Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34053 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ID Cards

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fejn nies li ħadu r-ritratti tal-ID Cards il-ġodda fil-bliet u l-irħula tagħhom ġew mitluba imorru mill-ġdid l-uffiċċju elettorali ħalli jerġgħu jieħdu r-ritratti għalhiex qalulhom li kienu ħarġu ħżiena?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninsab infurmat ma kien hemm ħadd li ġie mitlub imur l-Uffiċċju Elettorali biex jerġa’ jieħu r-ritratt għax ħareġ ħażin. Madankollu kien hemm 141 persuna li minn jeddhom marru l-Uffiċċju Elettorali u biddlu l-karta ta’ l-indentita minħabba r-ritratt.
Leg 9 PQ #34054 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex ma jitħalliex isir spillage ta' żjut tal-magni fil-parti ta' fuq ta' Triq Turu Rizzo, il-Gzira?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjoni li għamlet il-Pulizija fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant, ma rriżultax illi hemm xi żjut la fit-triq u lanqas fuq il-bankina. Pero` irriżulta li hemm store li huwa rtirat 'il ġewwa mill-linja tal-bini u li jintuża bħala store għall spare parts ta' magni wżati. F'din il-parti deher li hemm tiċpis ta' żejt. Is-sid ġie mwissi mill-Pulizija sabiex inaddaf din il-parti u jżommha nadifa.

Forti Chambray

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' forti Chambray? Huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant Taljan Roberto Memmo jisganċja ruħu mill-proġett? F'hiex wasal il-proġett innifsu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #34080 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Trade Conditions

Question

Could the Minister indicate what sort of trade conditions are being imposed on establishments (such as those operating a copying bureau, book shops and stationers etc.) who do keep and operate machinery or any other type fo copying apparatus that are also capable of reproducing copyright material for commercial purposes? Is the trade licensing unit imposing any conditions so that copyright is protected premises, especially in view of the newly approved copyright act 2000 (section 7 a, c, e, and 9 h,i, legal notice 120/92 and to the constitution of Malta as per article 37 (1) a for the adequate compensation for such use? If these conditions are not being imposed and observed by this unit, then who is responsible for this lack of observance and to see that this right of protection is enjoyed and not abused by such holders? If these establishments had been advised by the unit, then why are they still in abuse (& violation) of copying material without rightsholders' authority?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li l-kundizzjonijiet tal-liċenzja inkluża fit-Tieni Skeda tar-Regolamenti tas-sena 2002 tal-Liċenzji tan-Negozju, ġeneralment huma bbażati fuq il-kundizzjonijiet l-aktar importanti u komuni li kien hemm fil-liċenzji li kienu jinħarġu taħt is-sistema ta' qabel. Madanakollu, din il-lista ma' tista' bl-ebda mod, la dirett u lanqas indirett, tinftiehem li teżenta xi attivita' kummerċjali milli jiġu osservati l-kundizzjonijiet u l-provvedimenti ta' xi liġi, regolament jew proċedura amministrattiva oħra li bħalissa tinsab fis-seħħ f'Malta. Peress li l-ikkupjar bla permess ta' materjal għal skopijiet kummerċjali jikkostitwixxi ksur tal-Kodiċi Kriminali, il-liġi tagħti s-saħħa lill-Kummissarju tal-Pulizija jibda proċeduri kontra min jabbuża. Madankollu, il-Pulizija tieħu azzjoni wara li tkun infurmata dwar dan mill-parti jew partijiet li jkunu ħassewhom offiżi b'tali azzjoni.
Leg 9 PQ #34099 Sitting 755 2002-06-17 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Importaturi ta' aluminium profiles

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li wasluli li għalkemm container ta' 40 pied ta' aluminium profiles normalment huwa suġġett għal madwar Lm4,000 - Lm5,000 VAT, hemm importatur partikolari ta' l-aluminium profiles li allegatament jiddikjara nofs il-valur f'VAT u lil dawk il-klijenti li ma jkunux iridu jħallsu VAT iżommilhom minflok 8% charge?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddli d-dettalji relevanti biex ma jintifix żmien fl-investigazjonijiet.
Leg 9 PQ #34051 Sitting 754 2002-06-12 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-ħlas tal-overtime ta' dawk il-ħaddiema li qed jagħmlu part-time konness mal-ħruġ tal-ID cards ġodda fil-bliet u irħula Maltin waqa b'xahrejn lura?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li qegħdin isiru trattativi mal-Ministeru tal-Finanzi sabiex dawn il-pagamenti jkunu jistgħu jsiru.
Leg 9 PQ #33999 Sitting 752 2002-06-10 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Forti Chambray

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' forti Chambray? Huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant taljan Roberto Memmo jisganċja ruħu mill-proġett? F'hiex wasal il-proġett innifsu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il­mistoqsija lill­Ministru konċernat.

Addottazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux bi ħsiebu jieħu xi posiżżjoni dwar it-tfal addottati mill-Pakistan minn familji Maltin? Għandu jsir policy statement dwar dan sabiex iserħu ras il-ġenituri adottativi ikkonċernati?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Il-pożizzjoni tal-Gvern dwar is-suġġett indikat mill-Onor Interpellant hi dik espressa b'mod l-aktar ċar fl-istqarrija għall-istampa li jien ħriġt fl-14 ta' Mejju 2002.
Leg 9 PQ #33884 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li paġni tal-Airport statistics fil-website tal-MIA ilhom ma jiġu aġġornati madwar tliet ġimgħat?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-paġni ta' l-Airport Statistiċs jiġu aġġornati fuq il-website ta' l-M.I.A. darba fix-xahar għax l-istatistika hija xahar b'xahar. Għaldaqstant ma nistax nifhem l-iskop ta' din il-msitoqsija.
Leg 9 PQ #33891 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji kollha li waslu għat-tibdil tac-CEO tal-Maltapost li kien appuntat mill-kumpanija minn New Zealand it-Transend, is-sieħeb strateġiku il-ġdid tal-Maltapost?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta l-Maltapost daħlet fi ftehim ma' Transend, l-oġġettiv prinċipali kien li jitkabbar in-negozju billi jiżdied in-numru ta' prodotti li jinbiegħu mill-fergħat tal-kumpanija u li ssir ħidma biex ikun diversifikat in-negozju u fl-istess waqt ikompli jitjieb l-operat tal-kumpanija biex ikun provdut servizz aħjar għall-klijenti. Waqt li c-Chief Executive Officer kellu ħafna kwalitajiet tajbin fis-servizz postali tradizzjonali, kien hemm dubji jekk ċerti kwalitajiet li hemm bżonn biex jintlaħaq l-oġġettiv prinċipali kienux hemm. Minħabba dawn id-dubji, il-Bord tal-Maltapost unanimament iddeċieda li jitlob lil Transend biex jagħmel bidla fit-tmexxija tal-Maltapost sabiex ikun aċċertat li l-oġġettiv prinċipali jintlaħaq.
Leg 9 PQ #33903 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Servizzi Finanzjarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-konsulenti li tqabbdu mill-gvern u/jew miċ-ċentru għas-servizzi finanzjarji sabiex jitħejja l-pakkett ta' liġijiet ġodda/jew aġġornati marbutin mas-settur finanzjarju?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-maġġor parti tax-xogħol, kemm ta' tfassil ta' idejat u kemm ta drafting involuti fl-abbozz numru 151, pubblikat ftit ġimgħat ilu, sar kollu mill-awtoritajiet pubbliċi konċernati. Dawn huma il-Bank Ċentrali, l-Malta Stock Exchange u l-MFSC li utilizzaw ir-riżorsi esperti tagħhom in-house sabiex jitlesta dan l-eżerċizzju. F'xi oqsma speċjalizzati, ġew użati expertise minn barra dawn l-istituzzjonijiet, u dan diġa' ġie ampjament spjegat f'risposti li ingħataw għall-mistoqsijiet preċedenti, u ċioe 17344, 24674, 24919. Barra minn hekk, Dr Anton Felice LLD u l-konsulent ingliż Mr Peter Astleford tad-ditta legali magħrufa Dechert tqabbdu sabiex jgħinu fit-tfassil tal-liġi l-ġdida dwar ir-retirement funds.
Leg 9 PQ #33904 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Freeport

Question

Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jieħu sehem min naħa tal-gvern fit-taħdidiet dwar il-privatizazzjoni tal-Freeport? Il-privatisation unit kemm hija involuta f'dan il-proċess?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li f'Jannar ta' l-2000 kien twaqqaf il-Freeport Privatisation Ad-Hoc Committee (FPAC) biex imexxi l-proċess tal-privatizzazzjoni tal-Freeport. Dan kien qabel ma' twaqqaf il-Privatisation Unit. Bħala membri tal-FPAC hemm is-sinjuri Emmanuel Ellul bħala Chairman, Edwin Muscat u Reynold Portelli. John Portelli huwa s-segretarju ta' dan il-kumitat. Dan il-kumitat kien għażel bħala konsulenti lill-Credit Suisse First Boston li kienu jmexxu konsortium ta' konsulenti li jinkludi lid-ditta legali Clifford Chance (u r-rapreżentanti lokali tagħhom Camilleri Preziosi), kif ukoll Drewry Shipping Consultants. L-FPAC kellhu wkoll bħala konsulenti lill-Mamo TCV u Arthur Andersen u r-rappreżentanti lokali tagħhom MSD & Co. bħala reporting accountants. Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, jiena nfurmat li l-Privatisation Unit jinżamm nfurmat fuq dak li jkun qiegħed għaddej f'din il-Privatizzazzjoni.
Leg 9 PQ #33905 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Forti Chambray

