Jista' l-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari nru. 33313 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u Gvern Lokali u li issa ġiet riferuta lilu u cioe`: Jista' jikkonferma li nħatar chief executive officer għad-data protection? Jekk iva min hu, x'pakkett finanzjarju għandu kif ukoll x'perijodu jkopri l-kuntratt, u jekk hemmx penali għall-gvern jekk jintemmlu il-kuntratt qabel iż-żmien? Jekk fl-affermattiv, x'kienet il-penali?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Nistieden l-Onorevoli Membru jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru responsabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-ministeru jiżgura li ma tinkisirx il-liġi tal-copyright kif ukoll li jiġu mħarsa l-foreign copyright rights minħabba l-photocopying li jsir fl-iskejjel ta' kull livell?
Billi fil-library photocopying guidelines ta' l-Universita` jintqal li copyright clearance assistance may be obtained by contacting the librarian's office tista' tgħid x'isir fil-prattika, l-aktar fejn jidħlu foreign copyright rights? X'tip ta' awtorizzazzjoni tingħata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Kurrikulu qed jiġi gwidat mil-linji ta' gwida dwar il-'copyright' li ġew mogħtija waqt laqgħa li d-Dipartiment ta' 'Student Services & International Relations', sezzjoni tal-libreriji, għamel għan-nies tad-Diviżjoni u għall-iskejjel.
Informat ukoll li bħalma jsir f'bibljoteki akkademiċi madwar id-dinja l-Bibljoteka ta' l-Universita` tippubblika brochure apposta u twaħħal avviżi ċari biex tiġbed l-attenzjoni tal-qarrejja dwar il-provvedimenti tal-liġi Maltija dwar il-copyright u b'mod partikolari dwar x'inhu permissibbli taħt il-klawsola tal-fair dealing. Il-Bibljoteka tagħmilha ċara li r-responsabbilta` għall-copyright clearance għal riproduzzjonijiet li jmorru 'l hinn mill-provvedimenti tal-fair dealing taqa' fuq il-qarrej, pero` l-Bibljoteka toffri l-għajnuna biex wieħed ikun jista' jistabbbilixxi kuntatt, speċjalment ma' publishing houses, f'dan ir-rigward. Il-Bibljoteka ma tirrikonoxxix fotokpjar oltre l-provvedimenti tal-fair dealing jekk mhux bl-awtorizzazzjoni ta' l-entita` li tgawdi d-drittijiet tal-copyright.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi trattattivi għaddejjin bħalissa dwar il-privatizzazzjoni tal-MOBC? Jekk iva, ma' min? Il-partijiet interessati jinkludu wkoll interessi Maltin?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'hemmx trattattivi għaddejjin dwar il-privatizzazzjoni tal-MOBC. Kienet ħarġet call for interest, pero l-proċess ġie mwaqqaf temporarjament minħabba problemi mal-Planning Authority li issa ġew riżolti. Billi issa għadda ħafna żmien, hu maħsub li l-proċess jinbeda mill-ġdid b'sejħa ġdida għal min hu nteressat.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jikkonferma jekk hux minnu li fid-Dragonara Casino hemm ħaddiema li ilhom jaħdmu għall-sena sħiħa mal-kumpanija li issa nqalbu għall-kuntratti ta' ġimgħa, ġimgħa?
Tikkonferma li qegħdin jiġu ngaġġati bosta barranin minflok ħaddiema Maltin fuq xogħol ta' security u serveillance?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u risposta ser tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'nfiq kapitali għandha ippjanat l-MIA għas-sena finanzjarja li tinsab fiha, u fuq x'hiex huwa maħsub li jsir dan?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-M.I.A. qed tippjana li tonfoq madwar Lm1,073,000 f'infieq kapitali matul is-sena finanzjarja April 2002 - Marzu 2003. Il-parti l-kbira ta' dan l-infieq, jiġifieri Lm400,000 huwa ħlas biex jitlestew l-uffiċini l-ġodda fiċ-Check-in u fl-Arrivals Halls. Il-kumplament ta' l-infieq ivarja bejn sistema ġdida ta' Airfield Lighting, stallazzjoni ta' high voltage Circuit Breakers ġodda, u heavy maintenance fuq Park numru 8 u Park numru 9.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jikkonferma rapporti li hemm il-ħsieb li jsir ingaġġ ġdid tal-EOs fis-servizz pubbliku?
Jekk iva meta ser isir dan u kemm hemm postijiet battala?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat li ma hemmx il-ħsieb immedjat li jsir eżami biex jimtlew postijiet ta’ “Executive Officer”.
Kummissjoni Ewropea — Common European Border Guards
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-posizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li jitwaqqfu common european border guards, biex jipproteġu l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea kontra l-immigrazzjoni illegali u t-terroriżmu?
Kif jirrikonċilja l-idea li jkollok membri ta' korp ta' nazzjonalita' barranija jgħassu l-fruntieri ta' pajjiżi newtrali bħal Malta?
Ma taħsibx li din il-miżura li hi maħsuba li tiġi fis-seħħ fis-sena 2007 tista xxellef l-aspett tas-sovranita' tal-pajjiżi ikkonċernati?
Response (BORG, JOE)
Din il-proposta dwar "l-integrated management of the EU's external borders" għadha kif ġiet magħmula il-ġimgħa l-oħra mill-Kummissjoni Ewropea. M'hemmx dubju li għad hemm ħafna x'jiġi diskuss u x'isir qabel ma din il-proposta ssir realta'.
