Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' inspection hole li hemm fi Triq Kunċizzjoni, Msida qrib ir-residenza 110-111?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-'Inspection Hole' imsemmija fil-mistoqsija hija 'inspection chamber' ta' residenza privata. Għalkemm il manutenzjoni ta' din l-'inspection chamber' ma taqax taħt ir-responsabilita tad-Dipartiment tad-Drenaġġ, id-Dipartiment xorta ħa l-inkarigu li jikkuntattja lill-ispettur sanitarju biex jindikalu l-problema.
Jista' l-Ministru jinvestiga kif il-familja li d-detttalji dwarha qed jintbagħtu separatament qegħda mniżżla fuq il-lokal ta' l-Imsida filwaqt li l-persuna li isimha ukoll qed jintbagħat separatament li toqgħod fl-istess indirizz ma' l-istess familja hija mniżżla fuq il-lokal ta' San Ġwann?
Response (FENECH ADAMI, EDDIE)
Ninsab infurmat mill-Kummissarju Elettorali Ewlieni li wara li saret spezzjoni mill-Kummissjoni Elettorali fuq il-post, irriżulta li l-persuni ndikati, li għandhom kunjom differenti, attwalment jgħixu fl-istess dar minkejja li persuna minnhom kellha l-isem tad-dar imniżżel ftit differenti minn ta’ l-oħrajn. Fil-fatt it-triq speċifikata hija maqsuma fuq żewġ lokalitajiet, jiġifieri fl-Msida u San Ġwann, it-tnejn fid-disa’ distrett elettorali.
Il-persuna konċernata ser tkun notifikata u r-reġistru elettorali li mistenni jkun ippubblikat f’Ottubru 2002 għandu jirrifletti din l-emenda.
Billi l-MIC saħansitra bgħatu ittri indirizzati lis-self employed lill-familji li lanqas għandhom membri self-employed fi ħdanhom, jista' l-Ministru jgħid kemm intbagħtu ittri dan l-aħħar joffru serħan il-moħħ lil din il-kategorija ta' nies dwar l-impatt ta' sħubija sħiħa fl-UE fuqhom?
Response (BORG, JOE)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ittri li bgħat l-MIC biex joffri servizz ta' inforrmazzjoni lin-negozjanti ż-żgħar ma ntbagħtux biss lis-self employed iżda lill-ażjendi kummerċjali wkoll. L-ammont ta' ittri li ntbagħtu kien ta' 16,399.
Jista' l-Ministru jgħid liema aġenzija/aġenziji tar-riklami għamlu xogħol għall-MIC fis-sena 2000 u din is-sena s'issa ? Kemm tħallsu għax-xogħol tagħhom sal-lum?
Response (BORG, JOE)
L-aġenziji tar-riklamar li ntużaw fis-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma dawn:
Isem tal-Kumpanija
2002
Somma minfuqa s’issa
2001
Somma minfuqa matul is-sena
2000
Somma minfuqa matul is-sena
LM
LM
LM
MPS
511.75
1659.45
Ikkreaja
845.25
1955.00
AIM
1813.55
6601.01
572.13
Orange Peel
1828.56
Media Masters
381.46
Repro House
132.71
307.05
Storm Advertising
445.44
296.64
JP Advertising
800.40
1905.55
759.00
Mizzi Graphics
86.25
641.70
5169.39
Visual Trends
23.00
1058.58
920.00
San Gwann — Triq il-Kwartier ta' Xindi - Rubbish Dump
Question
Jista' l-Ministru jgħid tistax titnaddaf l-għalqa li qed tintuża bħala rubbish dump quddiem ir-residenza 14, Triq il-Kwartier ta' Xindi, San Gwann?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn spezzjonijiet li saret fuq il-post irriżulta li fl-għalqa msemmija ma hemmx rubbish dump. Fil-fatt din l-għalqa tidher li hi kkultivata u fi stat tajjeb ta` ndafa. Huwa biss taħt il-ħajt, l-isfel mit-triq li jidher li hemm xi ftit oġġetti mitluqa. Infurmat ukoll illi l-Pulizija għaddiet dan l-ilment lill-Awtoritajiet tas-Sanita` għal xi azzjoni li tista` tkun meħtieġa minn naħa tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid tistax issir zebra crossing fi Triq San Ġiljan, San Gwann mit-tarf ta' Triq it-Trunċiera t-twila, San Gwann 'il quddiem għall-konvenzjenza tar-residenti ta' l-inħawi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Għaddejt il-mistoqsija ta' l-Onor. Interpellant lid-Direttorat għall-Maniġġ tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li tiġi asfaltata Triq Baruza, San Gwann billi issa ma hemm ebda bini għaddej fiha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Direttorat għat-Toroq flimkien mal-Kunsill Lokali qed jimplimenta programm għall-asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokalita' jsir skond il-prijoritajiet li jkunu qegħdin jirriżultaw minn żmien għal żmien.