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' forti Chambray? Huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant taljan Roberto Memmo jisganċja ruħu mill-proġett? F'hiex wasal il-proġett innifsu?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jgħaddi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #33906 Sitting 750 2002-06-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Junior Lyceum Ħamrun — Maintenance

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi bi ħsiebu jieħu l-gvern biex tiġi indirizzata t-traskuraġni li jidher li hemm fiż-żamma u fil-maintenance tal-junior lyceum, tal-Ħamrun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ġimgħa li għaddiet stess beda l-audit ta' din l-iskola u jekk jirriżulta li hemm bżonn xi ħtiġijiet, dawn jiġu ndirizzati.
Leg 9 PQ #33808 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

AFM — Helicopter Flight Section - Technician - B'Kara

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga għaliex jieher li inqabeż għall-promozzjoni minkejja l-esperjenza li għandhu bħala technician fil-helicopter flight section ta' l-AFM?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Jien infurmat li l-persuna msemmija ma ġietx promossa fl-eżerċizzju ta’ l-2001 għax ma kienx hemm biżżejjed vakanzi fil-grad ta’ “Lance Bombardier” fejn jaħdem.
Leg 9 PQ #33809 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid huwiex permess li residenti f'M. Pulis Street, Gzira iwaħħlu bollards quddiem id-dar tagħhom kif fil-fatt qed isir?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li għamlet il-Pulizija fit-triq imsemmija ma jirriżultax li hemm xi bollards imwaħħla f'din it-triq. Pero' il-Pulizija innutat illi quddiem garage kien hemm żewġ bramel mimlija bis-cement b'pajp ġo fihom, bl-iskop li ma jsirx parking quddiem dan il-garage. Is-sid ġie mwissi mill-pulizija sabiex ma jibqax juża din il-prattika.

Gzira — Sliema Road

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslu il-pjani tal-gvern biex tiġi irranġata Sliema road, il-Gzira minħabba l-ilmijiet kbar li jinġabru fiha kull meta tagħmel ix-xita sew?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Direttorat tat-Toroq beda xogħol fil-parti t'isfel ta' Triq Sliema, li qed jinkludi wkoll tindif u tiswija tal-culverts ezistenti, biex b'hekk il-problema ta' l-għargħar f'din it-triq tkun tista' tiġi riżolta. Dan il-culvert jiġi estiż in konnessjoni ma' proġetti oħra li jridu jitwettqu fil-lokalita'.
Leg 9 PQ #33813 Sitting 748 2002-06-03 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri mistennija tieħu l-MIA fir-rigward ta' l-airfield lighting system il-ġdida, sabiex filwaqt li tiġi żgurata s-sigurta' ta' l-airfield matul il-lejl, isir sforx sabiex jitnaqqsu, jew għal inqas ma jiżdiedux il-livelli preżenti ta' light pollution. Dan jista' jsir b'użu ta' apparat retro-reflective u dwal high mast full cutoff fost l-oħrajn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li x-xogħol li mistennija tagħmel l-M.I.A. fir-rigward ta' l-airfield lighting system ikopri bdil ta' apparat ta' kontroll tad-dawl ta' l-airfield, kif ukoll bdil ta' airfield lighting fittings fejn meħtieġ. Ta' min jgħid li dan huwa apparat speċjalizzat li jiġi magħżul skond ir-rakkomandazzjonijiet ta' l-International Civil Aviation Organisation (ICAO). Tajjeb li wieħed jiġbed l-attenzjoni li l-parti l-kbira ta' l-airfield lighting fittings huma disinjati sabiex jintużaw bħala għajnuna lill-pilota waqt it-tluq u l-inżul ta' l-ajruplan, u għalhekk huma mmirati f'direzzjoni preċiża. Dwar l-użu ta' apparat u dawl b'full cutoff , tajjeb li wieħed jgħid li minn xi sentejn 'l hawn, l-M.I.A. bdiet programm ta' bdil ta' dawl high mast (ta' toroq u parkeġġi ta' l-ajruport), b'dawl b'full cutoff bi skop li titnaqqas il-light pollution , kif ukoll il-konsum.