Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #33177 Sitting 731 2002-05-07 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trading Licence

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk it-Take Away li ser jinfetaħ f'Bella Vista Str, San Ġwann qrib l-appartamenti Block A fl-istess triq għandux trading licence? Jekk le, jista' jingħata kunsiderazzjoni lill-ilmenti tar-residenti tal-inħawi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minn informazzjoni miksuba mis-Sezzjoni Liċenzji tal-Kummerċ tad-Diviżjoni tal-Kummerċ, jirriżulta li l-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tan-negozju bħala take away li kienu pendenti mal-Pulizija ġew trasferiti lill-Awtorita' tat-Turiżmu li issa hija responsabbli għal dawn it-tip ta' negozji.
Leg 9 PQ #33019 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li filwaqt li Triq Gerry Żammit taqa' taħt il-Gzira għall-finijiet ta' reġistru elettorali, hija taqa taħt l-Imsida għall-finijiet tal-Maltapost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li minħabba raġunijiet ta' operat, il-posta fi Triq Gerry Zammit titqassam mill-fergħa ta' l-Imsida u l-Kodiċi Postali tagħha huwa MSD 02.

Triq Gerry Żammit — Gzira

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax tiġi kkunsidrata l-possibilita' li Triq Gerry Żammit, il-Gzira ssir one way bit-traffiku jinżel biss, kif inhuma ħafna triqat fl-inħawi? Għad hemm xi ħsieb li tiġi pproġettata triq ġdida li tmiss ma' din it-triq kif kien oriġinarjament maħsub mill-istess gvern tal-lum?

Response (GALEA, ĊENSU)

Dwar l-ewwel parti tal-mistoqsija għaddejt it-talba lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq għadu għaddej bil-proċess biex jiġi ffinaliżżat il-proġett ta' toroq ġodda fl-inħawi.
Leg 9 PQ #33021 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Prostituzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistawx jittieħdu passi dwar il-prostituzzjoni rampanti li jkun hemm fi Triq G Cali Ta' Xbiex u Triq il-Ġnien il-Gżira b'inkonvenjent kbir għar-residenti ta' l-inħawi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minbarra r-ronda li ssir mill-Iskwadra ta` kontra l-Vizzji, ikun hemm pulizija minn tad-Distrett assenjati xogħol fl-inħawi tal-Gżira u Ta` Xbiex, appożitament sabiex jissorveljaw kontra dawn l-abbużi. Infurmat ukoll illi matul din is-sena, kien hemm 23 persuna li ġew akkużati jew ser jiġu akkużati, uħud minnhom aktar minn darba, quddiem il-Qorti in konnessjoni ma` tlajjar għal skopijiet ta` prostituzzjoni, f`dawn il-lokalitajiet.

Pulizija — Sleeping Policeman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax isir sleeping policeman fi Triq il-Ġnien il-Gżira minħabba is-sewqan bl-addoċċ li spiss ikun hemm f'din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li l-ETC tpoġġi lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament fuq ir-reġistru part one ta' dawk li qed ifittxu x-xogħol?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tirreġistra fuq it-Tieni Parti tar-Reġistru. Hi tkun tista' tirreġistra taħt l-Ewwel Parti tar-Reġistru wara l-24 ta' Ġunju 2002, jiġifieri sitt xhur wara li tkeċċiet mix-xogħol mhux kawża ta' redundancy.
Leg 9 PQ #33053 Sitting 730 2002-05-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm sar xogħol ta' konsulenza minn Vienna Airports għall-MIA minn Settembru 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li Airport Consulting Vienna Gmbh, waħda mill-kumpaniji ta' konsulenza ta' Vienna International Airport plc, għamlet xogħol ta' konsulenza għall-Malta International Airport fuq is-sistema ta' Schengen matul Lulju 1999. Dan ix-xogħol ġie jiswa Lm19,133.
Leg 9 PQ #32910 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Servizzi

