Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #34318 Sitting 762 2002-06-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

Karta Anzjan

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li f'Għawdex ħafna outlets u mezzi tat-trasport lanqas jirrikonoxxu l-karta anzjan?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Għar­rigward ta' outlets nitlob lill­Onor Interpellant igħid għal­liema outlets qed jirreferi. Rigward mezzi tat­trasport nirreferi lill­Onor Interpellant għat­tweġiba għall­Mistoqsija Parlamentari numru 18955.

Wheelchair — Gżira

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi pprovdut wheelchair għar-residenta li toqgħod fl-indirizz indikat separatament li tilfet is-saħħa tal-mixi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Peress li fl-indirizz ndikat mill-Onor Interpellant jidher li hemm diversi residenti, nitolbu jgħaddili, anke b'mod kunfidenzjali, dettalji dwar il-persuna li qed jirreferi għaliha biex il-każ ikun jista' jiġi nvestigat.

Carer — Gżira

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax jintbagħat carer biex taħsel il-premises tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija armla anzjana wisq tlaħħaq mal-faċendi fid-dar tagħha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna ndikata qatt ma għamlet applikazzjoni għas-servizz li rrefera għalih l-Onor Interpellant. Id-Dipartiment konċernat bagħtilha l-applikazzjoni meħtieġa biex timliha u tirritornaha lid-Dipartiment biex ikun jista' jikkunsidra t-talba.
Leg 9 PQ #34312 Sitting 761 2002-06-25 Oral · Interim From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċju Elettorali — San Ġwann

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif il-familja li d-detttalji dwarha qed jintbagħtu separatament qegħda mniżżla fuq il-lokal ta' l-Imsida filwaqt li l-persuna li isimha ukoll qed jintbagħat separatament li toqgħod fl-istess indirizz ma' l-istess familja hija mniżżla fuq il-lokal ta' San Ġwann?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ ingħadda lill-Kummissjoni Elettorali għall-investigazzjonijiet meħtieġa. Għaldaqstant nagħti tweġiba hekk kif inkun infurmat bir-riżultat ta’ dawn l-investigazzjonijiet.

San Ġwann — Dranaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex id-drenaġġ li ilu għaddej mill-parti t'isfel ta' Triq San Ġwann tal-Għargħar, San Ġwann qrib ir-residenza tal-familja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fl-istess triq, jiġi mqabbad għall-konvenjenza ta' dawn ir-residenti tal-lokal?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-aħħar parti ta' din it-triq tirrikjedi li jittieħed passaġġ mingħand terzi persuni u għalhekk kien sar easement sabiex ix-xogħol jinbeda. Għandha ssir tender f'qasir żmien sabiex jiġu moqdija dawn ir-residenti.
Leg 9 PQ #34216 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Tipjip

Question

Billi membri tal-korp tal-pulizija ġieli jiġu innotati ipejpu waqt li jkunu qed jaqdu dmirhom waqt li jkunu qed jikkontrollaw il-flow tat-traffiku, jista' l-Ministru jara li jiġi indirizzat dan in-nuqqas?

Response (BORG, TONIO)

Għaddejt l-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant lill-awtoritajiet kompetenti.
Leg 9 PQ #34232 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Forti Chambrai — Proġett

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 34069 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' forti Chambrai? Huwa minnu li l-gvern jixtieq li in-negozjant Taljan Roberto Memmo jisganċja ruħu mill-proġett? Fiex wasal il-proġett innifsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li f'Diċembru 2001, l-Awtorita' ta' l-Ippjanar kienet ħarġet stop notice fuq ix-xogħol li kien qiegħed jiġi mniedi mill-kumpanija Fort Chambray Development Limited. L-iżviluppatur kien għamel ir-rappreżentazzjoni tiegħu ma' l-Awtorita' u mal-Bord ta' l-Appell, liema appell qiegħed għas-sentenza. Sadanittant ix-xogħol fuq il-proġett huwa prattikament wieqaf u mestenni jerġa' jaqbad ir-ritmu wara d-deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell. S'issa l-Gvern ma ħa l-ebda pożizzjoni dwar in-negozjant Taljan Roberto Memmo bħala azzjonista fil-kumpanija Fort Chambray Development Limited.
Leg 9 PQ #34244 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Council for Science and Technology

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija 34118, jista' jgħid x'inhu s-salary structure tar-riżorsi umani (inklużi l-council secretary u l-konsulenti) li huma staff members tal-Malta Council for Science and Technology?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-salary structure tar-riżorsi umani li huma staff members tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija huma hekk:- Numru ta' Persuni Skala Persuna waħda Nru 4 Żewġ persuni Nru 5 Żewġ persuni Nru 6 Żewġ persuni Nru 7 Persuna waħda Nru 8 Tlett persuni Nru 9 Persuna waħda Nru 11 Persuna waħda Nru 14 Persuna waħda Nru 15 Persuna waħda P/Timer Il-Council Secretary u l-Financial Advisor ma jiċievux salarji fissi imma jitħallsu b'rati professjonali skond il-ħin ta' xogħol li jaħdmu.