Jista' l-Ministru jgħid tistax l-Enemalta tgħarraf lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jekk hiex ser tirrifondilu l-Lm250 deposit fuq il-meter tad-dawl wara li kien hemm suspetti mhux ippruvati li l-meter seta' ġie mbagħbas? X'investigazzjonijiet saru biex jiġi stabbilit jekk dan l-allegat abbuż sarx mir-resident li kien hemm qablu fl-istess fond?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tittieħed l-azzjoni relattiva.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jikkonferma li d-dipartiment tat-taxxi interni ser iqabbad studenti bil-Lm1.75c is-siegħa bħala summer workers biex isir updating ta' ċertu data? jekk fl-affermattiv kif ser jintgħażlu dawn l-istudenti?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li d-Dipartiment tat-Taxxi Interni ser iqabbad numru ta' studenti taħt l-iskema tas-summer workers skond iċ-Ċirkolari OPM 29/02, biex isir verifikar ta' data. Da\wn se jitħallsu Lm1.1718 fis-siegħa, għall-perjodu ta' 80 siegħa fuq erbgħa ġimgħat. Id-Dipartiment tat-Taxxi Interni talab għal numru ta' studenti preferibilment fil-Course tal-B. Commerce jew Accounts. Lista bl-ismijiet ta' l-ammont mitlub ta' studenti ngħatat mill-Education Department.
Jista' l-Ministru jgħid x'wassal lill-Gvern biex, b'effett mill-1 ta' Jannar 2001, servizzi offruti minn tobba ma jibqgħux ikklassifikati bħala eżenti bil-kreditu, iżda jibdew jitqiesu bħala eżenti bla kreditu u b'hekk tintemm il-ħtieġa li dawn jibqgħu joħorġu rċevuti fiskali?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li s-servizzi mediċi, ta' edukazjoni u welfare tpoġġew fuq l-istess livell ta' servizzi ta' assikurazzjoni u servizzi ta' kreditu mogħtija minn banek mingħajr id-dritt li wieħed ikun jista' jitlob input VAT fuq transazzjonijiet ta' din ix-xorta. Hekk, bħala exempt supplies, is-servizzi mediċi huma barra l-iskop tal-liġi tal-VAT u per konsegwenza m'għandhomx obligu li jagħtu rċevuti fiskali liema obligu joħroġ mill-istess liġi. Dan ma jfissirx li rċevuti li għandhom jagħtu taħt xi liġi oħra u kif meħtieġa mill-pazjent m'għandiex tingħata.
Jiena naf li l-oppożizzjoni qegħdin jippruvaw jikkonfondu n-nies u jagħtu x'jifhem li dan ifisser li l-Gvern mhux se jibqa' jsies fuq is-settur mediku biex jiddikjaraw sewwa d-dħul tagħhom għall-fini ta' taxxa. Dan m'hu minnu xejn.
Kif ġie mħabbar, saru benchmarking exercises fuq is-settur mediku u setturi oħra mit-Tax Compliance Unit. Dan il-Unit, fuq indikazzjonijiet fid-dipartiment tat-taxxa, jiddiskuti personalment ma min jaħdem f'dan is-settur biex jara l-livelli dikjarati minnhom.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-pakkett finanzjarju offrut lid-direttur ġenerali tal-MFSC? Huwa minnu li l-pakkett finanzjarju tac-chairman tal-MFSC qed jiġi rinegozjat? Jekk fl-affermattiv f'hiex wasal u f'hiex jikkonsisti? X'inhu l-pakkett attwali tiegħu?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-pakkett finanzjarju tad-Direttur Ġenerali tal-MFSC ġie stabbilit fuq l-istess livell bħal ma jirċievi ċ-Chief Executive taċ-Ċentru.
Mhuwiex il-każ illi r-remmunerazzjoni taċ-Chairman tal-MFSC qed jiġi re-negozjat. Il-pakkett attwali huwa dak li jirċievi Chairman ta' Board fuq skala "A" fuq l-iskali li kienu ġew stabbiliti mill-Kabinett.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex it-trasport jibda jitla' flok jinżel Triq Manoel, il-Gżira sabiex jiġu evitati l-bosta nċidenti li ġraw dan l-aħħar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Triq Manoel hija diviża b'Rue d'Argens, parti tinżel lejn Rue d'Argens u l-parti l-oħra mix-Xatt tal-Gżira titla' lejn Rue d'Argens.
Qed nassumu li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal dik il-parti li tinżel lejn Rue d'Argens.
Minn stħarriġ li sar, kemm mid-Direttotrat għall-Maniġġ tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-Gżira, mhux vjabbli li tinbidel id-direzzjoni tat-traffiku f'din il-parti minħabba l-fatt li:-
1. it-traffiku li jkun nieżel minn Triq Sliema, li hi triq distributorja u għalhekk esposta għal ħafna traffiku, jinqasam fuq Triq Manoel minn Triq Luqa Briffa li t-tnejn li huma jesporġu għal Rue d'Argens
2. irid jinbidel it-Traffic Management ta' Triq Reid u Misraħ Turu Colombo.
