Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #36059 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Affarijiet Barranin

EU Commission

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li qabel jitressqu abbozzi ta' liġijiet ġodda u legal notices qabel ma' dawn jiġu ppublikati u approvati mill-ministri kkonċernati l-ewwel jiġu vetted u approvati mill-EU commission diment li jkunu jagħmlu parti minn national plan for the adoption of the acquis?

Response (BORG, JOE)

Il-liġijiet Maltin jitfasslu, l-ewwelnett, ġewwa l-Ministeri rispettivi, u għalhekk il-Ministru jkun mgħarraf sew b'dak li jkun qiegħed jitħejja fuq livell legali fil-Ministeru tiegħu. Meta jitlestew, l-abbozzi tal-liġijiet jiġu mgħoddija kemm lill-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika, kif ukoll lid-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru tiegħi. Id-Direttorat ta' l-Unjoni Ewropea jagħmel eżerċizzju ta' tqabbil bejn il-provvedimenti ta' l-acquis communautaire u dawk proposti fil-liġi lokali. Ġieli jkun hemm każi fejn jinħass il-bżonn ta' aktar konsultazzjoni teknika, u huma f'dawn il-każi, li ma humiex ta' natura regolari, illi l-Kummissjoni tiġi ikkonsultata. Irrid nenfasiżża illi d-deċiżjoni jekk liġi partikolari tiġix riferuta jew le lill-Kummissjoni hija dejjem f'idejn il-Gvern Malti. Fl-ebda każ ma tista' l-Kummissjoni tapprova hi abbozzi ta' liġijiet li jistgħu jintbagħtu għandha għal konsultazzjonijiet, kif għadni kif indikajt.
Leg 9 PQ #36060 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Economic Survey

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-economic survey qed jiġi ppublikat għall-ewwel 9 xhur tas-sena mal-budget iżda m'huwiex jinħareġ economic survey sħiħ għas-sena kollha?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li kienet u għadha valida l-policy li l-Ministeru tiegħi jagħti l-ispazju neċessarju biex fil-preparazzjoni ta' l-Economic Surveys jintlaħaq l-għola livell ta' analiżi ekonomika possibbli. F'dan il-kuntest, il-Ministeru qed jaħdem biex l-Economic Survey gradwalment jagħmel titjib fil-kwalita'. L-iskop aħħari ta' dawn l-isforzi hu li s-Survey jindirizza aħjar il-bżonnijiet li t-tfassil tal-politika ekonomika tal-pajjiż jirrikjedi. San żgur ifisser li l-Economic Survey ma jkunx jinkludi biss elementi deskrittivi, imma jiġġenera wkoll stimi u tbassir ibbażati fuq teknika stabbilita' b'mod xjentifiku. Inserraħ moħħ l-Onorevoli Interpellant li ser nippubblikaw l-Economic Surveys li jkopru kemm l-ewwel disa' xhur tas-sena, kif ukoll is-sena kollha b'mod u f'format li jagħmel din il-pubblikazzjoni aktar rilevanti għall-isfidi li tmexxija ta' l-ekonomija tal-pajjiż qed titlob. Il-format ġdid tal-Economic Survey huwa mistenni li jibda bil-pubblikazzjoni tas-sena sħiħa 2002.
Leg 9 PQ #36061 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

AirMalta — Flotta ta' Ajruplani

Question

Jista' il-Ministru jgħid b'kemm inbiegħet il-flotta ta' ajruplani ta' l-Airmalta dan l-aħħar?

Response (BONNICI, JOSEF)

Naħseb li l-Onorevoli Membru japprezza li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjali sensittiva u f'dan l-istadju ma jkunx ta' benefiċċju għall-kumpanija li tali nformazzjoni ssir pubblika.
Leg 9 PQ #36062 Sitting 798 2002-10-14 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Self fuq l-Sptar il-Ġdid

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm garanziji ġodda min-naħa tal-gvern matul is-sena 2002 sabiex ikopru self minn entitajiet, awtoritajiet, organizzazzjonijiet u fundazzjonjijiet ikkontrollati mill-gvern? Ser isir jew sar xi self minn barra 'il pajjiż in konnessjoni ma' l-isptar il-ġdid? Jekk iva, għal kemm jammonta dan is-self? Ser ikun garantit mill-gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qeda tinġabar u r-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #35684 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax

Question

Jista' il-Ministru jgħid ir-regolatur finanzjarju għandux statistika ta' kemm ġew redeemed funds u kemm kien hemm klijenti li rtiraw l-investimenti tagħhom wara li l-witholding tax ġiet imħabbra f'Novembru 2000? Jekk iva, kemm kienu?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li MFSA ma żommx l-istatistika msemmija.