San Gwann — Triq San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jieħu passi biex Triq San Ġiljan, San Ġwann ma tibqax soġġetta għal flooding kull meta tagħmel xi maltempata xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-problema tal-flooding fi Triq San Ġiljan, San Ġwann, diġa ġiet ikkunsidrata meta tħejja l-proġett tal-link road ġdida u l-junction il-ġdida ta' ħdejn l-isptar, għalhekk din il-problema għandha tiġi riżolta meta dawn it-toroq ġodda jitlestew.

San Ġwann — Triq San Ġiljan

Question

Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li r-rotta tal-karozzi tinbidel biex it-traffiku minn Triq San Ġiljan, San Gwann 'l isfel ma jkunx hemm għalfejn jidħol San Gwann billi jkollu jdur id-dawra kollha mal-fabbriki tal-Industrial Estate?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku u lid-Direttorat għat-Toroq biex jaraw x'jisa' jsir.
Leg 9 PQ #34311 Sitting 760 2002-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta

Question

Jista' l-Ministru jgħid jistax l-arblu tad-dawl li hemm qrib ir-residenza Hawk 12, Triq San Ġwann tal-Għargħar, San Ġwann 1156/53 jitpoġġa fuq in-naħa l-oħra tat-triq fuq l-istess naħa ta' l-arbli l-oħra tad-dawl li hemm fl-istess triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet oħra simili.
Leg 9 PQ #34177 Sitting 759 2002-06-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Oqbra tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid l-applikazzjonijiet pendenti għall-oqbra tal-gvern kemm imorru lura fiż-żmien?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-applikazzjonjiet pendenti għall-oqbra tal-Gvern imorru lura fiż-żmien skond kif ġej: Ċ imiterju Data Mosta 02-10-96 Mellieħa 22-03-77 Addolorata 20-12-91 Burmarrad 11-07-96 Mġarr 02-07-96 Ta` Baxia 26-07-96 Qormi 18-03-76 Rabat 18-08-76 Żebbuġ 08-11-98 Kalkara 29-09-95
Leg 9 PQ #34178 Sitting 759 2002-06-19 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Bank Ċentrali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-bank ċentrali waqaf milli jġib id-deheb biex ikun jista' jissupplixxi lill-produtturi tax-xogħol manufatturat tad-deheb? Jikkonferma li jekk dawn jibdew iġibuh permezz tal-banek kummerċjali dan ser jispiċċa jiġihom ferm għoli minħabba c-charges involuti? Jikkonferma li minħabba mod kif evolviet din is-sitwazzjoni bħalissa l-produtturi tax-xogħol manufatturat tad-deheb lanqas għandhom deheb x'jaħdmu? X'inhuma l-aħħar żviluppi dwar ir-rapporti li kien hemm li dawn il-produtturi tax-xogħol manufatturat tad-deheb kienu ser isiru responsabbli huma għall boll? Huwa minnu li l-gvern issa biddel il-pożizzjoni tiegħu u qed jgħid li jekk ma jkunx hemm kunsens bejn il-partijiet kollha involuti ser iħalli s-sistema kif inhi bħalissa? Jikkonferma li hemm partijiet - speċjlament dawk konnessi ma' l-importazzjoni - li jista' jkollhom kull interess li s-sistema tibqa kif inhi? Jaf li ftit jiem qabel l-elezzjoni ġenerali l-prim ministru tal-lum kien wiegħed lil diversi produtturi tax-xogħol manufatturata tad-deheb li l-gold bullion ma kienx ser jkun suġġett għall VAT? Hemm xi ħsieb li wara l-impożizzjoni tal-VAT f'dan il-qasam il-gvern jerġa jikkonsidera l-pożizzjoni tiegħu kif wara kollox hija s-sistema f'uħud mill-pajjiżi ġirien tagħna fl-UE?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b'effett mill-1 ta' Ottubru 2001, il-provvista tad-deheb mill-Bank Ċentrali saret provvista taxxabbli. Il-provvista tad-deheb lill-Bank Ċentrali baqgħet eżenti bil-kreditu. Is-Sitt Direttiva ta' l-Unjoni Ewropeja ukoll titratta bl-istess mod il-provvista tad-deheb lil u mill-Bank Ċentrali. Tajjeb wieħed ifakkar li, qabel l-1997, il-produtturi ta’ xogħol manifatturat tad-deheb kienu jimpurtaw id-deheb direttament huma stess jew permezz tal-banek kummerċjali. Taħt dik is-sistema, kienu jħallsu l-VAT u mbagħad jirkuprawha. Wara l-introduzzjoni tas-CET minflok il-VAT fl-1997, peress li s-CET ma setgħetx tiġi rkuprata, l-arranġamenti kienu ġew riveduti, sabiex b’effett mill-1 ta’ Lulju ta’dik is-sena, id-deheb beda jiġi mpurtat mill-Bank Ċentrali sabiex jinbiegħ lill-produtturi tax-xogħol manifatturat tad-deheb mingħajr ma titħallas is-CET. Fl-1999, reġgħet ġiet introdotta il-VAT minflok is-CET. Għalhekk, peress illi s-sitwazzjoni kienet ġiet lura l-istess bħal ma’ kienet qabel l-1997, kif ukoll fl-isfond ta’ politika ta’ liberalizzazzjoni, ġie deċiż li ma kienx baqa’ skop illi l-Bank Ċentrali ikompli jimporta d-deheb direttament hu. Dan partikolarment wara li, permezz ta’ Avviż Legali Numru 233 ta’ l-2001, id-deheb ma baqax jitqies bħala provvista eżentata bil-kreditu meta jkun importat mill-Bank Ċentrali bl-iskop li jbiegħu lill-produtturi tax-xogħol manifatturat tad-deheb.
Leg 9 PQ #34170 Sitting 757 2002-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi ma' l-introduzzjoni tal-VAT il-ministru kien saħaq ħafna dwar il-bżonn ta' ħruġ ta' rċevuti fiskali sabiex tiġi ikkontrollata l-evażjoni tat-taxxa, x'wassal lid-dipartiment tal-VAT biex jeżenta lit-tobba mill-ħtieġa li joħorġu rċevuti fiskali, aktar u aktar billi skond il-medical association of Malta - il MAM, dawn ma kienux għamlu talba għal din l-eżenzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 31657.
Leg 9 PQ #34118 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Malta Council for Science and Technology — Impjegasti - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu s-salary structure tar-riżorsi umani (inklużi l-council secretary u l-konsulenti) li huma staff members tal-Malta Council for Science and Technology?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #34141 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Marsa Shipbuilding — Delegazzjoni minn St Petersbourg

