Legislature:
Category:
Reset
Active:

Gzira United Football Club

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 33713 li kienet saret lill-ministru ta' l-edukazzjoni, billi xi żmien ilu l-Gzira United F.C. kienu ġew mwiegħda mill-ministru preċedenti responsabbli għall-ambjent draft agreement dwar il-football ground il-ġdid li kellu jinbena Manoel Island bħala parti mill-proġett tal-MIDI, jista' jgħid meta dan l-abbozz ta' ftehim ser jiġi ippreżentat lil dan il-club? Jikkonferma li l-ground se jinbena flok il-Phoenicia Glass Blowers Co. Ltd. Il-ground il-ġdid ser jkun b'titlu ta' dan il-club u jekk le, f'isem min se jkun vestit it-titlu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nista' ninforma lill-Onorevoli Interpellant li se jkomplu t-taħdidiet mal-Gżira United Football Club fuq is-suġġetti ndikati. Wara li jintemmu dawk it-taħdidiet li kienu diġa' nbdew bejn il-Gvern u l-istess Club, inkun nista' nwieġeb għall-istess mistoqsijiet.

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema uffiċjal tal-gvern hemm fl-OPM li huwa eżentat mill-ħlas tal-bolla tan-National Insurance?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Fir-rigward tal-persuni li għandhom din l-eżenzjoni, ninforma lill-Onor Interpellant li l-Artiklu 133 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali jipprekludi lid-Direttur li jagħti l-informazzjoni kif mitluba.
Leg 9 PQ #33755 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li cheque bi ħlas ta' kont tad-dawl u l-ilma li intbgħat lil water services corporation bid-data tas-6.4.02 u li ġie msarraf nhar is-16.4.02 damet aktar minn xahar ma waslet irċevuta għand il-konsumatur?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Membru ġie riferut lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir il-verifika relattiva.
Leg 9 PQ #33756 Sitting 747 2002-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Sigurta' Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm u liema uffiċjal tal-gvern hemm fl-OPM li huwa eżentat mill-ħlas tal-bolla tan-National Insurance?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Nistieden lill-Onorevoli Membru jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli dwar eżenzjonijiet li jingħataw skond il-provedimenti ta’ l-Avviż Legali 13 ta’ l-1987 (Att dwar is-Sigurta` Soċjali) li ġiet ippublikata fl-14 ta’ Frar 1987 u ġiet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1987.
Leg 9 PQ #33642 Sitting 744 2002-05-27 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank of Valletta — Privattizazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet il-privatizazzjoni tal-bank of valletta? Ma' liema banek barranin għaddejjin it-trattattivi bħalissa?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li għadna fil-fażi tal-preparazjoni tal-bank għall-din il-privatizazzjoni, fosthom il-pożizjoni tal-Banco di Sicilia li kien ingħata 14% tal-ishma minn Gvern Soċjalista mingħajr ma ħallas ċenteżmu. Għalhekk m'huma qegħdin isiru trattattivi ma ebda bank.

Dragonara Casino

Question

PQ Text: Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 33326, jista' jgħid jistax jikkonferma jekk hux minnu li fid-Dragonara Casino hemm ħaddiema li ilhom jaħdmu għall-sena sħiħa mal-kumpanija li issa nqalbu għall-kuntratti ta' ġimgħa, ġimgħa? Tikkonferma li qegħdin jiġu ngaġġati bosta barranin minflok ħaddiema Maltin fuq xogħol ta' security u serveillance ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jien infurmat mid-Direttur tar-Relazzjonijiet Industrijali u ta' l-Impjieg li fid-Dragonara Casino xi ħaddiema jingħatalhom kuntratt definit ta' sena marbut bi klawsola li jista' jiġġedded ġimgħa ġimgħa għal perjodu ta' mhux aktar minn xahar biex il-Kumpanija jkollha żmien tevalwa d-deċiżjoni tagħha fil-każ li trid iġġedded il-kuntratt tax-xogħol għal sena oħra. Rigward l-ingaġġ ta' ħaddiema barranin minflok ħaddiema Maltin fuq ix-xogħol ta' Security u Surveillance, jirriżulta li hemm erba' ħaddiema barranin, 2 minnhom miżżewġin Maltin u għalhekk għandhom dritt jaħdmu Malta, u t-tnejn l-oħra qed jagħmlu xogħol ta' trainers fuq kuntratt definit.

Għajnuna Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax d-dipartiment jinvestiga għaliex il-persuna li hi separata u li d-dettalji qed jintbagħtu separatament qalulha li ma hi intitolata għall-ebda għajnuna soċjali?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntatjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.