Housing

Question

B'riferenza għal HAM 1/2000 datata 25.02.2002 li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li nħarġet mis-senior manager finance tal-housing authority, tista' l-awtorita' twieġeb formalment għall-ittra li bagħat l-avukat tal-ħanut nhar l-14.03.2002 taħt ir-rifernenza 3560/02/RM fejn qed jiġi mitlub li: ''tal-ħanut jiġi allokat akkomodazzjoni alternattiva adegwata għall-bżonnijiet tan-negozju tiegħu, jekk hemm bżonn anke f'parti oħra taz-zona ta' żvilupp u jekk dan ma jkunx possibbli illi jitnaqqas l-ammont tal-kera proposta fl-istess ittra u dan in vista li is-Sur Bartolo bħalissa jħallas biss Lm60 ċens fis-sena għall-post minnu okkupat kif ukoll billi il-persuna konċernata mhijiex f'pożizzjoni li tħallas l-ammont rivedut 'il fuq tal-kera kif ukoll il-prezz stmat għall-bejgħ tal-post in kwestjoni'' anke peress li l-persuna in kwestjoni ma għandha ebda dħul finanzjarju ieħor apparti n-negozju msemmi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ir-re-allokazzjoni tal-ħwienet li ser jiġu effettwati mill-proġett ta' l-Imsida qed jiġu diskussi mill-Bord dwar l-Urban Renewal. Ninsab infurmat li l-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant qed jiġi diskuss mill-imsemmi Bord u l-persuna konċernata ser tiġi nfurmata bl-aħħar żviluppi fil-futur qarib.
Leg 9 PQ #35745 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar — Nefqa

Question

Jista' il-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35529 u jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra riċenti tiegħu fl-Awstralja u fi New Zealand?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-informazzjoni dwar z-zjara ufficcjali f’New Zealand u “working visit” li kienet vista lill-komunitajiet Maltin f’Sydney, Melbourne u Canberra.
Leg 9 PQ #35800 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Dħul

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35683, jista' jgħid kemm kien stmat id-dħul min-naħa tal-ministeru tiegħu kull xahar għas-sena 2002 minn kull wieħed minn dawn is-sorsi ta' dħul ta' finanzi pubbliċi: Income Tax, VAT, Dwana & SISA u bolla tas-sigurta` soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istimi tad-dħul mis-sorsi msemmija fil-mistoqsija jsiru fuq bażi ta' sena sħiħa u jkunu ppubblikati fl-Estimi tas-sena finanzjarja relattiva. Dawn jiġu aġġustati minn żmien skond ix-xejra tad-dħul minn dawn is-sorsi.
Leg 9 PQ #35853 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Self Employed u Self Occupied

Question

Peress li l-liġi tas-sigurta' soċjali tipprovdi għall-ħlas ta' bolla tat-tieni klassi minn min jaħdem għal rasu u min għandu xi dħul minn investimenti u dan l-aħħar id-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ xi karti biex jitlob dawn it-tip ta' bolli, jista' il-Ministru jgħid kemm inġabru flus minn mindu ħarġu dawn il-karti, u kif inhuma maqsumin, self-employed u self-occupied? Wara li d-dipartiment tat-taxxi interni ħareġ karti għal ġbir ta' bolli tat-tieni klassi, self-employed u self-occupied, u jien informat li ħafna nies qed imorru fid-dipartiment u qed jintalbu japplikaw għall-ċertifikat ta' eżenzjoni, jista' il-Ministru tas-sigurta' soċjali jgħid għaliex nies li qed imorru fl-uffiċji distrettwali qed jgħidulhom li dawn m'għadhomx jeżistu? Peress li qatt ma kien hemm emenda ta' dan it-tip fil-liġi, hemm xi ħsieb li ssir?

