riferenza għall-ittra lill-familja indikata under separate cover mibgħuta mill-Enemalta datata 13.02.02 Ref: 480/91472 fejn jingħad li hemm ammont dovut ta' Lm145.92 fuq il-fond ukoll indikat under separate cover kif ukoll fejn qed jiġu mhedda b'sospensjoni tas-servizz?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li minn investigazzjonijiet li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jidher li l-konsumatur imsemmi sikwit ikollu kontijiet b'lura.
L-ammont ta' Lm145.92 dovut, huwa fil-fatt kirjiet u konsum sal-qari finali ta' l-arloġġ tad-dawl u ta' l-ilma li sar fil-25 ta' Settembru 1995, id-data li fiha tneħħew il-meters tal-post li l-konsumatur kien jokkupa qabel fil-Qasam tad-Djar tal-Gvern f'Tigne'.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienu is-servizzi li l-persuna li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ipprovda lid-dipartiment tat-taxxi interni?
Dan is-servizz ingħata tul liema medda ta' żmien?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-servizz li tat din il-persuna kienu jikkonsistu f’konsulenza rigward sistemi godda li kellu jadatta id-Dipartiment bhala parti mir-re-engineering process. Dawn fost ohrajn kienu jinkludu:
a) l-izviluppar ta’ sistema ta’ Fringe Benefits Tax u sistema gdida ta’ Taxxa Provvizorja, draftjar ta’ Formoli tat-Taxxi godda u l-process kollu relatat maghhom, ristrutturar tal-funzjoni tal-Cash Office, bidliet u amiljorament (enhancements) ta’ numru sostanzjali ta’ computer core systems.
b) Hadem fuq id-disinn u l-izviluppar tal-Workflow Management System, kif ukoll biex jigu zviluppati business processes li bis-sahha taghhom tigi kkontrollata il-korrispondenza kollha li tidhol fid-Dipartiment.
c) Huwa kien kummissjonat biex jirraporta dwar l-istrategija tal-Internet tad-Dipartiment.
d) Kien ukoll jippartecipa fil-Business Development Unit tad-Dipartiment fuq xoghol relatat ma’ teknologija u re-engineering tal-core business processes uzati mid-Dipartiment.
Dan is-servizz inghata bejn is-16 ta’ Novembru 1998 sal-15 ta’ Novembru 2001.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown sena b'sena kemm ġew ikkanċellati ex-officio assessments mid-dipartiment tat-taxxi interni bejn is-snin 1993 u 2001, iż-żewġ dati inklużi?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux possibbli li tingħata l-informazzjoni mitluba minħabba li s-sistema kompjuterizzata li biha ġew ikkanċellati l-assessments ma tiddistingwix bejn kontijiet ex officio u oħrajn li mhumiex.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li meta d-dipartiment tat-taxxi interni irrikorra għas-servizzi ta' ex-uffiċjali tad-dipartiment ma ħarġet l-ebda call for applications u mhux l-ex-uffiċjali kollha ġew avviċinati?
Għaliex ġie msejjaħ ex-uffiċjal li telaq mid-dipartiment fil-1987 meta l-anqas is-sistema kompjuterizzata ma kienet għadha daħlet, filwaqt li ex-uffiċjali li ħarġu bil-pensjoni aktar riċentement l-anqas biss ġew avviċinati?
Id-direttur tat-taxxi interni kiseb l-approvazzjoni ta' xi ħadd biex eżerċita dan il-poter?
Skond it-tweġiba li ta l-Ministru fi tweġiba għall-mistoqsija palamentari preċedenti dan ifisser li ex-impjegati oħra ma ġewx avviċinati mill-kummissarju għax ma kellhomx l-esperjenza meħtieġa u lanqas l-integrita mixtieqa?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ninsab informat li d-dipartiment avviċina lil dawk l-impjegati li kienu rtiraw u li, sa fejn kien magħruf, kellhom l-esperjenza meħtieġa fix-xogħol li kien mistenni li jagħmlu.
Is-servizz mitlub minn dawn il-persuni kien jirrekjedi aktar esperjenza teknika milli esperjenza fuq il-kompjuters; għalhekk il-fatt li persuna spiċċat mid-dipartiment qabel daħlet is-sistema komputerizzata ma kienx mistenni li se jkun ta’ ostakolu għas-servizz li kienet se tagħti.
Dan is-servizz intalab skond ir-regolamenti finanzjarji.
Naħseb l-Onorevoli Interpellant jaqbel li l-Kummissarju huwa fl-obbligu li jizgura li x-xoghol jitwettaq b’efficjenza u integrita’ u dan minghajr ebda disprezz lejn dawk l-ex-impjegati li ma kellhomx l-esperjenza mehtiega biex jaghtu dan is-servizz u ghalhekk ma setghux ikunu ikkonsidrati.