Għalhekk għadu prematur li wieħed jesprimi opinjoni dwar l-impatt ta' din il-proposta u jagħmel kummenti oħra.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-għalqa msejħa tal-baruni li hemm fi Triq Giacint Tua, Gzira, kantuniera ma' E. Bernard Street li allegatament qiegħda spiss tintuża kemm bħala rubbish dump kif ukoll bħala lok għal prostituzzjoni, minkejja li tinsab qrib ħafna ta' l-abitat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li spezzjoni minn uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika saret fl-għalqa ndikata fl-10 ta` Mejju 2002, fejn ġie nnotat xi skart u materjal ieħor.
Fid-dawl ta` dan, intbagħat avviż lis-sid konċernat sabiex jieħu l-passi meħtieġa ħalli jitneħħa dan l-iskart. Fin-nuqqas ta` dan, jittieħdu passi legali.
Fir-rigward ta` l-allegat prostituzzjoni fl-inħawi, nissuġġerixxi li tali lment jiġi riferut lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija nru. 33177 li ġiet riferuta lilu u cioe, jista' jgħid jekk it-Take Away li ser jinfetaħ f'Bella Vista Str, San Ġwann qrib l-appartamenti block A fl-istess triq għandux trading licence? Jekk le, jista' jingħata kunsiderazzjoni lill-ilmenti tar-residenti tal-inħawi?
Response (REFALO, MICHAEL)
Jien infurmat li negozju ta' "Take Away" għandu bżonn liċenzja mill-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta. Mir-rekords ta' l-Awtorita' ma jidhirx li ġiet preżentata applikazzjoni għall-ftuħ ta' "take-away" f'Bellavista Street, San Ġwann.
Jista' l-Ministru jikkonferma li nħatar chief executive officer għad-data protection? Jekk iva min hu, x'pakkett finanzjarju għandu kif ukoll x'perijodu jkopri l-kuntratt, u jekk hemmx penali għall-gvern jekk jintemmlu il-kuntratt qabel iż-żmien? Jekk fl-affermattiv, x'kienet il-penali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma nistax nikkonferma.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jinvestiga l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija separata legalment u qed tgħid li ma kien hemm l-ebda żieda fl-għajnuna soċjali li qed tirċievi meta r-raġel tagħha naqqas il-manteniment tiegħu minħabba li safa bla impjieg?Jista' jikkonferma jekk l-ittra uffiċjali ta' l-avukat tagħha dwar dan il-każ hijiex biżżejjed jew jekk hemmx bżonn rikors mill-istess avukat kif qalulha xi impjegati tad-dipartiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntatjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Jista' l-Ministru jara li jittieħdu passi dwar l-għalqa msejħa tal-baruni li hemm fi Triq Giacint Tua, Gzira, kantuniera ma' E. Bernard Street li allegatament qiegħda spiss tintuża kemm bħala rubbish dump kif ukoll bħala lok għal prostituzzjoni, minkejja li tinsab qrib ħafna ta' l-abitat?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tagħmel u ser tkompli tagħmel ronda fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant. Infurmat ukoll illi, b`riżultat ta` dan, diġa` tressqu żewġ persuni quddiem il-Qorti fuq prostituzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-membri tan-negotiating team dwar il-privatizazzjoni tal-MIA?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif għedt fil-Press Conference li tajt nhar il-Ġimgħa 26 t'April, il-membri tan-negotiating team kienu :
Is-Sur Emanuel Ellul
Is-Sur Ivan Falzon
Is-Sur John Portelli
Is-Sur Mario Mizzi
Dawn kienu mgħejuna min numru ta' uffiċjali w avukati min dawn id-ditti :
BNP Paribas
Camilleri Preziosi
Advocates Micallef
Malta International Airport, u
MDP. Group
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament tikkwalifikax għal xi forma ta' għajnuna soċjali għax ġiet abbandunata mir-raġel tagħha li siefer ħabta u sabta peress li f'dawn iċ-ċirkostanzi ma laħqitx kellha l-opportunita' biex tibda il-proċeduri għas-separazzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tiġi nfurmata bl-eżitu tal-każ tagħha personalment.
Nirriferi l-Ministru għas-sigra kbira tal-Acacia li hemm fi Ġnien tal-privat quddiem Vista Court, Bella Vista Str, San Ġwann billi din qed tkun ta' inkonvenjent kbir għas-saħħa tar-residenti kemm dawk li jbatu bil-hay fever kif wkoll minħabba l-għadd kbir ta' nemus li tiġbox fuqha, jistax is-sid jiġi avviċinat bil-kelma it-tajba mill-awtoritajiet biex ineħħija biex forsi jiġi mgħelub dan l-inkonvenjent?
Response (ZAMMIT, NINU)
Jien infurmat li t-Taqsima tas-servizzi Agrikoli u Żvilupp Rurali ma tistax tindaħal f'dak li jitkabbar f'ġonna privati. M'hix prassi lanqas li t-Taqsima tiddiskrimina kontra l-Acacia meta m'hemmx bażi jew prova xjentifika għal dan l-aktar ukoll meta l-pollen fl-arja ġej minn diversi pjanti u siġar oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li għalkem ħafna VAT inspectors ġodda huma familjari mal-kontroll tal-VAT registers, ftit li xejn ingħataw taħriġ f'computer systems u b'hekk isibuha diffiċli biex jilqgħu ċerti abbużi li jkun hemm minn nies jew negozji li huma jagħmlu inspections fuqhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kull VAT Inspector ingħata taħriġ biex jikkontrolla l-irċevuti maħruġa mill-fiscal cash registers. Hemm ukoll numru ta' VAT Inspector li kienu ħadu taħriġ f'Accounting Computerised Systems bħal ma hija s-Sage li tintuża minn numru ta' negozji.
Huwa diġa maħsub li dawk l-Inspectors li għadhom ma ħadux taħriġ f'computer systems, jingħataw dan it-taħriġ bħala parti minn programm mħejji mid-Dipartiment tal-VAT għall-uffiċjali tiegħu.