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jikkonferma rapporti li il-fabbrika li isimha qed jintbagħat under separate cover għandhom kontijiet sostanzjali b'lura xi jħallsu tad-dawl u l-ilma - mingħajr ma l-Enemalta u l-water services corporation ħadu passi konkreti kontrihom - kif wkoll li ilhom żmien twil ma jħallsu l-kera tal-fabbrika tagħhom? Tista' tikkonferma rapporti lil din il-kumpanija qed tuża partijiet sostanzjali tal-fabbrika tagħha għal skopijiet ta' ħażna u mhux ta' produzzjoni u li ġieli tuża dawn il-faċilitajiet bħala storage għal persuni terzi, ta' liema servizz qegħda wkoll tiċċarġjahom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-Kumpanija li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant qed tħallas il-kera skond il-ftehim li hemm mal-Korporazzjoni Maltija ta' l-Iżvilupp. Il-Korporazzjoni ma tistax tagħti informazzjoni ta' natura kummerċjali fuq kumpaniji li jokkupaw fabbriki taħt l-amministrazzjoni tagħha. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni tassigura, fejn hu possibbli, li l-fabbriki jiġu wżati mill-inkwilini skond l-użu li għalihom ġew approvati l-fabbriki. Ninsab infurmat ukoll li dwar il-fabbrika li qed issir riferenza għaliha hemm żewġ kontijiet pendenti. Fuq kont minnhom l-ammont dovut huwa magħmul mill-aħħar żewġ kontijiet li ħarġu. Fuq il-kont l-ieħor l-ammont dovut hu għal żmien itwal iżda fuqu hemm oġġezzjoni li qed tkun ikkunsidrata mill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #32911 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux l-awtoritajiet ta' l-sptar San Luqa jġibu l-quddiem appuntament lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għandha ma' speċjalista fl-orthopedic department tal-istess sptar minħabba l-inkonvenjent li dan id-dewmien ser jikkawża?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall-mistoqsija numru 13567 f'seduta 235.

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li mhijiex tirċievi żidiet adegwati għall-għoli tal-ħajja maċ-cheques tal-pensjoni li tirċievi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma lill-persuna msemmija dwar il-każ tagħha.
Leg 9 PQ #32943 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Official Cars

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32854 u cioe jista' l-Ministru jgħid iċ-ċirkulari dwar purchase and use of official cars (MFC 5/98) MF 346/97/3 għadha fis-seħħ? Jekk iva, billi l-max retail price u max cc capacity ta' karozza ta' permanent secretary kellha tkun ta' Lm10,000 (1800 cc) kif jista' wieħed jispjega li s-segretarju permanenti fil-ministeru tal-biedja u sajd akkwista karozza Honda Accord 2.01 Vtec Se Executive 4 door ta' Lm14,900?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-karozza mixtrija f'Diċembru 2001 għas-Segreatrju Permanenti fil-Ministeru ta' l-Agrikoltura u s-Sajd hi Honda Accord 1.8i. Il-prezz (retail) tal-karozza kien ta' Lm10,000. L-ammont li tħallas mill-Ministeru kien ta' Lm7,270. Dan l-ammont jinkludi n-number plates, imma ma jinkludix taxxa tar-reġistrazzjoni u dwana, peress li vetturi tal-Gvern huma eżenti minn dawn it-taxxi.
Leg 9 PQ #32968 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Vat Department

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li fil-Vat Department isir off-sitting bejn flus dovuti minnu lil dawk b'vat registration nurmber?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment talo-VAT diġa qed jagħmel off-setting ta' taxxa dovuta bejn it-tliet sistemi ta' taxxa, jiġifieri l-VAT 95. Is-CET u l-VAT 98. Qed isir ukoll off-setting fuq talba ta' taxpayers bejn kumpaniji li għandhom l-istess diretturi. Id-Dipartiment, fl-istess waqt, qed jistudja l-possibilita' li jwessa' kemm jista' jkun l-applikazzjoni tas-sistema ta' l-off-setting ta' taxxa fil-parametri tal-liġi.
Leg 9 PQ #32983 Sitting 728 2002-04-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba Barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 32857 u cioe, jista' jgħid kemm ħallas il-gvern għas-servizzi ta' tobba barranin matul is-sena 2001 kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Għas-servizzi ta' tobba barranin il-Gvern ħallas Lm723,962.72 matul is-sena 2001. Fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena (2002), il-Gvern ħallas Lm208,992.94.
Leg 9 PQ #32857 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Tobba Barranin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 32779 u ċioe Jista' l-Ministru jgħid kemm ħallas il-gvern għas-servizzi ta' tobba barranin matul is-sena 2001 kif ukoll fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar. Risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #32895 Sitting 727 2002-04-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Planning Authority