Response (DALLI, JOHN)

Qabel ma jinħela ħafna ħin u flus biex tinġabar l-informazzjoni mitluba, jista l-Onorevoli Interpellant jinfurmani għal liema raġuni għandu bżonn din l-informazzjoni ?
Leg 9 PQ #35854 Sitting 795 2002-10-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MIA — Self mill-Bank of Valletta

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk is-self tal-MIA mill-Bank of Valletta għal nofs id-dħul tal-privatizzazzjoni tal-MIA ġiex ggarantit mill-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ma ta l-ebda garanzija fuq dan is-self.

Housing — Gzira - Akkomodazzjoni alternattiva

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jinstab terran żgħir għall-persuna waħedha, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Tista' din il-persuna tiġi kkunsidrata għall-fond rekwiżizzjonat li jinstab f'idejn il-housing, hekk kif indikat minnha, li l-indirizz tiegħu wkoll qed jintbagħat separatament?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Jiena nfurmat illi l-post indikat mhux f'idejn id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Leg 9 PQ #35671 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern u l-Ambjent

Pulizija — Gżira - Bejgħ ta' Pitrolju

Question

B'riferenza għall-mistoqasija parlamentari dwar l-istess suġġett li ġiet imwieġba f'seduta 782 tas-16 ta' Settembru, jista' il-Ministru jgħid x'passi ħadu jew ser jieħdu l-pulizija talli l-persuna indikata qiegħda tbigħ il-pitrolju bl-imnut baxx baxx lir-residenti tagħha f'Moroni Street, Gżira, b'inkonvenjent u b'periklu għar-residenti fl-inħawi li diġa` ressqu protesti lill-awtoritajiet u lill-kunsill lokali, Gżira?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija kompliet issegwi dan l-ilment u minn diversi spezzjonijiet li saru ma rriżultax li qed isir bejgħ ta` pitrolju mill-garage imsemmi.

Pensjonijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm nisa eliġibbli għall-pensjoni wara li ħadmu għaliha? Kemm hemm nisa miżżewġa li l-irġiel tagħhom jirċievu pensjoni? Kemm hemm nisa romol li jirċievu l-pensjoni tar-raġel li tilfu? Mara li taħdem, kemm trid ikollha kontribuzzjonijiet tas-sigurta` soċjali biex tkun eliġibbli għall-pensjoni?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li hemm 8,495 nisa li qed jirċievu pensjoni għall-irtirar filwaqt li hemm 1,712 mara li qed tirċievi pensjoni għall-invalidita'. In-numru ta' nisa li qed jirċievu pensjoni tar-romol hu 13,720. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-Mistoqsija. Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, irrid ngħid li t-test tal-kontribuzzjonijiet li jiddetermina jekk persuna tikkwalifikax għall-pensjoni, jista' jvarja skond it-tip ta' pensjoni, d-data ta' l-irtirar tal-persuna konċernata kif ukoll il-perijodu u tip ta' kontribuzzjonijiet li jkunu jridu jiġu kkunsidrati. Dan it-test isir fuq bażi ndividwali filwaqt li jittieħdu in konsiderazzjoni dawn il-fatturi li semmejt u għalhekk mhux faċli li jingħad kemm huwa l-minimu ta' kontribuzzjonijiet meħtieġa biex persuna tikkwalifika. Jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ partikolari, jkun tajjeb li l-persuna konċernata titlob lid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali biex isirilha stima tat-test tal-kontribuzzjonijiet biex tiġi gwidata skond kif meħtieġ.
Leg 9 PQ #35682 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Life Assurance — EU