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta żaret Malta delegazzjoni għolja minn St Petersbourg sabiex tistħarreġ il-possibbilta` ta' ordnijiet għal Marsa Shipbuilding? Kif oriġinat din iż-żjara? Ma' min kellhom taħdidiet f'pajjiżna? X'kien l-eżitu taż-żjara tagħhom?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li meta fl-aħħar ġimgħat delegazzjoni minn San Pietruburgu żaret Malta, din kellha diskussjonijiet mal-management tat-tarznari Maltin. Matul dawn id-diskussjonijiet preliminari ġie ttrattat is-suġġett ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi. S'issa ma hemm ebda indikazzjoni li r-Russi għandhom il-ħsieb li jibnu xi vapuri f'Malta. Fil-fatt ir-russi huma aktar interessanti f'kooperazzjoni teknika dwar bejgħ u xiri ta' makkinarju, xogħol ta' disinjar, project management u finanzjament ta' proġetti. Dawn id-diskussjonijiet għandhom jitkomplew.
Leg 9 PQ #34149 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swot Analysis

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser jitħallas il-konsulent li ismu qed jintbagħat separatament għal xogħol ta' konsulenza bħala co-ordinator tal-inputs tas-Swot Analysis tal-pjan Nazzjonali ta' żvilupp li ġie ikkordinat mill-MCESD flimkien mal-OPM u l-ministeru għas-servizzi ekonomiċi?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ix-xogħol ta’ ko-ordinatur ta’ “inputs” tas-“SWOT Analysis” li għamel il-konsulent barrani li fuqu staqsa l-Onorevoli Interpellant kien parti minn proġett ta’ assistenza teknika mħallas taħt ir-Raba’ Protokol Finanzjarju bejn Malta u l-Unjoni Ewropeja. Huwa stmat li din il-parti tal-proġett qamet madwar Euro4,000.

Mellieħa — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-asfaltar ta' Triq Għajn tal-Mellieħa u Triq l-Għarukaza, it-tnejn fil-Mellieħa sar biss f'partijiet ta' dawn it-triqat b'inkonvenjent kbir għar-residenti fl-inħawi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq Għajn tal-Mellieħa kienet ġiet asfaltata snin ilu sa fejn kien hemm il-bini f'dak iż-żmien u l-kumplament tat-triq flimkien ma Triq Għar u Casa infetħu riċentement. Ix-xogħol f'dawn it-toroq isir skond il-prijoritajiet ta' xogħol li jkunu miftehim mal-Kunsill.
Leg 9 PQ #34168 Sitting 756 2002-06-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Cash Register

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax tikkonferma rapporti li l-fergħa tal-Maltapost fil-Mellieħa li tbiegħ ukoll l-istationery lanqas għandhom point of sale cash register?

Response (DALLI, JOHN)

Jiena nfurmat li l-Maltapost qegħda fil-proċess li ddaħħal point of sale system kompjuterizzata fil-fergħa tal-Mellieħa li eventwalment irid ikun approvat mid-Dipartiment tal-VAT. Sadanittant, f'kull bejgħ ta' stationery li jsir qed tingħata irċevuta fiskali manwali lix-xerrejja.

Proġett ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar il-proġett ta' bieb il-Belt? Huwa minnu li hemm problemi ta' finanzjament minn barra li ma mmaterjalizzax?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Proġett ta' bieb il-Belt bħalissa ġie pospost. Iż-żewġ Consortia li kienu tefgħu l-offerti tagħhom ġew notifikati b'dan l-arranġament u ntbagħtulhom id-dokumenti li kienu ssottomettew lura. Mhux minnu li kien hemm xi problemi kif indikat mill-Onorevoli Interpellant.