St. Vincent De Paule Residence

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jikkunsidra li l-anzjan li d-dettalji qed jintbagħtu separatament ikun jista' jidħol St. Vincent De Paule billi jgħix kompletament waħdu minkejja l-eta' li għandu?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun ikkuntatjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Leg 9 PQ #33576 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bonds/Stocks tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li billi l-gvern ikkommetta ruħu li ma joħroġx aktar bonds u stocks tal-gvern matul din is-sena finanzjarja, bosta korporazzjonijiet pubbliċi u parastatali -inkużi wħud li mistennija jiġu privattizzati fil-ġejjieni qarib - qegħdin iduru fuq banek kummerċjali, l-aktar dawk fejn għad għandu influwenza l-gvern, biex jissellef miljuni kbar għall-ħtiġijiet kapitali u rikurrenti tagħhom? Il-gvern ser jagħti l-letters of comfort u garanziji meħtieġa f'ċirkustanzi bħall-dawn? Liema huma dawn il-kumpaniji? X'inhu l-ammont totali li s-settur pubbliku u parastatali qed jipprova jissellef għall-ħtiġijiet urġenti tiegħu? Dan kollu ser iżid il-long term debt exposure tas-settur bankarju malti?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma teżisti l-ebda konnessjoni bejn il-fatt li l-Gvern din is-sena ma pproġettax li joħroġ stocks ġodda u xi self li jista jkollhom bżonn jirrikorru għalih entitajiet pubbliċi. Il-policy li l-Gvern jaddotta meta tinħass il-ħtieġa li tingħata garanzija bankarja hi waħda bbażata fuq skrutinju kontinwu. Din kienet il-policy addottata wkoll mill-Amministrazzjoni preċedenti u m'hemmx xi ammont stabbilit għall-iskopijiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 9 PQ #33577 Sitting 742 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħandaq — Asbestos

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li fl-iskola ta' tal-Ħandaq għad hemm bosta strutturi tal-asbestos minkejja li l-asbestos ilu snin sħaħ li ġie iċċertifikat bħala xi ħaġa ta' dannu kbir għas-saħħa tal-bniedem? Jekk iva, x'passi ser jittieħdu mill-awtoritajiet dwar dan?

Response (GALEA, LOUIS)

Mill-investigazzjoni li saret s'issa ma jidhirx li hemm strutturi li għandhom asbestos fihom. Sadanittant il-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada qed tħejji pjan sħiħ ta' bini u refurbishment għal din l-iskola.
Leg 9 PQ #33506 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Gzira United F.C.

Question

Billi xi żmien ilu l-Gzira United F.C. kienu ġew mwiegħda mill-Ministru preċedenti responsabbli għall-ambjent draft agreement dwar il-football ground il-ġdid li kellu jinbena Manoel Island bħala parti mill-proġett tal-MIDI, jista' l-Ministru jgħid meta dan l-abbozz ta' ftehim ser jiġi ippreżentat lil dan il-club? Jikkonferma li l-ground se jinbena flok il-Phoenicia Glass Blowers Co. Ltd. Il-ground il-ġdid ser jkun b'titlu ta' dan il-club u jekk le, f'isem min se jkun vestit it-titlu?

Response (BORG, TONIO)

Nikkonferma li huwa ippjanat illi l-ground tal-Gżira United F.C. se jinbena fis-sit fejn qabel kien hemm il-Phoenicia Glass Blowers Co. Ltd u illi huwa maħsub li l-istess club jingħata titlu fuq dan il-ground. Rigward l-abboz ta` ftehim, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru ta` l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #33508 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Financial Intelligence Unite

Question

Billi l-financial intelligence unit f'Malta issa ilu xi żmien li twaqqaf, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta Malta mistennija tissieħeb fl-EGMONT Group of Financial Intelligence Units?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Board tal-Financial Intelligence Unit bħalissa qiegħed fil-proċess li jimpjega l-istaff permanenti tiegħu fosthom id-Direttur. Għaldaqstant, peress li r-rappurtaġġ ta' transazzjonijiet suspettati għall-finijiet ta' money laundering għadu qiegħed isir lill-Pulizija, l-FIAU għadu ma huwiex operattiv għall-finijiet ta' l-Egmont Group. L-Egmont Group għandu kundizzjoni li biex FIU isir membru irid ikun operational. Dan ifisser li l-Unit ikun qiegħed jirċievi u jiproċessa informazzjoni. Peress li l-applikiazzjonijiet għas-sħubija fl-Egmont Group għalqu f'nofs April li għadda, Malta ma tistax tissieħeb din is-sena. Dan pero ma jfissirx li Malta ma tistax tikkopera ma FIUs li huma membri tal-Egmont Group. Tajjeb wieħed jinnota, infatti, li Malta ilha tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat ta' dan il-Group għal dawn l-aħħar tliet snin. Fil-fatt Malta ser tipparteċipa fil-laqgħa li jmiss ta' l-Egmont Group fil-bidu ta' Ġunju f'Monaco.
Leg 9 PQ #33509 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Maltapost — Privatizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tan-negotiating team fil-privatizzazzjoni tal-Maltapost?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-membri tan-Negotiating Team kienu Is-Sur Emanuel Ellul Is-Sur Ivan Falzon Is-Sur Mario Mizzi Is-Sur John Portelli Dawn kienu mgħejunin min uffiċjali u avukati min dawn id-ditti Mamo TCV Schriha, Attard Montalto, Galea & Associates Maltapost plc MIMCOL
Leg 9 PQ #33510 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