Question

Fid-dawl tad-direttiva ġdida li għadu kif approva il-Parlament Ewropew dwar life assurance, jista' il-Ministru jgħid jekk il-pakkett ta' leġislazzjoni finanzjarja li l-Parlament approva qabel il-vaganzi tas-sajf hux ser ikollu jiġi emendat mill-ġdid biex b'konformita` mal-politika iddikjarata tal-gvern Malti jiġi in line mal-leġislazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li b’risposta għad-domanda parlamentari numru 35682, ninforma lil Onorevoli interpellant illi l-għan prinċipali tad-Direttiva li ġiet approvata mill-Parlament Ewropew fil-25 ta Settembru 2002, huwa li tikkonsolida d-Direttivi kollha li jikkonċernaw life insurance li huma diġa fis-seħħ. Din il-miżura ttieħdet sabiex il-leġislazzjoni Ewropeja f’dan ir-rigward tkun aktar sempliċi peress li tkun f’Direttiva waħda minflok f’diversi Direttivi kif kienet is-sitwazzjoni qabel ġiet fis-seħħ din id-Direttiva ta l-aħħar. L-emendi tal-leġislazzjoni finanzjarja li l-Parlament approva reċentement inkludu emendi ta l-Att ta 1998 dwar Kummerċ tal-Assigurazzjoni u jieħdu inkonsiderazzjoni d-Direttivi tal-Ewropa dwar l-assigurazzjoni, inkluż dawk li jikkonċernaw life insurance.
Leg 9 PQ #35683 Sitting 794 2002-10-01 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Finanzi — Dħul

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien stmat id-dħul min-naħa tal-ministeru tiegħu kull xahar għas-sena 2002 minn kull wieħed minn dawn is-sorsi ta' dħul ta' finanzi pubbliċi: Income Tax, VAT, Dwana & SISA u bolla tas-sigurta` soċjali?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li risposta għall din il-mistoqsija ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #35529 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Safar — Nefqa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35328, jista' jgħid kemm ġiet tiswa l-mawra riċenti tiegħek fl-Awstralja u New Zealand?

Response (FENECH ADAMI, EDDIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qieghda tingabar u tinghata twegiba f’xi seduta ohra.
Leg 9 PQ #35605 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Privatizazzjoni

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'termini effetivi kemm mill-Lm40m tal-privatizazzjoni parzjali tal-MIA ġew minn barra bħala flus barranin?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nofshom oriġinaw min barra min Malta. Irrid inżid li anke jekk l-Onorevoli Interpellant għadu ma rrejalizzax, l-ekonomija Maltija issa mmaturat u għalhekk il-fizzazzjonijiet li kienu jeżistu fi żmien gvernijiet soċjalisti m’għadhomx jeżistu. Illum l-ekonomija tagħna hi kapaċi tiġġenera nvestiment mir-riżorsi li toħloq bl-attivita ekonimika li għandna. Hu wkoll pożittiv li l-banek lokali, li għandhom f’idejhom biljuni ta’ liri ta’ depożiti, jużawhom fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. Meta l-banek Maltin għandhom likwidita qawwija f’idejhom, kienet tkun ħaġa aħjar – kif donnhom jaħsbu dawk li jaraw kollox iswed – li finanzjament isir minn benek barannin u mhux minn banek Maltin? Jien ma naħsibx hekk.
Leg 9 PQ #35606 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

MIA — Ishma

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern għadux bil-ħsieb li joffri ishma tal-MIA għall-bejgħ lill-pubbliku permezz ta' IPO f'Ottubru li ġej?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li, kif ilna nħabbru, il-Gvern beħsiebu joħroġ għall-bejgħ lill-pubbliku permezz ta' IPO din is-sena. Id-data titħabbar meta jkun il-waqt.
Leg 9 PQ #35608 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Tax Information Exchange Agreements

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti qedx jinnegozja xi TIEAs (Tax information exchange agreements) ma' xi gvernijiet barranin? Jekk iva, liema huma dawn?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti mhux qiegħed jinnegozja xi TIEA (Tax Information Exchange Agreement) ma xi Gvern barrani. L-obligi u drittijiet ta' bdil ta' nformazzjoni joħroġ mill-protocol ta' ħelsien minn taxxa doppja li Malata għandha ma ħafna pajjiżi.
Leg 9 PQ #35611 Sitting 793 2002-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Air Malta

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija 35476, jista' jgħid x’passi ħadet jew se tieħu l-Air Malta dwar impjegat fuq il-kotba tagħha akkużat bil-pedufilja?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-impjegat ikkonċernat ġie sospiż b'nofs paga appena l-Air Malta saret taf bil-każ.