Biex jiġu evitati nċidenti tat-traffiku, id-Direttorat għall-Maniġġ stat-Traffiku kien approva l-installazzjoni ta' 35Km/h Speed Limit signs fiż-żona u dan sabiex il-veloċita tal-vetturi tkun aktar ikkontrollata.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex wasal il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament dwar sale of property?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-bejgħ mill-Awtorita' tad-Djar ta' appartamenti tal-Gvern taħt l-iskema "Sir Sid Darek" jista' jsir meta l-inkwilin ikun rikonoxxut mid-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Soċjali u/jew mid-Dipartiment ta' l-Artijiet.
Ninsab infurmat li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ma tissodisfax din il-kundizzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jinvestiga t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament biex jitneħħha l-meter ta' l-ilma mill-fond indikat separatament li ilha pendenti minn Frar?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma qed tieħu l-passi meħtieġa biex it-talba tal-konsumatur imsemmi tintlaqa'. Ta' min ifakkar li f'każijiet bħal dan, il-Korporazzjoni tagħlaq il-kont mid-data ta' l-applikazzjoni. Għaldaqstant il-konsumatur mhux ser iħallas l-ebda service charge minn Frar 'l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-area tad-dipartiment tat-taxxi interni, fil-parapett ta' block 3, Beltissebħ hemm Fiat Regata GVN 078 abbandunata b'liċenzja li ilha li skadiet minn Lulju tas-sena l-oħra?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-karozza Fiat Regata GVN 078 li kienet tintuża mid-Dipartiment bħala General Purpose Vehicle u li kienet inxtrat f'Marzu tal-1990 kienet qed tkun ta' spiża kbira għad-Dipartiment minħabba konsum qawwi ta' petrol u spejjeż relatati oħra fosthom tiswijiet. Għandu jiġi appuntat bord skond l-Avviż Legali 83 tal-1999 tal-Financial and Administration Audit Act biex jirrakkomanda x'azzjoni trid tittieħed biex niddisponu minn din il-karozza.
Jista' l-Ministru jgħid jistax jiġi investigat il-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li tinsab separata mir-raġel tagħha li għandu wkoll kustodja tat-tfal tagħha, billi din inqagħtet mir-relief u saritilha rakkomandazzjoni biex tfittex tibda taħdem minkejja li fil-preżent ma tantx hija fit għax-xogħol minħabba depression - iċċertifikat minn speċjlista mediku - li tinstab għadejja minnu u b'konsegwenza ta' dan kollu qed tkun ta' hardship fuq il-ġenituri tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ser tkun tkkuntattjata dwar il-każ tagħha fil-ġranet li jmiss.
Jista' l-Ministru jgħid jistgħux jittieħdu passi biex l-uffiċini tal-wireless & telegraphy jinżammu fi stat ta' ndafa aħjar minħabba l-qagħda mwiegħra li jinsabu fiha u l-allerġiji li uħud mill-istaff żviluppaw?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fid-Dipartiment tat-Telegrafija mingħajr Fili hemm General Hand li xogħolu huwa biss it-tindif.
Jista' l-Ministru jgħid hemmx xi ħsieb li ssir xi dar residenzjali fil-Gżira jew fil-qrib ta' dan il-lokal fejn ikunu jistgħu jinżammu nies bid-down' syndrome l-aktar dawk li jispiċċaw jitilfu l-ġenituri tagħhom? Jista' l-Ministru jikkunsidra li l-aktar kumitat volontarju dwar din il-problema ħalli forsi tkun tista' tinsab soluzzjoni dejjiema għaliha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Dan il-Gvern ilu li ħa inizjattiva biex tkun indirizzata problema li rrefera għaliha l-Onor Interpellant.
Tard is-sena l-oħra twaqqfet Diviżjoni ġdida għall-Għixien Issapportjat fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi dwar Ħarsien Soċjali, li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Politika' Soċjali.
L-iskop ta' din id-Diviżjoni hu li tissapportja persuni b'kull tip ta' diżabilita' fid-dar fejn jgħixu biex ittejjeb il-kwalita' tal-ħajja tagħhom u tnaqqas il-ħtieġa li jiġu mdaħħla f'istituzzjoni u, meta dan ma jkunx aktar possibbli, tgħin biex dawn il-persuni xorta jibqgħu jgħixu fil-komunita'. Għal dan l-iskop id-Diviżjoni qiegħda qiegħda fil-fażi finali biex takkwista żewġ appartamenti, wieħed fil-Fgura u l-ieħor f'Ħal-Kirkop, kif ukoll qed tlesti bini ieħor fl-Imtarfa. Barra minn hekk ser jibda wkoll ix-xogħol meħtieġ biex jinfetħu sitt units fil-kumpless Ta' Vajrita, f'Marsaskala, liema xogħol mistenni jkun lest kmieni s-sena d-dieħla.
Barra minn dan, il-Ministeru jgħin finanzjarjament lid-djar li diġa twaqqfu fil-Komunita' u li huma mmexxija minn NGOs.