OECD Model Agreement on Exchange of Information

Question

Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-OECD Model Agreement on Exchange of Information in tax matters li rriżulta mill-OECD global forum working group on effective exchange of information li kien co-chaired minn Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-OECD Model Agreement on Exchange of Information huwa dikument pubbliku u kopja tiegħu huwa riprodott fuq il-website ta' l-OECD http://www.oecd.org/pdf/M00028000/M00028528.pdf.
Leg 9 PQ #33571 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex f'dawn l-aħħar sentejn il-familja rċeviet kontijiet tal-ilma id-doppju ta' dak li kienet tirċievi qabel?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni neċessarja u jekk ikun il-każ jittieħdu l-passi meħtieġa.
Leg 9 PQ #33572 Sitting 741 2002-05-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax il-VAT department jagħmel kuntatt mad-diriġenti tal-kumpaniji li d-dettalji qed jintbagħtu separatament peress li qegħdin jikkontestaw parti mill-kont li ġew mitlubin iħallsu lid-dipartiment?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma naħsibx li għandi nagħti nformazzjoni konfidenzjali. Jekk l-Onorevoli Interpellant ikun awtorizzat mit-taxpayers allura r-risposta tingħata lilu privatament. Jekk irid jista jmur id-Dipartiment u jkun jista' jinqeda minn hemmhekk.
Leg 9 PQ #33342 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Bank Ċentrali — ECP

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti għall-kummenti dispreġġjativi li għadda c-chairman tal-Bank Ċentrali Ġermaniż dwar ir-rwol imċekken li għandu jkollhom il-Banek Ċentrali ta' Malta u Ċipru fi ħdan l-ECB (il-Bank Ċentrali Ewropew) kemm-il darba dawn isiru membri sħaħ tal-UE kif ukoll tal-bank innifsu?

Response (BORG, JOE)

Deċiżjonijiet li jirrigwardaw ir-rwol ta' pajjiżi membri ġodda fl-Unjoni Ewropea, inkluż f'dak li jirrigwarda r-rwol tal-Banek Ċentrali fi ħdan il-Bank Ċentrali Ewropew, ma jittieħdux minn persuna waħda, jew a bażi ta' dak li jgħid individwu wieħed, hu min hu, iżda jittieħdu b'deċiżjoni tal-pajjiżi membri kollha. Għaldaqstant, ma kienx hemm lok ta' xi reazzjoni da parti tal-Gvern Malti għal dak li ġie rrappurtat li qal iċ-Chairman tal-Bank Ċentrali Ġermaniż. Infakkar l-Onorevoli Interpellant li kien intqal ħafna kliem u ntwera xettiċiżmu kbir dwar jekk pajjiżi żgħar għandomx ikollhom dritt għall-Kummissarju Ewropew u dwar id-dritt li l-Malti jkun lingwa uffiċċjali, anke mill-esponenti prinċipali tal-Partit Laburista Malti, inkluż il-Kap ta' l-Oppożizzjoni nnifsu. Is-suċċessi miksuba fuq dawn iż-żewġ materji importanti iġibu fix-xejn ix-xettiċiżmu espress u l-qtigħ il-qalb muri dwar ir-rwol ta' Malta bħala membru tal-Unjoni Eworpea.
Leg 9 PQ #33343 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

UE — Militanti Palestinjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-Gvern Malti dan l-aħħar ġie avviċinat mill-UE biex jikkunsidra li jieħu lill xi Militanti Palestinjani li kienu jinsabu sa ftit ilu taħt assedju fil-knisja tan-nativita f'Betlem kif ġara fil-każ ta' Ċipru? Jekk le, saru xi inzjattivi f'dan ir-rigward minn naħa tal-Gvern Malti innifsu?

Response (BORG, JOE)

It-tweġiba għaż-żewġ partijiet tal-Mistoqsija hija fin-negattiv.
Leg 9 PQ #33410 Sitting 740 2002-05-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

Laeken European Council — EU military capabilities

Question

Billi Malta kienet mistennija tieħu sehem fil-laqgħa ta' l-14/05/02 tal-ministri ta' l-affarijiet barranin u tad-difiża ta' l-Unjoni Ewropea, jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar l-EU military capabilities elenkati fil-Laeken European Council, fosthom: Il- capability development mechanism; Il-progress fir-rigward tal-qafas tal-European Capabilities Action Plan; L-element ta' rapid response fil-Helsinki Headline Goal; il-command and control arrangements għall-operational headquarters; Kif ukoll il-koperazzjoni fil-qasam ta' l-armamenti?

Response (BORG, JOE)

Peress li l-materja trattata hija ta' natura militari, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.