Question

B'referenza għall-permessi tal-bini biex jinbnew 62 garages u 23 apartments f'Triq G Calleja, Swatar, wara li ġejt mgħarraf li kien hemm permess biex jinbnew two storey terraced houses tistax tikkonferma li case 03393/00 li kien approvat, issa qed jintalab li jinbidel permezz ta' case 01577/02 sabiex jinbnew 64 apartament flok 23 apartament? Il-planning authority ser tieħu nota ta' l-impatt negattiv ta' dan kollu fuq ir-residenti ta' l-inħawi kemm-il darba verament saret din it-talba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-permess PA 3393/00 ħareġ biex jinbnew 62 garages, 23 appartament u 2 ħwienet filwaqt illi l-applikazzjoni PA 1577/02 issa qed titlob li minflok jinbnew 64 appartament u 69 garages. Din l-applikazzjoni għadha qed tiġi pproċessata, u l-Awtorita` ta` l-Ippjanar ser tieħu nota ta` l-impatt fuq ir-residenti ta` l-inħawi.
Leg 9 PQ #32837 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi dwar id-diversi każi ta' serq ta' karozzi pparkjati li ġieli jkun hemm fil-parti ta' fuq ta' Triq il-Madonna tal-Ġebla, il-Gżira?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul is-sena 2001 kien hemm tlett rapporti ta' serq minn vetturi ipparkjati fit-triq imsemmija, filwaqt li matul din is-sena ma kien hemm xejn. Madankollu, il-Pulizija ser tibqa` tagħmel ronda regolarment kemm fil-lokalita' msemmija mill-Onorevoli Interpellant kif ukoll fit-toroq l-oħra.

Requisition Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju qegħdin jitneħħew ir-requisition orders fuq residenzi b'R.O. fuqhom? Tistax tinvestiga l-każ ta' fond li d-detttalji dwaru qed jintbagħtu under separate cover, li huwa kopert b'R.O., fejn minkejja li hemm konvenju għall-bejgħ, il-prospective buyers li għandhom bżonn finanzjament mill-banek ġew mgħarrfa li dan l-R.O. ma jitneħħiex qabel sena li wieħed ikun joqgħod fil-fond ikkonċernat - ħaġa li tagħmilha diffiċli biex is-sid prospettiv jikseb il-finanzjament bankarju meħtieġ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Infurmat li d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali diġa' nforma lill-partijiet li m'hemm ebda oġġezzjoni għall-bejgħ. Skond il-policy viġenti, ir-requisition order titneħħa qabel sena li wiehed ikun ilu joqgħod fil-fond konċernat jekk ix-xerrej ikun ibbenefika minn skema ta' l-Awtorita' tad-Djar dwar self sussidjat.
Leg 9 PQ #32840 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Primarji — Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid normalment facilitator kemm idum assigned ma student partikulari fl-iskejjel primaji tal-gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li normalment facilitator iddum sena tagħti għajnuna lill-istudent/a fi skola primarja. Jekk l-istudent/a għal xi raġuni jibdel/tibdel l-iskola ma jfissirx li l-facilitator tmur miegħu.

ETC

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax l-ETC jikkunsidra għall-xogħol lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħatu separatament li qed jirreġistra mal-korporazzjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ irreferiet lill-persuna ndikata għal diversi xogħolijiet f'numru konsiderevoli ta' drabi. B'dankollu d-dettalji ta' din il-persuna ġew mgħoddija lill-Employment Advisor tagħha fil-Korporazzjoni għall-azzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #32854 Sitting 726 2002-04-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Official Cars

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 32780 u cioe jista' l-Ministru jgħid iċ-ċirkulari dwar purchase and use of official cars (MFC 5/98) MF 346/97/3 għadha fis-seħħ? Jekk iva, billi l-max retail price u max cc capacity ta' karozza ta' permanent secretary kellha tkun ta' Lm10,000 (1800 cc) kif jista' wieħed jispjega li s-segretarju permanenti fil-ministeru tal-biedja u sajd akkwista karozza Honda Accord 2.01 Vtec Se Executive 4 door ta' Lm14,900?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li minn informazzjoni li għandi, l-fatti li qed jirreferi għalihom mhumiex korretti. Għal aktar dettalji nitlob lill-Onorevoli membru jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.